Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 Fiż-żmien li ġej se jinfetaħ childcare f'Belt is-Sebħ għal Membri Parlamentari u l-ħaddiema tal-Parlament Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li fiż-żmien li ġej se jkun qed jinfetaħ childcare fil-Furjana għall-ħaddiema tal-Parlament u l-MPs bit-tama li l-Parlament jiffunzjona aktar favur il-familja. MARIANNA CALLEJA Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela illi fiż-żmien li ġej se jkun qed jinfetaħ ċentru apposta li jservi bħala childcare għall-Membri tal-Parlament kif ukoll għal ħaddiema li jaħdmu fi ħdan il- binja tal-Parlament. L-Ispeaker tal-Kamra, Anġlu Farrugia ikkonferma propju dan meta ġie mistoqsi mill-gazzetta jekk hemmx il-ħsieb li jsir ċentru simili fil-binja eżistenti tal-Parlament. Huwa wieġeb li l-ispazju fil-binja tal-Parlament innifisu hu limitat iżda dan ma jfissirx li "ma jista' jsir xejn" f 'dan ir-rigward u għalhekk ġie maħsub biex jinfetaħ ċentru ġdid passi 'l bogħod mill-Parlament. Il-ħsieb huwa li jinfetaħ dan iċ-ċentru fiż-żmien li ġej ġewwa Belt is-Sebħ, kważi bieb ma' bieb mal-binja tal-Ministeru tal- Edukazzjoni ġewwa l-Furjana. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM rigward nappy changers, Farrugia insista li fil-binja tal- Parlament diġà hemm nappy changers. Dan minkejja li it xhur ilu, il-gazzetta g ħ a m l e t inter v ist i m a ' numru ta' d e p u t a t i nisa li saħqu li m'hemmx post biex persuna tbiddel il-ħarqa lit-tarbija tagħha. Intant, l-Ispeaker tal-Kamra spjega li dan il-pass qed jittieħed fid-dawl taż-żieda ta' ommijiet fil- Parlament li issa jammontaw għal madwar 28% tad-Deputati iżda wkoll minħabba li l-Parlament fetaħ bieb għal numru sostanzjali ta' persuni li forsi għadhom mhux ġenituri imma beħsiebhom jibnu familja fil-futur. F'avvenimenti bħal dawn, il-Parlament, skont Anġlu Farrugia, "għandu jkun lest." 'Se jkollha omm tiddeċiedi bejn karriera jew it-tfal?' Min-naħa tagħha l-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall- Wirt Nazzjonali, Arti u l-Kultura , Julie Zahra, saħqet li l-argument lanqas biss għandu jkun jekk post it-tfal hux fil-Parlament, bħal ma jaħsbu bosta. Kuntrarjament "għandna nħarsu lejn ir- realtajiet ta' għexieren ta' eluf ta' nisa, u li huma ommijiet, "bħal ma jien jien." Hija spjegat kif l-omm issib diffikultajiet kbar sabiex tikseb bilanċ bejn il-ħajja familjari tagħha u bejn il-karriera, f 'kwalunkwe post tax-xogħol, f 'karriera professjonali jew anki bħala Membru Parlamentari. Din il-ġimgħa Zahra u t-tifla żgħira tagħha sabu ruħhom mal-erbat irjieħ tal-midja soċjali minħabba filmat li ttieħed fejn Julie tidher li ħadet magħha l-iċkejkna f 'seduta tal- Parlament. Minkejja li r-ritratt qala' kontroversja, Zahra tgħid li qajjem k u x j e n z a dwar ir-realtà li taffaċja mara fil- ġurnata tal-lum. Kien għalhekk li hija staqsiet; "Għandha l-omm tagħżel bejn karriera jew familja jew għandu l-Istat u l-privat jipprovdi inċentivi u servizzi sabiex dik l-omm li tiddeċiedi li tkompli taħdem tiġi mgħejjuna tagħmel dan?" Għaldaqstant, Julie Zahra żiedet tgħid ukoll li din mhux problema tal-Parlament Malti biss, li għalkemm sa issa qiegħed iżomm 'l bogħod lin- nisa milli jikkunsidraw karriera fil-politika, din is-sitwazzjoni ssibha "f 'kwalunkwe post tax-xogħol ieħor li għandna f 'pajjiżna." "Nemmen li s-soċjetà, jekk trid tkun verament inklussiva, trid tiggarantixxi li kull omm li tagħzel li tibqa' taħdem ikollha l-faċilitajiet kollha biex tagħmel dan, fosthom li nifhmu l-ħtiġijiet familjari ukoll." 'Diversi kollegi Parlamentari tiegħi huma ommijiet ukoll, u kollha kemm aħna nafu d-diffikultajiet kbar li nħabbtu wiċċna magħhom' Il-gazzetta ILLUM staqsiet ukoll lil Zahra dwar kif tissuġerixxi li l-Parlament jsir aktar disponibbli għal ġenituri li ma jkollhomx post fejn iħallu lill-uliedhom. Mill-ewwel wieġbet li la darba l-istat wasal biex jintroduċi l-mekkaniżmu li permezz tiegħu qed jibbilanċa s-sessi, l-istat allura ma jistax ma jaħsibx fl-effetti u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tiegħu. Semmiet kif diversi kollegi parlamentari tagħha jimu d-diffikultajiet kbar li tħabbat wiċċha magħhom, għax bħala jgħaddu minn sfidi simili, b'mod partikolari minħabba l-ħinijiet li fihom jiltaqa' l-Parlament. Il- ħin li fih jiltaqa' l-Parlament bħalissa jaħbat it biss wara li t-tfal jispiċċaw mill-iskola. Żiedet tgħid li biex is-sitwazzjoni tkun agħar, ħafna minn dawn in-nisa għandhom l-irġiel jew partners tagħhom b'karriera jew impjieg u allura mara issib ruħha f 'diffikultà għal darba oħra għax ma jkollhiex ma' min tħalli lill-uliedha. Zahra qalet li kien l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni li kien ippropona li l-Parlament ikollu servizz li jieħu ħsieb it- tfal, li mhux neċessarjament ikun child care, iżda wiehed ta' 'child minding' u li jista' jkun disponibbli għal persuni oħra mill-inħawi, u mhux neċessarjament għall- membri parlamentari. Temmet tgħid li fl-aħħar minn l-aħħar, kull omm, Membru Parlamentari jew le, għandha l-istess diffikultajiet u realtajiet ta' ommijiet oħra. Huwa għalhekk li temmen illi "l-ġest tiegħi kien wieħed li fetah diskussjoni sana li jġiegħlna nirriflettu fuq ir-realtajiet moderni tal- llum. Inkella nkunu qegħdin ngħidu li rridu l-ugwaljanza fil- konfront tal-ġeneru femminili li jirrapreżenta nofs pajjiżna, iżda fl-istess waqt inkunu qed ngħidu li post il-mara hu d-dar." Julia Zahra Anglu Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022