Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132
03 illum • IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 aħbarijiet Inti Għaqda Volontarja? Tixtieq tikseb finanzjament għall-proposta tal-proġett tiegħek? Għal dan il-għan il-Ministeru għall- Ambjent, Enerġija u Intrapriża nieda żewġ skemi: Sa €5,000 permezz tal-Iskema li toffri Assistenza għall-Kitba tal-Proposta tal-Proġett tiegħek Sa €150,000 permezz tal-Iskema ta' Kofinanzjament tal-Proġett li jiġi sottomess taħt il-Programm LIFE 1 2 Għal aktar informazzjoni żur www.environment.gov.mt jew ikkuntattja lill-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali għal Malta: life.meee@gov.mt 2331 6232 www.facebook.com/ncp.Life.Malta Sejħiet ġodda taħt il-Programm LIFE L-istrument ta' finanzjament tal-UE għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika b' € 5.432 biljun disponibbli. L-ADPD se jkompli jisħaq li jkollu rappreżentanza parlamentari li tirrifletti l-voti li kiseb ADPD - e Green Party se jibqa' jinsisti li kull vot jgħodd u għalhekk se jkompli jisħaq li għandu jkollu rappreżentenza xierqa fil-parlament li tirrifletti il-fiduċja li wrew fih dawk li vvutawlu fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali. "Barra minn hekk, hemm bżonn leġiżlazzjoni sura dwar il-finanzjament tal-partiti, pedament essenzjali għall- infrastruttura demokratika tal-pajjiż," qal iċ-Chairperson ta' ADPD – e Green Party, Carmel Cacopardo fil-laqgħa ġenerali statutorja wara l-Elezzjoni Ġenerali fejn ġie ukoll ikkonfermat il-kumitat eżekkutiv tal-partit. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-ADPD - e Green Party kiseb b'kollox 4,747 vot fuq bażi nazzjonali. Dan filwaqt li Arnold Cassola li għal xi snin kien imexxi l-AD kiseb 1,364 vot. Il-laqgħa ġiet indirizzata ukoll minn Sandra Gauci, Deputat Chairperson li saħqet li ADPD għandu jibqa' l-vuċi ta' dawk li l-partiti tradizzjonali jevitaw u jinjoraw: dawk li sejħet "politikament orfni." Hija qalet li l-votanti tal-ADPD huma fil-parti l-kbira tagħhom konxji li l-politika imressqa minnu hija waħda sostanzjalment differenti minn dik li hija imressqa minn dawk il-partiti l-kbar. "Il- vot tagħhom lejn l-ADPD hu primarjament vot ta' fiduċja fil- viżjoni politika tagħna li tħares lejn il-ġenerazzjonijiet futuri biex tfittex li tassigura li dak li jitwettaq illum jippermettilhom jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom għada," qalet Gauci. Hija sostniet li l-ħidma ta' ADPD ser tibqa' iffukata fuq l-importanza tal-ħarsien ambjentali imżewġa ma' impenn dejjiemi favur ġustizzja soċjali u d-dritt għal għixien ġust għal kulħadd. Carmel Cacopardo, emfasizza li kull vot għandu jgħodd - għalhekk kien li l-ADPD fetaħ kawża kostituzzjonali biex l-inġustizzji imwettqa mis-sistema elettorali kontra l-partit jiġu indirizzati minnufih. "Dan speċjalment meta f 'din l-aħħar elezzjoni l-inġustizzji komplew żdiedu bl-introduzzjoni ta' tnax-il siġġu parlamentari intenzjonati għall-bilanċ tal- ġeneru li komplew iddiskriminaw ma' kandidati nisa tal-ADPD. Filfatt, żewġ kandidati tal- ADPD - Sandra Gauci u Melissa Bagley - kisbu voti iktar minn kandidata tal-PL li spiċċat fil- parlament bis-saħħa ta' dan il- mekkaniżmu. Imma il-kandidati tal-ADPD baqgħu barra għaliex ma kkontestawx f 'isem wieħed mill-partiti tradizzjonali li kienu kkonfoffaw minn qabel li dan il-mekkaniżmu japplika biss għalihom it-tnejn." Cacopardo kompla jgħid li hemm bżonn riforma mill-qiegħ tas-sistema elettorali li tindirizza iż-żewġ problemi ewlenin tagħha: dik li jkun hemm proporzjonalita' vera għal kulħadd u li toffri rimedju għall-bilanċ tal-ġeneru. "Kif konna ressaqna fil-proposti tagħna għal tibdil fis-sistema elettorali dan jista' jsir mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiżdiedu s-siġġijiet parlamentari kif ġara issa fejn għandna l-ikbar parlament per capita fl-Unjoni Ewropea." Carmel Cacopardo u t-tmexxija tal-ADPD