Illum previous editions

ILLUM 8 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 Mark Vella jagħti ħarsa lejn il-lista t-twila għall-edizzjoni ta' din is-sena tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: rekord ta' 199 ktieb sottomess, varjetà ta' titli b'konsistenza ta' kwalità u produzzjoni, imma anki preludju għal taqtigħat kbar u eċitanti. tal-kittieba huma mkissrin fil- ġeneru, iktar milli kumbinazzjoni fejn kittieb jinzerta ħareġ ġabra ta' novelli. Għalhekk, l-istennija hija waħda li taf anki tagħżel fost il miglior fabbro f 'dan il-ġeneru produttiv. Fil-każ tal-poeżija, kważi ndaqs bħala xogħol bl-Ingliż u l-Malti, b'taqtigħa li x'aktarx se tinkludi lil Nadia Mifsud, John Portelli u Norbert Bugeja, u Ħassartek ta' Matthew Schembri bħala outsider interessanti. Bħal m'għidna, il-katoegorija tat-teatru hija waħda li dejjem tbati. Dis-sena, l-għażla hija bejn Vincent Vella (bl-Ingliż) u Alfred Buttigieg (bil-Malti), f 'ambitu fejn il-produzzjonijiet teatrali oriġinali forsi jittellgħu b'diffikultà, jew inkella huma ddominati minn operaturi partikolari fi ħdan qagħdiet li jtendu wisq lejn l-appalt u n-negozju (kemm niakru fil-kontroversja wara Ix-Xiħa u Mario Philip Azzopardi): u dan apparti mill-fatt li l-pubblikazzjoni tagħhom fi ktieb hija assolutament għażla ekonomikament ġa telliefa. Il-kategorija tat-traduzzjoni tibqa' ħajja u tbaqbaq bi 12-il sottomissjoni ta' kull xorta mid- Divina Commedia u dramm ieħor ta' Shakespeare tal-magna ma tieqaf qatt li huwa Alfred Palma, sat-traduzzjoni ta' Antoinette Grima ta' xogħol ta' Andrea Camilleri, mingħajr ma ninsew il-valur ta' kull pubblikazzjoni sottomessa. Din kategorija importanti u li għad tkompli tikber, speċjalment bl-impetu mogħti f 'dawn l-aħħar snin minn aktar fondi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għat-traduzzjonijiet lejn il-Malti kif ukoll għal aktar esportazzjoni tax-xogħol Malti. M'iniex se nsemmi x-xogħol għat-tfal li jieħu sehem fil- Premju Terramaxka, sew għaliex mifrux sew u jitkellem għalih, l-aktar fix-xogħol bla heda tal- pubblikaturi lejn kontenut dejjem aktar oriġinali u ktieb aħjar mill- ieħor. Imma ta' min insemmu dawk li jafu jkunu verament il- battalji l-kbar, għaliex imorru lil hinn mill-valur letterarju. Il-kategoriji li tradizzjonalment jinkludu l-Melitensia, tar- Riċerka Ġenerali u tar-Riċerka Bijografika u Storjografika, fihom fiex togħxa, sew għall-ġurat sew għall-qarrej: xogħlijiet ta' kull xorta bi produzzjoni impekkabbli. Biex insemmu xi eżempji, it- tkomplija tas-sensiela dwar l-arti mill-Horizons bix-xogħol ta' Giuseppe Schembri Bonaci (ġa rebbieħ is-sena li għaddiet), ix- xogħol li mdorrijin nistennewh u napprezzawh ta' pubblikatur storiku bħall-Midsea Books, u offerti interessanti bħall-ħidma innovattiva f 'dan il-qasam tad- dar tal-kotba Kite u l-offerta ta' dis-sena tal-SKS bil-volum dwar l-istorja bir-ritratti tal- Parti Laburista miġbura minn Ray Mangion. L-SKS ukoll joffru l-bomba tal-bijografija ta' Mintoff ta' Mark Montebello (minkejja li mbagħad ma tħallewx ibigħuha miċ-ĊNL!), u ta' min jissemmew għal darba'oħra xogħlijiet maħruġa mill-Kite (ktieb dwar Churchill u Malta u ta' Victor Aquilina, u pubblikazzjoni interessanti ta' Michael Refalo dwar il-Maltin tal- Eġittu), kif ukoll ħarġa oħra mis- sensiela Horizons Bejn Storja u Miti, editjata minn Sergio Grech, did-darba dwar Giovanni Bonello. Imma issa, li kieku kellna tassew nagħmlu l-imħatri, minn se jirbaħ fil-battalja, ideoloġika forsi aktar minn letterarja u bibljografika, bejn l-istunt suċċess tas-sena ta' Mark Camilleri b' A Rent-Seeker's Paradise — bid- dissident u l-awtoeżiljat Laburist jaqla' kollox minn fuq l-istonku u jikxef l-għawar tal-poter f 'dagħdigħa li ma taħfer lil ħadd — jew inkella ktieb ieħor, minn dawk li għadhom rekbin fuq il- mewġa ġurnalistika mnebbħa mill-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia, dis-sena permezz ta' Manuel Delia u Alessandra Dee Crespo. Imma tinsewx iż-żiemel l-ieħor, li għandu mnejn jiżgiċċa minn wara, bit-tieni volum tal- qrariet ta' Alfred Sant. Nistgħu nħarsu lura lejn sena mill-aktar għammiela, filwaqt li nistennew ħerqana l-eżitu ta' dawn it-taqtigħat. Kull ma jonqosna premjazzjoni stil Oscars (mingħajr il-ponnijiet, minkejja kull taqtigħa), u forsi anki l-interess tal-industrija tal-imħatri (żurżieqa etika mill-kbar, ngħiduha dejjem), u jaf nibdew nirbħu wkoll it- taqtigħat ekonomiċi. Hu x'inhu, lista twila immens li tħajrek mhux biss issegwi r-riżultati fix-xhur li ġejjin, imma anki li żżur il-ħwienet jew is-siti online, tifli, tagħżel, u fl- aħħar...taqra!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2022