Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum Il-PN u l-PL għandhom jagħtu madwar €20 miljun f'VAT, bolla u kontijiet tad-dawl ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sorsi fi ħdan il-Partit Laburista qalu ma' din il-gazzetta illi l-midja tal-Partit Laburista għandha miljuni f 'dejn, dejn li jgħidu illi huwa viċin l-€10 miljuni. Xi ħaġa iżda li ċ-Chairman tal-ONE Jason Micallef jiċħad, għalkemm ma jiċħadx li l-istess entità għandha miljuni f 'dejn u li fil- fatt dan huwa mal-Gvern biss, mhux ma' kumpaniji privati. Jgħid ukoll li hemm ftehim ma' diversi entitajiet biex dan jitħallas lura. Fil-fatt is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi d-dejn jqarreb l-€10 miljuni, għalkemm ikkonfermaw ukoll li dan mhuwiex ma' kumpaniji privati iżda mal-Gvern. Fil-fatt il-biċċa l-kbira tad- dejn huwa fi ħlasijiet lura ta' VAT, bolla u anke kontijiet tad- dawl u l-ilma, xi ħaġa li kienet irrapportat dwarha l-gazzetta Maltatoday ftit żmien ilu meta żvelat illi l-ONE Productions għandha €1.25 miljun xi tħallas f 'dawl u ilma, filwaqt li MediaLink kellha djun li jlaħħqu t-€3.5 miljuni. Jirriżulta skont dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta illi snin ilu kien sar ftehim li ma kienx onorat, iżda fl-aħħar tas-sena l-oħra ntlaħaq ftehim ieħor li permezz tiegħu bdew il-ħlasijiet li kienu b'lura lill-Gvern. Il-midja Laburista mhijiex waħedha f 'dan it-tip ta' dejn hekk kif il-gazzetta ILLUM kienet żvelat ukoll lura fi Frar tal- 2022 illi l-Partit Nazzjonalista kellu €12-il miljun xi jħallas f 'bolol, VAT u anke kontijiet lill- kumpanija ARMS. Dan ifisser illi l-partiti bejniethom - hekk kif is- sitwazzjoni finanzjarja tal-PN baqgħet waħda pjuttost prekarja - għandhom jagħtu madwar €20 miljun lill-Gvern f 'VAT, bolla u kontijiet tad-dawl u l-ilma. Jason Micallef mhux mistenni jibqa' jmexxi l-ONE Intant iċ-Chairman preżenti tal-ONE Jason Micallef mhux mistenni jibqa' jmexxi l-midja tal-Partit Laburista għalkemm ikkuntattjat minn din il-gazzetta ċaħad b'mod kategoriku illi huwa intalab jirreżenja mill- Prim Ministru Robert Abela. Hu ma riedx jikkumenta dwar pjanijiet għall-futur tiegħu fil-kariga li issa ilu jokkupa għal snin, għalkemm dawk li tkellmu mal-ILLUM qalu li huwa mistenni jħalli postu mill- midja tal-PL u jokkupa kariga differenti. Id-dejn fil-PN Id-dejn fil-partiti kien is- suġġett ta' diversi artikli u diskussjoni fil-midja bil- Kap tal-PN Bernard Grech saħansitra jammetti ġimgħa ilu illi l-PN għandu €32 miljun dejn, xi ħaġa li kemm il- Maltatoday u anke l-ILLUM kienet ilha li rrappurtat. Ftit ġimgħat ilu din il-gazzetta rrappurtat ukoll kif f 'Awwissu li għadda d-Dipartiment tal-VAT kien bagħat ittra li fiha wissa lill-uffiċjali tal-PN biex jibdew iħallsu, liema twissija donnha mietet fuq ruħ ommha. Fi Frar tal-2020 l-ILLUM kienet irrappurtat ukoll kif il-midja tal-PN kienet qed tagħmel madwar miljun ewro telf fis-sena. Jason Micallef jgħid mal-ILLUM li d-dejn tal- media tal-PL mhuwiex ma' kumpaniji privati imma mal-gvern, is-sorsi jikkonfermaw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022