Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in li l-politiċi jibqgħu jitrat- taw lill-votanti ta' ċwieċ trid tieqaf, jew aħjar il-poplu - jew dik is-sezzjoni tal-poplu li mhix għamja - għandha turi li mhux se taċċetta aktar argumentazzjoni simili. Meta xi ħadd jagħtik donazzjoni, dik id-donazzjoni qed jagħtihielek għal tliet raġunijiet: Jew għax jemmen fik u fil- partit li miegħu int kandidata, jew għax fik qed jara potenzjal li jistagħna/igawdi hu jew it-tnejn. Il-każ ta' Alicia Bugeja Said - ġdida fil-politika u ġdida fil-Kabinett - huwa każ ċar ta' kunflitt ta' interess, fl-agħar xenarju u fl-aħjar xenarju sitwazzjoni li tista' fil-futur timbarazza lil din il- membru tal-kabinett. Li operaturi maġġuri fil-qasam tas-sajd - mhux Joe u Peter, is- sajjieda - imma operaturi kbar, li jagħmlu miljuni kbar u li għandhom interessi kummerċjali kbar - jagħtu donazzjonijiet lil din il-kandidata, li imbagħad (kumbinazzjoni?) tispiċċa tmexxi l-istess settur tqajjem mistoqsijiet pertinenti. U x'mistoqsijiet tqajjem? Huwa veru li kif qalet Bugeja Said, il-ġudizzju għandu jsir fuq il-fatti u x-xogħol tagħha - pero' huwa veru wkoll li meta inti ssir ministru jew membru tal-kabinett u l-akbar operaturi fil- portafoll tiegħek ikunu ħallsulek parti mill-kampanja, se tkun qed tpoġġi lilek innifsek taħt dawl u attenzjoni partikolari, se tikkomprometti lilek innfisek qabel biss bdejt. Ma' l-ewwel deċiżjoni li b'xi mod tidher li qed tiffavorixxi lil dawk li taw id- donazzjonijiet, mill-ewwel se tkun qed tasal l-akkuża li dik id-deċiżjoni ttieħdet għax l-operaturi taw id-donazzjonijiet. Anke jekk ma tkunx deċiżjoni mnebbħa minn hekk, anke jekk id-deċiżjoni li tiffavorixxi lil tal-fish farms per eżempju tkun ġusta, il-mistoqsijiet se jibqgħu jqumu. Id-dubju se jibqa' hemm. U bilfors, għax in-nies mhux ċwieċ. In-nies jafu li ħadd ma jagħtik xejn għal xejn. Ħadd fil-politika ma jagħtik donazzjoni, biex forsi ssir Ministru "tiegħu" u meta eventwalment isir Ministru ma jiġix għal sehemu. Din fuq il-politika qed nitkellmu hawn, mhux fuq il-volontarjat! Li sar kollox skont il-liġi huwa tajjeb. Imma ftit ta' konsolazzjoni. Allaħares ma sarux skont il-liġi wkoll l-affarijiet għax kieku mill-Milied sa San Stiefnu kienet iddum fil-politika Alicia Bugeja Said. Imma lilhinn mil-legalità hemm l-etika, hemm dak li hu sew u li mhux. Il-Prim Ministru kien jaf biha din il-ħaġa? Kien jaf li Bugeja Said ingħatat donazzjonijiet minn operaturi fis-sajd? U jekk kien jaf ma ħassx li kellu jagħtiha portafoll differenti fejn dawn id-donazzjonijiet ma kinux jagħtu daqshekk fil-għajn? Fejn is-Segretarju Parlamentari ma tkunx daqstant taħt il-lenti fuq akkużi ta' kunflitt ta' interess? Politiku għandu jkollu l-libertà assoluta li jieħu d-deċiżjonijiet kollha li hemm bżonn, iebsin kemm ikunu iebsin, mingħajr ma qatt ma jkollu ebda xkiel jew obbligazzjoni maħluqa minn xi ħadd li forsi qed jistenna obbligazzjoni! U mhux biss, imma għandu jidher li qed jieħu dawk id- deċiżjonijiet mingħajr ebda dubju ta' indħil jew obbligazzjonijiet. Dan mhuwiex xi diskors dwar qaddisin u perfezzjoni. Huwa s-sens komun. Id-donazzjonijiet mingħand operaturi li llum - politikament - jiddependu minn Alicia Bugeja Said, ikkompromettew il-pożizzjoni tagħha qabel biss bdiet. U huwa sfortunat li xi ħadd - li bla dubju għandha diversi preġji - ikollu jibda l-karriera fl- eżekuttiv f 'pożizzjoni imbarazzanti. Kif jgħidu bl-Ingliż, the proof of the pudding is the eating, u allura nistennew u naraw kif se taġixxi Bugeja Said meta niġu għal kwistjonijiet li jitrattaw donaturi politiċi tagħha. Trid tifhem iżda, illi d-dubju inżera u jekk kellha biċċa xogħol iebsa, din saret aktar iebsa issa għax għadha lanqas bdiet taħdem u diġà qed ikollha tipprova lilha nnifisha u tipprova li d-donazzjonijiet mhumiex se jaffetwaw jew se jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li se tieħu. Wara ċerti inċidenti imbarazzanti għall-Gvern fl-aħħar leġiżlatura, il-Prim Ministru messu kien jaf aħjar! Ħafna aħjar! Il-Prim Ministru kien jaf b'dawn id-donazzjonijiet?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022