Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132
07 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 jinbiegħu. Filwaqt li huwa veru li l-irwol tal-każini politiċi illum naqas waħda sew, il-PN ma għandux jissottovaluta b'mod assolut l-importanza ta' punt ta' referenza għall-partit, imqar fuq bażi reġjonali, permezz ta' każini jew ċentri. Il-partit ma għandux jistrieħ iżżejjed fuq il-virtwal li għal ħafna raġunijiet jista' jpinġi stampa li mhux neċessarjament tkun realistika, anzi tista' tkun realtà falza li tirrifletti l-bużżieqa soċjali u virtwali ta' persuna, mdawwra b'persuni oħrajn li jaħsbuha bħalha. U finalment hemm ukoll id-Dar Ċentrali, proprjetà enormi, prominenti, mimlija ftuħ, dawl, uffiċini u spazju. Sabiħ kieku dejjem mimlija u kieku qed tintuża kollha u qed tħalli xi qligħ lill-PN, imma mhux xi sigriet li dan mhux il- każ. Il-PN għandu jara kif se jikkumerċjalizza kemm jista' din il-binja, jew partijiet minnha, sabiex jagħmel flus minnha. Naturalment dan kollu għandu jsir b'ġudizzju politiku għaqli - kemm fil-każ tat-TV u anke fil-każ tad-Dar Ċentrali. F'liema sens? Fis-sens li l-għażla ta' min ikun sieħeb jew jikri proprjetajiet jew spazju fid-Dar Ċentrali, minkejja li tkun deċiżjoni kummerċjali, tagħti toqol ukoll lill-kunsiderazzjonijiet politiċi. Kuntratti ma' nies jew kumpaniji li jistgħu jikkompromettu lill- partit għandhom jkunu evitati. Ħassieba, strateġisti, l-iskola tat-triq... Bernard Grech, fir-realtà ma jidhirx li għandu politiċi u persuni ħassieba, intelletwali u strateġisti politiċi - li jafu r-realtajiet tat-triq biżżejjed, madwaru. Priorità ta' Grech hija li joħloq xibka ta' nies - mhux li joqgħodu jingħalqu fid-Dar Ċentrali jieħdu gost jisimgħu leħinhom u jdawwru l-anedotti ta' ħajjithom f 'realtà ġenerali - imma li jkollhom l-irwol li jduru fil-komunità, jisimgħu lin-nies, jiltqagħu man-nies, jitilgħu fuq tal-linja, jmorru l-grocer, jinżlu fl-irħula... u jirrapportaw lura lill-partit dak li qed jgħidu n-nies. Aktar minn hekk, il-PN għandu bżonn tim ta' nies (Mhux politiċi) li jħabbtu l-bibien tan- nies minn issa sal-elezzjoni, jieħdu nota tat-tħassib, l-uġigħ, preokupazzjoni jew ilmenti ta' dik il-persuna jew familja u jirrapportaw lura lill-partit, biex dan jidentifika 'pockets' ta' nies u votanti li jeħtieġ jimmira l-ħidma tiegħu aktar lejhom. Is-sondaġġi importanti, imma qed juruk numru mhux emozzjoni. Qed juruk li 25% inkwetati fuq l-ambjent, imma mhux juruk li dawk l-istess 25% forsi huma kuntenti bil-politika ekonomika tal-Gvern jew li anke jekk inkwetati fuq l-ambjent, mhumiex jaraw alternattiva fil- PN fuq dan is-suġġett. Grech ħa ċerti żbalji fil- kampanja u qal ċerti affarijiet li deheru bħal żelqiet, li għalkemm ma ddeterminawx ir-riżultat lanqas wieħed jista' jgħid li għenuh wisq. Dan kien sinjal ċar ta' Kap li madwaru kellu nies li jew ma kinux interessati li jgħidulu dak li għandu bżonn jisma' jew inkella ma kellhomx il-kuraġġ. Il-PN jeħtieġ fl-istess ħin ikollu l-ħassieba u l-intelletwali u nies li studjaw is-soċjetà u l-bidla fi ħdanha, sabiex dawn flimkien mal-membri tal-partit jibnu mill-ġdid l-idea tal-Prinċipji Bażiċi tal-PN. X'jemmen il- PN? Kif qed jaġġorna (mhux jabbanduna) l-għeruq Demo- Kristjani tiegħu biex jirriflettu aħjar ir-realtajiet tal-lum? Kif se jkun risposta aħjar ta' Gvern aħjar quddiem soċjetà li qed issir dejjem aktar konumerista, individwalista, voċifera u bbumbardjata mill-Marketing - fejn dak li jgħodd huwa d-dehra u mhux is-sustanza? Kif jara li jista' jintlaħaq bilanċ bejn livell ta' għixien u l-kwalità tal- ħajja? X'ekonomija jrid? Fuq liema prinċipji għandha sserraħ l-viżjoni ekonomika? Waħda ta' kapiltaliżmu, ibbażata fuq il- komsum, infieq u investiment, bi Gvern li jintervjeni biss għal dawk fil-bżonn - kif adotta dan il-Gvern? Mudell aktar intervenzjonista fejn il-Gvern jidħol f 'aktar setturi u jkollu poteri ġodda f 'oqsma fejn hemm nuqqasijiet ovvji? F'din il-viżjoni ekonomika jara post xogħol prekarju, xogħol bla drittijiet jew inkella xi kuntratti zero hours? X'jifhem b'familja l-PN? X'jifhem b'soċjetà? Kif jara lis-soċjetà tagħna: Waħda li tibqa' kemm jista' jkun Maltija jew waħda li ssir aktar multi-kulturali milli diġà hi? X'jifhem b'edukazzjoni u l-irwol tagħha? X'irid joħloq li għadu ma nħoloqx f 'sens ta' opportunitajiet? Il-Ħajja meta tibda, mal-konċepiment jew le? Mara għandha tkun inkubatur ta' tarbija għal ħaddieħor? U l-irwol tal-mara fis-soċjetà kif jista' jkun akbar? Illum l-ideoloġija u t-twemmin politiku ġie mormi, għax hekk il-moda, li kollox jintrema' fid-dinja konsumerista li qegħdin fiha. Imma partit mingħajr l-ideoloġija ċentrali tiegħu u prinċipji ċari huwa bħal qasba tixxejjer mal-ewwel riħ. Il-PN forsi jħoss - u teknikament hekk hu - li l-poplu sfiduċja l-programm elettorali tal-elezzjoni li għadha kif għaddiet. Imma nuqqas ta' għaqal jekk il-PN jarmi l-proposti kollha jkunu li ħareġ bihom, ibbażat fuq dan l-argument li probabbli ser isir mill-avversarju (li żgur ħa nota ta' dawn il-wegħdi). Għandu minflok jirfinahom aktar, jara kif dawn jaqblu aktar mal-viżjoni tiegħu kif ukoll mal-prinċipji bażiċi tiegħu li jkun fassal. Viċi-Kap mara bi sfond differenti minn dak tal-Kap Il-PN kien magħruf għal ħafna snin bħala l-partit "tal-avukati" u filwaqt li din u implikazzjoni tagħha ma fiha xejn ħażin, il-partit irid ikun u jrid jidher li jirrapreżenta l-aktar firxa wiesa' ta' nies possibbli. Għalhekk wasal iż-żmien li fit- tmexxija ma' Grech ikun hemm mara, li preferibbilment tkun ġejja minn sfond differenti minn ta' Grech - u allura mhux legali. Għaliex? Il-PN qatt ma kellu mara fil-karigi ta' Kap jew Viċi Kap, għalkemm riċentement kellu lil Rosette ake bħala Segretarju Ġenerali. Huwa simboliku li l-PN ikollu mara li tkun tokkupa l-kariga ta' wara l-Kap. Pero' huwa importanti li l-Viċi Kap ikun xi ħadd ukoll maqtugħ mill-istess dinja li jiġi minnha Grech, sabiex b'hekk flimkien ikunu jirrapreżentaw l-aspirazzjonijiet differenti ta' sezzjonijiet differenti tal-poplu. Għalliem, social worker jew saħansitra mara tad-dar għandhom esperjenzi tal-ħajja differenti minn dawk ta' avukat jew nutar u probabbilment għandhom opinjoni differenti dwar il-politika u kif din issir. Minkejja li kull wiċċ frisk huwa pass 'il quddiem, l-għażla għall- Viċi Kap għandha tkun kemm jista' jkun ibbażata fuq il- bżonn li l-PN jkollu tmexxija rappreżentattiva tas-soċjetà kollha.