Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132
05 illum • IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 aħbarijiet Ħsara fil-pavimentar ta' Pjazza San Ġorġ wara l-ftuħ tal-Ispecial Olympics u l-Karnival YENDRICK CIOFFI Hekk kif tneħħew l-istrutturi li ntramaw fi Pjazza San Ġorġ għall-Ftuħ tal-Ispecial Olympics Malta u anke għall-Karnival inkixfet ħsara li l-istrutturi li ntramaw ikkawżaw fil-paviment tal-istess pjazza. Residenti u anke uffiċjali Beltin qasmu mal-gazzetta ILLUM ritratti tal-ħsara li ġiet ikkawżata mhux biss lill-paviment imma anke d-dwal li jixegħlu l-faċċata tal-Main Guard u anke l-Palazz tal-Gran Mastru, fost oħrajn. "Sabiħ li norganizzaw attivitajiet bħal dawn fil-Belt Kapitali, imma rridu nassiguraw li ma nagħmlux ħsara u li l-armar u l-istrutturi jkun adegwati għall-Belt u għal pjazza bħal din," qal wieħed mill-persuni li tkellmu mal-gazzetta ILLUM. Ir-ritratti huma ċari. Dawn juri blokok mill-paviment li huma nieqsa jew maqlugħa. "Anke periklu għan-nies u t-turisti li jkunu miexja hemm. Tkun aljenat malajr tidħollok sieqek f 'xi toqba," kompla jgħid uffiċjal li tkellem mal-ILLUM, L-istess ritratti juri wkoll li d-dwal li hemm mal-art biex jixegħlu l-pjazza u l-binjiet storiċi li jdwarruha, ukoll sofrew minn ħsara. Hemm dawl li saħansitra spiċċa bla ħġieġ. Dwar dan il-gazzetta ILLUM bagħtet kemm lill-Festivals Malta u anke lill-Isqorts Malta, tistaqsi jekk humiex konxji tal-ħsara u x'se jkun qed isir biex din tissewwa, aktar u aktar issa li l-Belt reġgħet qed timtela' bit-turisti. Sal-ħin li morna għall-pubblikazzjoni konna għadna mingħajr tweġiba. Ftit mir-ritratti li waslu għand il- gazzetta ILLUM tal-ħsara