Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132
kummerċjali IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 • illum 24 National Lottery PLC tħabbar l-identità tal-operat il-ġdid tagħha - 'National Lottery' se tieħu post MALTCO Lotteries Il-Lotterija b'identità nazzjonali b'investiment ta' intrapriża Maltija L-Imdina – 25 ta' Mejju 2022, National Lottery plc sussidjarja ta' IZI Group, illum żvelat Id-ditta korporattiva tagħha – NATIONAL LOTTERY li se tkun qed tieħu post Maltco Lotteries. F'attivita' simbolika li ġiet organizzata fil-Foss tal-Imdina, il-kumpanija ħabbret il-pjanijiet tagħha sabiex tniedi lotterija li hija nazzjonali u li fuq kollox tirrapreżenta tassew lill- Maltin u r-rabta tradizzjonali tagħhom mal-logħob tal- Lotterija Nazzjonali. L-attività kienet indirizzata mill-Uffiċjal Kap Kummerċja- li ta' IZI Group, is-Sur Franco De Gabriele. Is- Sur De Gabri- ele ddeskriva l-proċess li was- sal għall-għoti tal-konċessjoni nazzjonali biex titħaddem il- lotterija nazzjonali ta' Malta, essenzjalment l-operazzjoni ewlenija tal-logħob f'Malta li tipprovdi servizz lil mijiet ta' eluf ta' persuni ta' kull ġimgħa. "Aħna kburin li wara 18-il se- na mill-privatizzazzjoni tal-lot- terija nazzjonali ta' Malta fl-2004, il-lotterija se tkun op- erata għall-ewwel darba minn kumpanija Maltija li l-missjoni tagħha hi li tipprovdri lis-suq b'servizz li hu lokali, nnovat- tiv u tal-ogħla livell ta' kwali- ta'. L-ewwel deċiżjoni tagħna kienet li nistabbilixxu mill-ġdid l-isem 'National Lottery' bħala, bl-isem d-ditta korporattiva li se jiġi mill-ġdid stabbilit wara assenza ta' ħafna snin. Dan hu- wa l-ewwel pass biex tinġieb lura l-identita' nazzjonali ta' din il-konċessjoni nazzjonali li se tkun ikaratterizzata minn servizz eċċelenti ipprovdut lill-klijenti tagħna." Il-Grupp huwa wkoll kom- mess li jġib fis-suq titjieb fil-prodotti eżistenti, prodot- ti ġodda biex jespandu l-firxa attwali tal-logħob kif ukoll investiment f'sistemi biex jiġi żgurat li s-servizz offrut ikun tal-ogħla livell u bbażżat fuq oqfsa ta' konformita' mill-aktar rigorużi. Is-Sur De Gabriele semma wkoll l-importanza ta' diver- si partijiet ikkonċernati f'dan il-proġett, fuq kollox l-aġen- ti li jiffurmaw parti essenzjali mill-ekosistema tal-lotterija nazzjonali meqjusa bħala l- front liners li d-dedikazzjoni u l-intraprenditorija tagħhom huma pilastri fundamentali tal-lotterija nazzjonali. Barra minn hekk, is-Sur De Gabriele kellu kliem ta' tifħir għall-im- pjegati tal-kumpanija li ilhom jaħdmu bla heda biex jiżguraw li s-servizz li ser jingħata jkun fost l-aqwa fuq skala internaz- zjonali. Waqt l-attività ġiet ipproġet- tata produzzjoni awdjo-viżi- va li turi l-iżvilupp storiku tal-lotterija ta' Malta fuq lis- swar tal-Imdina. Il-filmat juri simbolikament it-tradizzjoni tal-Maltin lejn il-logħob tal- Lotterija Nazzjonali u l-kon- tribut strateġiku tal-lotterija lejn is-soċjetà. National Lottery plc se tieħu f'idejha l-operat tal-lotteri- ja nazzjonali ta' Malta min- għand Maltco Lotteries fil-5 ta' Lulju 2022, bl-ewwel tlugħ tal-Lottu li se jsir is-Sibt 9 ta' Lulju fid-20:35hrs. L-Uffiċjal Kap Kummerċjali ta' IZI Group, Franco De Gabriele