Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 Dun Anġ Seychell huwa l-Fundatur ta' Dar Nazareth Dun Anġ Seychell opinjoni illum • IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 Charles De Foucauld iddikjarat qaddis " Mulej tiegħi Ġesù, li għidt 'Ħadd ma għandu mħabba ikbar minn dik li jagħti ħajtu għal ħbiebu', jiena nixtieq b'qalbi kollha nagħti ħajti għalik. Dan nitlobulek b'insistenza: ma- danakollu mhux li rrid jien imma li trid int. Noffrilek ħajti: agħmel li ngħix u mmut kif jogħġob lilek, fik u għalik u miegħek". Din l-offerta tiegħu nnifsu, San Charles de Foucauld, saret ħajja li għex fil-fidi, tama u mħabba lejn Alla u lejn għajru, u b'hekk wasal għal xebh straordinarju mal-Mulej Ġesù. Il-konverżjoni tiegħu fl-età ta' tmienja u għoxrin sena timmarka profondament lil ħajtu kollha ta' wara: skoperta ta' l-imħabba ħanina tal-Missier, li dehret f 'ibnu: imħabba ta' Ġesù li tingħata fl-Evanġelju u fl- Ewkaristija, u twasslu b'imħabba li jixtieq jagħti ħajtu kollha lil Ġesù preżenti f 'ħutu l-iżjed fqar. Iżjed tard jikteb lill-ħabib tiegħu: "Ħlejt ħajti għal dan Ġesù ta' Nazaret, imsallab elf u disa' mitt sena ilu; qed ngħaddi ħajti nfittex li nimitah sa fejn jista' jkun lid-dgħufija tiegħi". "Malli emmint li hemm Alla, fhimt li ma stajtx nagħmel ħaġa oħra ħlief li ngħix biss għalih: il-vokazzjoni reliġjuża tiegħi ...l-Evanġelju urieni li jeħtieġ niġbor kollox fl-imħabba. Hekk wieħed jista' jispjega min hu l-qaddej t'Alla, verament bħala "dan il-bniedem li għamel mir-reliġjon ħaġa ta' mħabba, lilu li l-motto tiegħu kellu jkun 'Jesus Caritas'. Fizzlaj u esploratur Charles twieled fi Strasburgu fl-1858 f 'familja nisranija ħafna. Sa fiż-żogħżija tiegħu safa mirbuħ mix-xettiċiżmu reliġjuż u mill-pożitiviżmu ta' żmienu u tilef il-fidi. Taha għal ħajja tad- dinja kollha tgawdija u diżordni li, però ħallewh insodisfatt. Ta' għoxrin sena laħaq fizzjal u ntbagħat l-Alġerija. Tliet snin wara ħareġ mill-armata u ntefa f 'esplorazzjoni xjentifika tal- Marokk, b'riskju ta' ħajtu. Il-laqgħa tiegħu mal- fidi Musulmana, it-tfittxija tiegħu tal-verità, it-tjubija u l-ħbiberija prudenti ta' kuġintu, l-għajnuna tas-saċerdot Henri Huvelin wassluh biex jiskopri mill-ġdid il-fidi Nisranija fl- aħħar t'Ottubru 1886. Kienet konverżjoni totali u definittiva. L-aħħar post F'Marzu 1887 intlaqat f 'qalbu minn frażi: "Ġesu' tant għażel l-aħħar post li ħadd ma rnexxielu jeħodulu". Fuq din il-linja, matul pelligrinaġġ fl-Art Imqaddsa ntebaħ mir-realiżmu kollu tal-Inkarnazzjoni u kiteb li fil-mixi tiegħu fit-triqat ta Nazaret, li minnhom għadda b-riġlejh Ġesù, mastrudaxxa fqajjar, skopra, "l-eżistenza umli u oskura tal-ħaddiem divin ta' Nazaret, u minn dakinhar Charles beda jfittex bla heda, bl- imħabba li jqiegħed riġlejh fil- passi ta Ġesù, il-mudell uniku. Kien biex jimita lil dan Ġesù ta' Nazaret li seraqlu qalbu, li daħal mat-Trappisti fl-1890. Hemm għadda seba' snin, fejn ħeles lil qalbu minn dak kollu li kien wisq uman biex jingħata lil Alla waħdu u r-rieda tiegħu saret il-"ħaġa waħda meħtieġa, il-ħobża ta kuljum f 'ħajtu. Tefa' l-għeruq tiegħu tal-fidi, fidi tidher ukoll fil-prattika perfetta u kollha mħabba tat-tagħlim tal-Knisja, l-Għarusa ta' Kristu,: "Rabta sħiħa mal-Knisja li hi l-għarusa ta' Ġesù, li fiha jgħix tabilħaqq....li jħobb bħala għarustu, rabta ma' dak kollu li ġej minnha, l-istituzzjonijiet tagħha, ir-riti tagħha, il-ministri tagħha...rabta mal-Papa, il-Kap u rappreżentant tagħha...nitlob ħafna għall-Papa, l-intenzjonijiet tiegħu għall-Knisja. Inħobb ħafna l-Knisja li Ġesù hu l-għarus tagħha. Iktar ma wieħed iħobb iktar wieħed ikollu l-Ispirtu Santu." It-tfittxija tiegħu tar-rieda ta' Alla u x-xewqa li jgħix ħajja fqira bħal dik li lemah hu mit- triqat ta' Nazaret, wassluh biex iħalli t-Trappisti. Mar jgħix tul erba' snin f 'Nazaret qrib il- monasteru tal-Klarissi. Qassis Kien żmien ta' irtir, ta' talb immarkat mill-kontemplazzjoni fit-tul u kollha mħabba u mill- meditazzjoni perseveranti tal- iskrittura. Fil-fidi hu sab il-ferħ li jgħaddi f 'riġlejn it-tabernaklu sigħat twal bi nhar u bil-lejl u bix-xewqa ta' imitazzjoni iżjed perfetta ta' Ġesù li joffri lilu nnifsu f 'sagrifiċċju, ftit ftit immaturat fih id-deċiżjoni li jsir qassis biex jirrendi preżenti fis-Sagrament Imqaddes fejn qatt ma kien. Hekk nutrit mill- mejda tal-Kelma tal-Ewkarestija wasal iżjed 'l hemm bl-imħabba u sar Evanġelju ħaj biex ikun jista' jixhed l-imħabba ta' Ġesù u jsir jixbah x-xbieha tal- maħbub ħuh u Mulej fil-ħajja Ewkaristika. Miġbud mill-misteru ta' l-imħabba inkarnata skopra flimkien mal-missjoni tal- Inkarnazzjoni, id-dimensjoni appostolika tal-ħajja ta' Nazaret kif jidher fil-misteru tal- Viżitazzjoni biex bħal Marija, li tieħu lil Ġesù fis-skiet għand l-oħrajn hekk hu jwasslu għand dawk li għadhom ma jafuhx, mhux bil-kliem imma billi jħalli Nazaret u jmur Viviers fi Franza biex isir qassis. Fl- 1901 hu jmur fis-Saħaza f 'Beni Abbes, milqugħ minn Monsinjur Guerin prefett appostoliku tas-Saħara u bejn dawn it-tnejn tinbet ħbiberija profonda għas- servizz tal-missjoni tagħhom. Kontra l-jasar Lill-kuġina tiegħu kiteb; "Nixtieq inderri lill-abitanti kollha Insara Musulmani, Lhud li jqisuni bħala ħuhom u ħuhom universali. Jibdew iqisu dari bħala Fraternitù u jkun għalija ħlewwa." Charles beda jiltaqa' mal-iżjed fqar u hawn jiskopri il-monstrożità tal-jasar, li tiegħu saru vittmi diversi abitanti tal- pajjiż. Charles iġġieled bil-kliem u bil-għemil kontra l-jasar. Sa wasal biex jifdihom bi flusu. Il-Papa iddikjara solennement li huwa stabbilit li Charles de Foucaud, qassis djoċesan, ipprattika f 'livell erojku virtuwijiet teologali tal-Fidi, Tama u Mħabba lejn Alla u lejn għajru kif ukoll virtuwijiet kardinali tal-Prudenza, tal- Ġustizzja, Temperanza, Qawwa u l-Oħrajn. Il-Papa ordna li joħroġ dan id-digriet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022