Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 It-temp ikun favur il-uri wkoll għax tkun il-kesħa u l-uri jgħixu aktar." Apparti l-bukketti u tiġijiet, jgħid li jkollu bosta ordnijiet għal dekorazzjonijiet fejn jarma d-djar u anke l-knejjes. Dan għal Meme huwa l-isbaħ żmien. Il-Meme spjega mal-ILLUM li hu jagħmel ukoll l-bukketti fiż-żewġ festi ta' Ħal Tarxien, dik tal-Marija Annunzjata u tal-Madonna tad-Duttrina. F'dan iż-żmien ikollu bosta ordnijiet biex it-Tarxiniżi jarmaw id-djar tagħhom speċjalment b'arranġamenti fuq l-imwejjed tal-pranzu u tal-kafè. 'Il-mewta tan-nannu ħassejtha wisq! Ma rridx ninstema' ħażin imma mnalla kienet il-Covid għax gawdejtu iktar' Stephen irċieva appoġġ kbir minn familtu meta ddeċieda jsir bejjiegħ tal-uri b'mod partikolari mill-mibki nannuh. Jirrakonta kif bħal dan iż-żmien kien jimla l-ġnien sa ruħ ommu bil-uri. Nannuh kien jgħaddi bil-mod minn mal-bieb, ħosbien. "Dan se tbiegħhom kollha Steph?" kien jistaqsih, "għax qed tinkwetani." Sal-Ħadd ma kienx ikun baqa' ura waħda iżda f 'nofs il-ġenn nannuh kien jerġa' jgħaddi u jgħidlu "x'hemm għalija?" u b'ton inkejjuż il- Meme kien jgħidlu "issa naraw Nann." "In-nannu kien kuntent ħafna bid- deċiżjonijiet li nagħmel u kien jgħidli "la kuntent int, kuntent jien." Stephen jgħid lill-gazzetta ILLUM li l-iktar mument ta' niket f 'ħajtu kien il-mument li tilef lin-nannuh f 'nofs pandemija, l-aktar għal mod li tilfu. "Kont hawn id-dar għax kont kwarantina u hu waħdu jmut bejn erba' ħitan fl-isptar. Naħseb l-unika ħaġa li n-nannu qatt ma xtaq hi li jmut waħdu. Kien jgħidilna "tħallunix immut waħdi." B'rimors f 'leħnu, Stephen jgħid li nannuh dejjem ried li jmut f 'dahru, imdawwar minn familtu jekk hemm xi ċans. Stephen kien jgħix man-nanniet tiegħu għall-dawn l-aħħar għaxar snin. Jgħid li lil nanntu ma tantx gawdiha għax tilia sentejn wara li mexa d-dar iżda n-nannu gawdih sew. "Nirringrazzja l-Bambin, ma rridx ninstema' ħażin, li faqgħet il-pandemija. Għax dik is-sena gawdejtu ħafna, kont naħdem dejjem mid-dar u kien il-ħin kollu jdur miegħi. Konna nilletikaw ħafna għax kien iqabbiżommli imma dik normali meta tgħix ma' xi ħadd. Kellu rasu iebsa u jien ukoll rasi iebsa, jaf forsi għalhekk," qal bi tbissima. L-ILLUM talbitu jirrakonta storja li jibqa' jiakar dwar nannuh. Stephen jgħid li nannuh ma kien jagħti kas xejn. L-unika ħaġa li kien jagħti kas kienet il-festa li skont Stephen kienet l-ikbar avveniment tas- sena għal nannuh tant li kien "jaqla' kollox f 'Mejju." "In-nannu tiegħi kien mastrudaxxa allura jekk kien ikun hawn bieb li qiegħed ħażin, fil-festa jaqilgħu. Kont ngħidlu "madoffi 12 il-xahar fis-sena, trid tivvinta taqla' oġġett f 'Mejju? Jien kont nieħu ħsieb id-dar, il- mument li naqbad il-faċendi, kont nieħu qatgħa għax kien jiġi jixkatlali!" Intant Stephen jgħid li dawn il-battibekki ċkejkna issa jgħożżhom, l-istess bħal meta minn ġol-ħġieġ kien jarah jitbissimlu meta jkun qed jirranġa l-uri. 'Nirringrazzja l-Bambin li l-għada kelli tieġ' In-nannu ta' Stephen miet fis-7 ta' Diċembru tal-2020 u minħabba l-Covid indifen fl-istess ġurnata. Dik is-sena x-xogħol kien naqas tant li kellu biss żewġ tiġijiet, wieħed minnhom f 'Awwissu. It- tieni tieġ, il-Mulej rid li jsir propju l-għada tal-funeral tan-nannu tal-Stephen. Mal- ILLUM jgħid li jirringrazzja l-bambin kif ġew l-affarijiet. It-tieġ ma kienx se jaħdem fuqu u għalhekk lill-għarusa, ħabiba tiegħu, qalilhali m'għandux moħħ. "Dakinhar qomt, fit-8 ta' Diċembru, mort is-sala u bdejt narma. Naħliflek kont imkisser, imma dak il-ħin għidt għalxejn se noqgħod fis-sodda. Jien għamilt biss is- sala, il-knisja u l-għarusa ħallejthom f 'idejn ħabib tiegħi." Il-gazzetta ILLUM staqsietu kif mexa' 'l quddiem minn dak in-niket u jistqarr li Diċembru kien wieħed bieżel iktar minn matul is-sena. Jgħid li sa Jannar kien reġa' qabad ir-rutina ta' kuljum iżda qabad jimmisjah ħafna. "Sena wara, qed nidra sa ċertu punt imma għax naf li qiegħed kuntent żgur, jitbissem." 'Dan iż-żmien il-uri saru jsiru skont l-istil tat-tieġ' Induru fuq it-tiġijiet. Ġimgħa ilu mal- gazzetta ILLUM tkellmu organizzaturi, sidien tas-swali u persuni fil-catering u saħqu li x-xogħol qed jiċċaqlaq u l-interess qed jikber. Fil-uri jidher li s-sitwazzjoni hi waħdi simili, għalhekk il-gazzetta staqsietu jekk għadux moda li l-għarusa toħroġ bil- bukkett abjad. Il-Meme jispjega li għad hawn min jordna bukketti bojod iżda l-moda inbidlet. "L-ewwel ħaġa li nistaqsihom hi dik: "Tixtieq xi ħaġa li toħroġ iktar mal-libsa?" Tinsiex li l-libsa diġà tkun bajda, lewn ix- xampanja jew cremè, meta jkollok kulur ieħor narah li jinqala' aktar il-bukkett." Jgħid mal-ILLUM li llum il-ġurnata l-uri jimxu aktar mal-istil tat-tieġ. Hawn għarajjes li pereżempju jagħżlu stil klassiku u l-uri jikkumplimentaw dak l-istill. Dan apparti li għal kull staġun hemm kuluri abbinati miegħu. "Fir-rebbiegħa u fis-sajf nużaw ħafna l-kuluri ċari. Fil-ħarifa nużaw iktar l-oranġjo u kuluri skuri bħal kannella, għax dan iż- żmien hawn kull tip ta' uri issib. Imbagħad għal Milied, jibda jidħol l-aħmar. Illum l-abjad jidħol fil-knisja biss, imma imbagħad għandek fejn tesperimenta." Naqbżu għall-Jum l-Omm: X'inhi l-ura ta' Jum l-Omm? Il-ura uffiċjali ta' Jum l-Omm madwar id- dinja hija l-qronfla. Dan wara li l-fundatriċi ta' din il-ġurnata, Anna Jarvis qasmet qronfla fl-ewwel ċerimonja ta' Jum l-Omm ġewwa l-Amerika. Mistoqsi mill-ILLUM dwar l-aktar ura li tinbiegħ f 'Jum l-Omm f 'Malta, il- Meme jgħid li iktar minn uri, tinbiegħ l-Ortensja, pjanta bi ur żgħar l-iktar fil-lewn roża. Apparti li hu żmienha, ir-roża jilgħab fattur importanti f 'Jum l-Omm minħabba li huwa s-simbolu tal- kompassjoni u t-trawwim. "Hemm kwantità kbira ta' uri li jistgħu jinbiegħu f 'Jum l-Omm imma l-aktar li jinbigħ hu r-roża. Iktar mill-uri, inbiegħ l-ortensja fil-fatt inbiegħ madwar mitejn ortensja f 'temp ta' jumejn." Il-Meme sostna li l-ward ma jintużax f 'San Valentinu biss u jaħseb biex ikollu numru kbir ta' ward roża lesti għal din il-ġurnata "Dan iż-żmien hawn ħafna iktar kuluri ta' ward, hemm il-blu u l-abjad, l-isfar u anke qawsalla sħiħa f 'warda waħda. Imma bħalma f 'San Valentinu jinbiegħu eluf ta' ward aħmar, matul Jum l-Omm jinbigħ l-aktar il-ward roża." Dan l-aħħar skont il-Meme saru moda wkoll il-uri nexfin u għalhekk din is-sena se jġib bukketti ta' dawn il-uri wkoll. Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022