Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 aħbarijiet Il-Kreazzjoni ta' Stat Soċjali Jikteb dwar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon L-1956 kienet waħda mill-iżjed snin drammatiċi ta' matul is-se- klu għoxrin. Il-mexxej Sovjetiku, Nikita Khrushchev, issorprendixxa lid-delegati waqt il-kungress tal-Partit Komunista f'Mos- ka bid-denunzja tiegħu ta' Jo- sef Stalin għall-atroċitajiet li huwa kien wettaq, flimkien mal-iżbalji kemm fil-politika u kemm fl-istrateġija tiegħu. Ak- tar tard matul is-sena, l-istess Khrushchev skjera lit-truppi Sovjetiċi sabiex irażżan rew- wixta popolari kontra r-reġim Komunista fl-Ungerija, filwaqt li fil-Karibew, Fidel Castro be- da r-revoluzzjoni tiegħu f'Ku- ba. Fil-Mediterran tal-Lvant, l-Eġittu okkupat il-Kanal Suez fejn b'riżultat t'hekk ir-Ren- ju Unit, flimkien ma' Franza, spiċċat involuta f'kampan- ja militari ta' mingħajr ebda suċċess sabiex tipprova terġa' tikseb lura il-kontroll tiegħu. Bħala kolonja Britannika, Malta kienet inevitabbilment maqbuda fin-nofs ta' dak li sar magħruf bħala l-Kriżi ta' Suez, fejn hija serviet l-irwol ta' bażi strateġika għall-for- zi tal-invażuri, kif ukoll, ak- tar tard, bħala ċentru ta' kenn għall-persuni evakwati Ingliżi li kienu ġejjin mill-Eġittu. Fir-rigward tal-livell politi- ku, kmieni fl-1956 l-elettorat Malti kien ġie mitlub jivvota f'referendum, sabiex tkun tista' tittieħed deċiżjoni konklużiva dwar jekk Malta għandhiex tiġi integrata mar-Renju Unit. Min-naħa tal-qasam soċjali, l-1956 immarkat b'mod note- voli it-tqegħid tal-fondazzjoni tal-istat soċjali ta' Malta, per- mezz tal-ħolqien tad-Dipar- timent tas-Sigurta' Soċjali u l-promulgazzjoni konkorrenti ta' żewġ abbozzi soċjali ewlenin – li dawn kienu l-Att tal-As- sistenza Nazzjonali u l-Att tal-Assigurazzjoni Nazzjonali. B'riżultat t'hekk, persuni vulnerabbli kienu saru eliġib- bli għall-assistenza ta' natura soċjali u medika. Dawk il-per- suni li huma bla xogħol, flimk- ien ma' dawk il-persuni li ma jkunux jistgħu jiksbu impjieg minħabba kwistjoni ta' mard, ilkoll ingħataw għajnuna soċ- jali; filwaqt li persuni li huma morda kronikament saru inti- tolati għall assistenza medika, irrispettivament mill-ammont ta' riżorsi finanzjarji li jkollha l-familja nnifisha. L-Att tal-Assistenza Nazzjon- ali kompla pprovda wkoll kura istituzzjonali b'xejn għall-anz- jani, flimkien ma' servizzi rel- atati mal-isptar u trattamenti diversi, offruti kemm f'istituzz- jonijiet u kemm fi sptarijiet immexxija mill-iStat. Appar- ti minn hekk, il-benefiċjarji tal-assistenza soċjali bdew jik- kwalifikaw ukoll għal konċess- joni għall-kera, f'każ li l-post ta' residenza tagħhom ikun qed jiġi mikri. L-Att tal-Assigurazzjoni Naz- zjonali, min-naħa l-oħra, intro- duċa skema tal-assigurazzjoni soċjali iffinanzjata permezz ta' kontribuzzjonijiet imħallsa b'mod obbligatorju mill-im- pjegati, minn min iħaddem u l-iStat stess. L-iskema minnha nnifisha kienet tinkludi firxa wiesgħa ta' benefiċċji kontrib- utorji, sussidji u pensjonijiet, minbarra kontinġenzi oħrajn li jkopru mard, kif ukoll ko- rriment jew mard fuq il-post tax-xogħol stess, flimkien ma' sitwazzjonijiet ta' qgħad, ir- mulija u anke xjuħija. Huwa għalhekk tabilħaqq li l-1956 kienet sena li mmarkat punt ta' bidla konsiderevoli, fejn il-ġustizzja soċjali f'Malta ma' baqgħetx iżjed ta' natura narrattiva biss, iżda pprovdi- et b'mod tanġibbli lill-famil- ji, lill-ħaddiema u lill-anzjani stess, permezz tad-disponibbil- ta' ta' sorsi t'appoġġ u tal-forni- ment t'għodda adegwati sabiex tgħinhom ibiddlu ħajjithom għall-aħjar. Amministrazzjonijiet suċċes- sivi ħadu f'idejhom it-tmexxija matul is-snin, sabiex ikunu jist- għu jibnu fuq dan l-istess peda- ment permezz ta' miżuri leġis- lattivi u inizjattivi, bil-għan li tinħoloq xibka ta' sigurta' ta' natura estensiva li tkun tista' tissalvagwardja lill-popolazzjo- ni Maltija milli tiġi nieqsa, kif ukoll li ittejjeb il-kwalita' tal- ħajja nnifisha. B'mod partikolari matul l-aħħar disa' snin, Gvern La- burista kien mingħajr ebda waqfien fl-isforzi tiegħu, kemm sabiex jiżdiedu l-pensjoniji- et b'mod ġenerali u kif ukoll sabiex jitjiebu l-istandards tal-għajxien tal-persuni anzja- ni b'mod ġenerali permezz ta' miżuri oħrajn. Illum il-ġurnata, il-popo- lazzjoni tal-pensjonanti tin- numera madwar l-100,000 persuna. Dawn ilkoll qegħdin jirċievu il-pensjonijiet kon- tributorji tal-irtirar, tar-romol u tal-invalidita', jew alternat- tivament il-pensjoni tal-eta' mhux kontributorja. Bejnieth- om, is-sena li għaddiet, huma rċevew ukoll somma rekord ta' €836 miljun f'total ta' pens- jonijiet, fejn apparti minn hekk, dawn kienu intitolati wkoll għal sussidji jew għotjiet skond l-eta' u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom rispettivament. Bħala spiża ta' natura indipendenti, l-abbozz tal-pensjoni ammon- ta għal tliet kwarti tan-nefqa globali marbuta mal-qasam tas-sigurta' soċjali għas-sena sħiħa. Familji bi tfal taħt l-eta' ta' 16-il sena ilhom jirċievu l-al- lowances tat-tfal sa mill-1974. Dawn ir-rati tal-allowance komplew jiġu mtejba matul is-snin, u mill-2021 'il quddi- em dawn komplew jiġu miż- juda bil-pagament ta' suppli- menti annwali, sabiex ikunu jistgħu ikomplu jagħtu spinta lid-dħul tal-familji. Minbarra dan, diversi forom ta' bene- fiċċji ġodda bħall-għotja f'każ ta' twelid, flimkien m'għotjiet għall-adozzjoni, ġew introdotti; filwaqt li pagamenti lil ġenituri li jwettqu foster care flimkien ma' ġenituri ta' tfal b'diżabil- ita', kienu lkoll ġew aġġornati sew matul l-aħħar ftit tas-snin. Il-ħidma permezz ta' sah- ra, flimkien mal-estensjoni tan-network soċjali sabiex ikun jista' jkopri għadd konsiderevoli ta' problemi ta' natura, spiċċa rawwem b'mod għal kollox mhux intenzjonat id-dipen- denza fuq il-benefiċċji, filwaqt li ġie kkreat ukoll effett qawwi ta' diżinċentivar sabiex dak jew dik li tkun ifittex jew tfittex impjieġ, li minnu nnifsu rriżul- ta f'nassa tal-istess benefiċċji. Sabiex tkun tista' tiġi kontro- bilanċjata din is-sitwazzjoni, inizjattivi ta' natura attiva re- latati mas-suq tax-xogħol il- hom jittieħdu sa mill-2014, fe- jn dawn kienu immirati sabiex ikunu jistgħu jinfatmu persuni li jkunu għaddejjin minn per- jodu ta' inattivita' jew li jkunu sfaw dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali, filwaqt li jipprovduhom b'aktar sigurta' meta jirnexx- ielhom jakkwistaw xogħol. Dan il-pakkett t'għajnuniet soċjali kien magħmul mill-Benefiċċju ta' Waqt l-Impjieg, it-tnaqqis gradwali tal-benefiċċji soċjali, kura tat-tfal b'xejn għal ġenituri li jaħdmu, jew li jedukaw, flimk- ien mad-disponibbilta' tal-kura għal tfal fl-eta' tal-iskola pri- marja kemm qabel u kemm wara l-ħinijiet tal-iskola stess. Imsaħħin minn klima ekono- mika u industrijali ta' natura pożittiva, dawn il-miżuri wrew biċ-ċar li huma fundamentali sabiex jiżdiedu l-opportuni- tajiet tal-impjieġi, titnaqqas id-dipendenza fuq il-benefiċċji għall-aktar livell baxx li qatt ġie rreġistrat filwaqt li jiġi ffaċilitat id-dħul, kif ukoll f'ċertu kazi- jiet id-dħul mill-ġdid, tan-ni- sa fis-suq tax-xogħol innifsu. Minbarra t-tisħiħ tal-benesseri tal-benefiċjarji diretti u l-famil- ji tagħhom, dawn il-miżuri komplew jikkontribwixxu wkoll lejn it-tnaqqis fir-rati tal- faqar u tal-esklużjoni soċjali. Armat bl-approvazzjoni elet- torali qawwija tal-manifest tal- Gvern, dan il-ministeru jerġa jikkonferma mill-ġdid l-im- penn sħiħ tiegħu sabiex ikompli bl-ispinta 'il quddiem bil-għan li jkompli jagħti iżjed appoġġ fi- nanzjarju permezz tal-ġustiżżja soċjali, billi jimplimenta matul il-ħames snin li ġejjin id-diver- si miżuri u inizjattivi ġodda li kienu ġew imwiegħda fil-man- ifest innifsu. Manifest li jġaw- di l-approvazzjoni tal-akbar maġġoranza elettorali li qatt ra dan il-pajjiż, mill-Indipenden- za tiegħu fl-1964 sal-ġurnata tal-lum rispettivament. Dan huwa wieħed minn serje ta' artikli bil-għan ta' kommemorazzjoni tax-Xa- har tal-Ġustizzja Soċjali lkoll organizzati mill-Minis- teru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022