Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467181
'L-ikel fl-Ukrajna dejjem qed jiskarsa;' L-ACN tappella lil Maltin għall-għajnuna Sa mill-bidu nett tal-gwerra, l-Arċidjoċesi ta' Ivano-Frankivsk, fil-Punent tal-Ukrajna, bdiet tilqa' nisa u tfal li qed jaħarbu minn bliet kbar fil-Lvant tal- pajjiż, bħal Kyiv, Kharkhiv, Zaporizhzhia, Dnipro u Odessa. Sofia, li għad għandha biss 14- il sena, hi waħda minn dawn il- persuni spostati. Flimkien ma' ommha Viktoria, ħarbet mill- gwerra li fissret ħerba f 'ħajjitha u, anki, lill-belt ta' Brovary fir-reġjun ta' Kyiv. Żgħażagħ tal-età tagħha diġà għandhom ħafna x'jiffaċċjaw: ikunu qed ifittxu tifsira f 'ħajjithom, diġà qed jaħsbu fl-edukazzjoni futura tagħhom u f 'liema xogħol jixtiequ jaħdmu fil-futur. Iżda għal Sofia issa kollox sar totalment differenti. Minn mindu waslu fl-iskola sekondarja San Bażilju f 'Ivano- Frankivsk, li hi belt ta' madwar 300,000 persuna, Sofia u Viktoria bdew jippruvaw jaddattaw għall- ħajja l-ġdida tagħhom. Din l-iskola hi waħda mill-postijiet fejn l-Arċidjoċesi Kattolika Griega issa ilha kważi tlett xhur toffri kenn lil persuni spostati li jkunu għadhom kif waslu. Missier Sofia ma marx magħhom biex jibqa' jiddefendi daru u lil pajjiżu. Minkejja l-periklu u s-sogru li qiegħed jieħu, iħossu it aktar moħħu mistrieħ issa li jaf li familtu tinsab sigura. Sa mill-1947, l-Aid to the Church in Need (ACN appoġġjat lill-Kristjani ppersegwitati u spostati, jew li qegħdin ibatu minn diskriminazzjoni f 'diversi pajjiżi madwar id-dinja. Għal diversi snin ukoll, l-ACN ilha tenfasizza fil-fora internazzjonali t-theddid serju li dejjem qed jiżdied kontra diversi twemmin, liema theddid u persekuzzjoni jmorru direttament kontra il-Karta tad-Drittijiet tal- Bniedem tal-Ġnus Magħquda. Għal ħafna snin issa, l-ACN – inkluż l-uffiċċju tagħha f 'Malta – ilha tappoġġja bosta proġetti fl- Ukrajna, fejn 85% tal-popolazzjoni hi Kristjana. Minn Frar li għadda stess, l-ACN immedjatament ipprovdiet għajnuna ta' emerġenza bi tweġiba għall-gwerra. Eżempju minnhom hu li permezz ta' din l-għajnuna, l-Arċidjoċesi ta' Ivano-Frankivsk setgħet tibdel immedjatament il-klassijiet fl- iskola sekondarja San Bażilju f 'dormitorji li jesgħu mal-mitt ruħ. Sofia hi grata ħafna. "Almenu, hawn għandna saqaf fuq rasna, dawl, ikel, ħwejjeġ u, fuq kollox, paċi," qalet. Issa qed tipprova tagħmel kemm tista' biex tgħin lill- oħrajn. Ommha, Viktoria, offriet ukoll biex tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn. "M'għadx għandna biża', iżda nixtiequ biss li ngħinu lil persuni oħrajn fl-istess qagħda tagħna," qalet Viktoria. L-Arċidjoċesi qegħda tipprova tiġbor kemm tista' ikel mill- parroċċi kollha tagħha, iżda mhux qed ikun hemm biżżejjed, għax l-ikel qed jiskarsa dejjem aktar. Anki hawn, l-ACN qed tibgħat ikel u mediċini għaIl-persuni spostati. Hawnhekk huma jingħataw kura medika b'xejn, grazzi għat-tobba fi sptar li jinsab fil-qrib. Ladarba l-gwerra tispiċċa, hemm ħaġa waħda biss li Sofia u Viktoria jridu: dik li jmorru lura f 'darhom. Peress li jinsabu ferm il bogħod, mhumiex ċerti jekk id-dar tagħhom f 'Brovary hux se tibqa' sħiħa minħabba l-gwerra, peress li tinsab seba' kilometri biss il bogħod minn Kjiv. Brovary bdiet tintlaqat minn rokits sa mill-ewwel jiem tal-gwerra. Dawn l-attakki ħallew seba' persuni mejta u madwar 17 oħra midruba. "Ninkwieta l-aktar kemm għad- dar tagħna, u għall-iskola fejn kont immur," tgħid Sofia. "Tgħid kollox se jibqa' l-istess meta mmur lura d-dar? Ma nafx, imma nitlob u nittama li l-gwerra ma ddumx ħafna." Minn ħaġa waħda hi ċerta: meta kollox jerġa' lura għan- normal, l-ewwel ħaġa li se tagħmel hi li tiltaqa' ma' sħabha u tgħannaq lil missierha, li hu l-iktar persuna li timmissja. L-ACN qed tappoġġja wkoll aktar minn 600 saċerdot u sorijiet fid-djoċesi ta' Ivano-Frankivsk fil-ħidma pastorali u ta' karità tagħhom fost in-nies. Dan għaliex dawn jafu sew il-ħteġijiet reali tal- komunitajiet rispettivi tagħhom. Fil-fatt, bħalissa huma qed jgħinu kemm jistgħu lil kull min imur għandhom, sew jekk jemmen kif ukoll jekk le. l-ACN (Malta), li hi għaqda volontarja (VO/2227), qed tappella għall-għajnuna mingħand Maltin u Għawdxin ħalli tkun tista' tkompli tgħin fl-għajnuna li qed tintbgħat lill-persuni spostati fl-Ukrajna stess u anki fil-Polonja fejn marru miljuni ta' Ukreni biex jaħarbu mill-invażjoni. Aktar tagħrif jista' tinkiseb mill-ACN (Malta) https://www. acnmalta.org/ukraine/, jew billi ċċempel 2148 7818, inkella permezz ta' imejl: admin@ acnmalta.org 23 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' MEJJU 2022 Ippakkjar ta' oġġetti tal-ikel minn persuni spostati għal oħrajn bħalhom fl-Arċidjoċesi ta' Ivano- Frankivsk, fil-Lvant tal-Ukrajna Sofia ma' ommha Viktoria, bħal familji oħra, qegħdin jingħataw kenn fl-iskola tal-Vikarjat Ġenerali tal- Arċisqof ta' Ivano-Frankivsk