Illum previous editions

ILLUM 29 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469132

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 29 TA' MEJJU 2022 • illum Carmel Bonnici Taxi Driver Film b'atmosfera 'splussiva' (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet ... Taxi Driver kien film intens, mneħħi minn kull diċenza, ostili, li jħobb jisfida u li jixxokkja. Minkejja dan kollu, għamel biżżejjed biex ifittex kompromess anki meta dawk verament attenti jindunaw li l-final suppost ġab redenzjoni li qatt ma kienet solvuta. Dawn l-ingredjenti kollha kienu r-raġuni għaliex dan ix-xogħol irnexxa. Fid-dħul tal-flus, fl-Istati Uniti għamel tliet ġimgħat fi Frar tal-1976 fl-ewwel post u tnejn oħra lejn l-aħħar ta' Marzu u l-bidu ta' April. Dan il-film ħareġ fir-Renju Unit f 'Settembru 1976, diversi xhur wara fix- xena punk mibdija mis-Sex Pistols. Fi New York, Taxi Driver ġab wara qattiela gwappi (serial killers) li jsuqu taxi. David Berkowitz, magħruf bħala Son Of Sam ikkommetta l-ewwel qtil tiegħu f 'Lulju tal- 1976. F'Mejju tal-1977 bagħat ittra lil New York Post li tinqara qisha parti mid-djarju ta' Travis Bickle: "Hello, mid-drenaġġ ta' New York City, li huma mimlija bil-ħmieġ tal-klieb, inbid qares, awrina u demm". Dan il-film flimkien ma' Ramones kienu qed jirreċtaw il-politika leminija stretta li sas- sena 1980 ħadet kontroll tal-Punent kollu. Il-film Ramones ħaffef il-pass għall-ewwel mewġa tal-moviment punk ġdid, wara, Taxi Driver kompla għen biex ferrixha matul ir- Renju Unit mis-sena 1979 il-quddiem. Il- waqgħa ta' Bickle fl-abbiss hija mmarkata fil-qata' xagħar tiegħu, għall-ewwel maqtugħ qasir skond il-moda tas-snin sebgħin, wara attwalment imqaxxar u finalment meta joħroġ biex joqtol bħal tal-Indjani Mohawk/ Mohicans. Min rah fl-1976, qabel din kienet il-moda ġenerali tal-punks, waqt il-laqgħa li kellu l-kandidat Palatine, din il-qata' xagħar Mohawk ta' Bickle kienet tidher profondament eċċentrika, forsi wkoll ta' xi ħadd moħħu mhux floku. Taxi Driver hu film brutali li għadu sal-preżent inissel stmerrija u atmosfera morbida. Travis Bickle illum jidher l-ewwel ta' apparenza kulturali ta' sezzjoni ta' nies li wara komplew bit- terrorista ta' Oklahoma, Timothy McVeigh, ieħor imlaqqam l-Unabomber u numru kbir ta' dawk li jisparaw u joqtlu fl-iskejjel, fl- istabillimenti u postijiet offra ffullati bin-nies. L-aljenazzjoni estrema li kellu fuqu tista' tkun murija fl-apert f 'rabja qawwija kif kien niżżel fid-djarju tiegħu: "Isimgħu ja ndannati, ja ta' bla ras. Hawn jinsab raġel li mhux se jissaporti iżjed. Raġel li se jieqaf lill- marmarja, lill-iddrogati, lil dawk brutali, lill- maħmuġin. Hawn wieħed li se jagħmel dak li għandu jagħmel – inti diġa' mejjet!" Hawn hi l-istorja tal-film: Darba kien baħri fil-Vjetnam, issa jħuf waħdu 'l hawn u 'l hinn fi New York, Travis Bickle (Robert De Niro) jaqbad xogħol bħala xufier ta' taxi, jaħdem bil-lejl biex jipprova jiskappa mis- sens oppressiv ta' aljenazzjoni akuta, mill- korruzzjoni u l-ħmieġ li jara madwaru. Xorta waħda ma jistqax isib serħan u paċi interna fil-kumpanija ta' sħabu, ix-xufiera l-oħra, anki ma' Wizard (Peter Boyle) li jtih pariri siewja. Travis jgħaddi l-ħin liberu tiegħu jew jara l-films vulgari jew jikkomponi djarju mimli kliem ta' rabja. Ġurnata waħda jinnota lil Betsy (Cybill Shepherd), mara żagħżugħa li taħdem fil- kampanja għall-elezzjoni ta' Charles Palatine (Leonard Harris), kandidat għall-President. Hu jipperswadiha tiltaqa' miegħu, imma hi titlaq disgustata meta jeħodha tara film li mdorri jsegwi hu. Wara, jixtri numru ta' pistoli illegalment, jibda jitħarreġ waħdu bħal dixxiplina militari biex ikun fiżikament b'saħħtu u mill-ewwel joħroġ ir-rabja li għandu ġo fih meta jispara fuq wieħed li daħal jisraq supermarket. Wara it, jiġi wiċċ imb'wiċċ ma' Iris (Jodie Foster), prostituta ta' 12-il sena li mmarkaha fit-triq qabel, biex jakkwista xi it ħin magħha minflok Sport (Harvey Keitel), dak li jħaddimha u jipprova jipperswadiha tieqaf minn dan ix-xogħol u biex terġa' lura lejn id-dar u lejn l-iskola. Issa deċiż mill-missjoni ddestinata lilu, Travis iħalli xi flus għal Iris, qabel ma jdendel l-armi fuqu biex jitlaq lejn Columbus Circle fejn hemm manifestazzjoni għal Palatine. Meta dawk tas-sigurtà jkeċċuh, hu jmur fil-post ta' Iris u hemm jispara fuq Sport, fuq wieħed mill-paladini tiegħu qabel ma jindirizza l-pistola lejh stess u jsibha vojta. Fil-gazzetti wara jistmugħ bħala eroj. Travis jitratta lil Betsy bi bruda meta hi titla fit-taxi tiegħu lejla waħda. Din hija storja vjolenti u mdemmija ta' raġel ta' moħħ mhux stabbli li hu qed jimmaġina lil belt ta' New York bil-lejl anki b'dak l-istim li ħiereġ mill-ispralli ta' mal-art, bħala viżżjoni vivida tal-infern u li jrid inaddaf minn nofs lill-marmalja. TMIEM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2022