Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 1 TA' MEJJU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L i partit jkollu €32 miljun dejn jew aktar minn hekk u li jkun f 'diffi- kultà serja biex iħallas dak id-dejn, speċjalment wara li jkun għamel mat-€300,000 telf oħra minn kampanja elettorali mhux ċajta. Li anke, minn naħa l-oħra, stazzjon politiku wkoll ikollu mil- juni f 'dejn - payment plans jew le - mhix xi ħaġa taċ-ċajt lanqas! Forsi l-aktar li smajna dan l-aħħar kien fuq id-djun li għandu l-PN, tant li kienet din il-gazzetta stess illi żvelat kif tal- VAT litteralment bagħtu ittri lil uffiċjali tal-istess partit sabiex jibdew iħallsu lura l-eluf kbar li għandhom jagħtu. Kienet din il-gazzetta stess ukoll li kienet żvelat lura fit-12 ta' Frar 2020 kif il-PN kellu jagħti madwar €12-il miljun f 'VAT, bolla u ħlas ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma. Illum qed niżvelaw illi l-midja tal-Partit Laburista għandha wkoll tagħti miljuni oħrajn, f 'VAT, bolla u kontijiet ukoll - bejn wieħed u ieħor tmien miljuni, qalulna sorsi fi ħdan il-PL. Dan ifisser li bejn wieħed u ieħor iż- żewġ partiti jew inkella l-PN u l-midja tal-PL għandhom mal-€20 miljun x'jagħtu lill-Gvern. Issa dejn kulħadd ikollu. Jew ħafna jkollhom. Dejn għax xtrajt proprjetà, għax xtrajt karozza jew inkella għax xtrajt xi oġġett għad-dar. L-importanti mhux kemm ikollok dejn, daqskemm dak id-dejn huwa sostenibbli sabiex jitħallas lura mingħajr ma' persuna jew negozju jkollha tispiċċa msallba. Illum, kull min imur jipprova jixtri post jaf li l-bank ġeneralment ma jagħtikx self jekk il-ħlas lura ta' dak is-self ikun jaqbeż bejn wieħed u ieħor il-35% tad-dħul tiegħek. Imma li partit - li qiegħed hemm biex jiggverna jew jaspira li jiggverna - ikun f 'qagħda finanzjarja tant ħażina li l-Kap tiegħu stess jgħid li ma hemmx triq oħra ħlief li jinbiegħu l-assi u eks Kap tal-midja tiegħu jgħid li hemm bżonn jibda proċess ta' insolvency - bil-Malti pur, fallut - hija serjissima. U jekk għadek ma imtx għaliex din hija sitwazzjoni gravi, hawn huma it mir-raġunijiet: Partit li jrid il-flus għax jinsab fi stat ta' falliment finanzjarju se jdur għal kull għajn ta' flus, sabiex jibqa' fil-wiċċ. U dan x'ifisser? Ifisser li l-partit ikun kompromess, li jkollu l-obbligi lejn individwu jew kumpanija, li jkollu jidħol f 'arranġamenti dubjużi sabiex ikun jista' jħallas il-pagi. U dan x'ifisser? Ifisser li meta dak il-partit ikun fil-Gvern, dawk li tawh u impalawlu fiż-żminijiet diffiċli jibdew ġejjin għal sehemhom. U sehemhom ikun kuntratti, direct orders, listi ta' kuntratturi preferuti, proġetti li jingħataw l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, minkejja kull oġġezzjoni l-kontra u l-lista tkompli. Dan apparti l-eżempju ħażin li qed jingħata, meta ż-żewġ partiti għandhom mal-€20 miljun x'jagħtu f 'VAT, bolla u kontijiet! Biex imbagħad l-istess entitajiet, jekk Ċikku l-poplu jdum ma jħallas jaqtgħulu s-servizz! Dan sew allura? Jiġifieri filwaqt li n-nies iridu jkunu attenti l-partiti jużaw l-vantaġġ tal-poter tagħhom biex ma jħallsux? Dan sew? Dan ġust? Dan huwa l-eżempju ta' min qed imexxi jew irid imexxi lill-pajjiż? Kif qal Bernard Grech - jekk il-PN ma jistax jieħu ħsieb il-finanzi tiegħu, aħseb u ara tal-pajjiż. Imma għaliex issa qed jgħid hekk? Dan mhux l-istess Bernard Grech li it ġimgħat ilu ried imexxi lil dan il-pajjiż? Allura b'ammissjoni tiegħu stess kemm hu u anke l-PN ma kinux lesti biex imexxu? Għax it-€32 miljun dejn li għandu l-PN, hemmhekk kienu waqt il-kampanja elettorali! Jew din tad-dejn kienet narrativa perfetta biex inbeżżgħu lil kull min forsi għaddietlu minn rasu li jipprova jażżarda jikkontesta għat-tmexxija? Hi x'inhi - dak mhux punt importanti u li jinteressa wisq lil dan l-editorjal. Il- PN donnu jrid jibqa' jgħix fl-illużjonijiet u l-ħolm li din ma kinitx l-akbar telfa elettorali u l-aktar umiljanti fl-istorja, u minflok qagħad bilqiegħda jara x'mar ħażin, għamel bħal dak li ħass id-darsa se tinqala' bl-uġigħ iżda injoraha u baqa' għaddej b'ħajtu. Sakemm l-uġigħ jirritorna u jħallih tal-post! Imma dak hu jaf. Li huwa ħafna aktar importanti u li jinteressa lil dan l-editorjal huwa kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni prekarja tal-PN u anke d-djun li għandu l-PL mal-Gvern. Mhux biss billi ngħidu illi qed nagħmlu l-payment plans imma biex nagħtu it- tweġiba għall-aktar mistoqsija importanti: Il-Partiti minn fejn għandhom iġibu l-flus? Huwa ċar li wasal iż-żmien li d-djun li hemm jitħallsu lura kollha - pero' fl-istess ħin tiġi diskussa l-possibilità ta' ffinanzjar mill-Istat lill-partiti kollha, fuq mekkaniżmu li jkun diskuss u ġust u li jinkorpora lil kull partit f 'Malta. Inkella se nibqgħu f 'din id-dawra durella! Partit jiddejjen, kważi jfalli, imbagħad jitla' fil-Gvern u l-istorja jaa kulħadd! Pjaċiri, fuq pjaċiri, fuq pjaċiri. Hekk irridu nibqgħu? Mhix tad-daħk li partit ikun fallut! Anzi tal-biża'!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022