Illum previous editions

ILLUM 5 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 opinjoni IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJU 2022 • illum Applikazzjoni tal-Ippjanar PA00777/22: żvilupp massiċċ ieħor f'Marsaskala I kun tajjeb li niftakru li nhar is-26 ta' Lulju 2006 il-Parlament Malti approva riżoluzzjoni li normal- ment nirreferu għaliha bħala "l-eżerċizzju ta' razzjonalizzazz- joni" li bħala riżultat tagħha meded kbar ta' art li sa dakinhar kienu barra miż-żona tal-iżvi- lupp (ODZ) minn dak il-ħin bdew jitqiesu li setgħu jkunu żviluppati. Il-grupp parlamentari tal-PN appoġġa lill-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi u ivvota favur l-iżvilupp ta' art ODZ waqt li, ironikament l-Oppożizzjoni Laburista, dakinhar, ivvutat kontra din il-proposta. Din mhux sempliċi l-istorja ta' x'ġara fil-passat. Għadha qed taffettwa ħajjitna illum, 16-il sena wara. Uħud għadhom qed jirrealizzaw illum kif 16-il sena ilu l-Ministru tal-Ambjent ta' dakinnhar George Pullicino qabbad it-triq tan-niżla lill-ippjanar tal-użu tal-art. Dnub kbir li mhux se jorqod. Tlieta mill-Membri Parlamentari li dakinhar ivvutaw favur li art ODZ tingħata għall-iżvilupp għadhom Membri tal-Parlament sal-lum. Għandna niakruhom lil dawn meta nikkunsidraw l-aħħar proposta għal żvilupp massiċċ, din id-darba fiż-Żonqor f 'tarf Marsaskala, permezz tal-applikazzjoni PA00777/22. L-applikazzjoni ta' żvilupp, din id-darba, tikkonċerna art rurali tal- qies ta' 5,000 metru kwadru li fuqha qed jiġi propost li jinbnew 135 unit residenzjali u 180 garage. Dawn se jkunu mifruxa fuq għaxar livelli differenti, erbgħa minnhom taħt il-livell tat-triq u dan wara li jitqatta' kwantità kbira ta' blat. Id-deċiżjoni bażika li tippermetti l-iżvilupp li qed jiġi propost illum ittieħdet nhar is-26 ta' Lulju 2006 meta l-proposta ta' razzjonalizzazzjoni kienet approvata mill-Parlament fuq proposta tal-Gvern immexxi mill-PN. Ma saru l-ebda studji dakinnhar dwar x'impatti ambjentali kienu se jirriżultaw minn dan kollu. In partikolari l-impatt kumulattiv tal-iżvilupp fl-ODZ kien injorat u dan kontra dak li kien qed jiġi propost mill-aquis ambjentali tal- Unjoni Ewropeja f 'dak iż-żmien dwar kif kellhom ikunu eżaminati pjani u proposti mid-Direttiva dwar stima ambjentali strateġika (Strategic Environment Assessment Directive). Din kienet direttiva tal- Unjoni Ewropeja li daħlet fis-seħħ propju f 'dawk il-ġranet li fihom il- Parlament Malti kien qed japprova li din l-art kollha ODZ tingħata għall-iżvilupp. Il-mistoqsija li għandna nistaqsu hi dwar jekk għandniex bżonn bħala pajjiż dan l-iżvilupp kollu ta' art. Għalfejn hemm din id- determinazzjoni kollha biex nibnu kull rokna u toqba f 'dan il-pajjiż? Mhux aħjar inwaqqfu darba għal dejjem dan it-tip ta' żvilupp massiċċ? L-eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni għandu jitħassar malajr kemm jista' jkun u l-art kollha affettwata għandha terġa' lura minnufih barra miz-żona ta' żvilupp. Dan hu dak li nistennew mingħand Gvern li (bla mistħija ta' xejn) jgħid li l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja huma l-prijoritajiet tiegħu. Uħud mir-residenti damu 16-il sena biex irrealizzaw il-ħerba li seħħet fl-ippjanar tal-użu tal-art. Matul dawn is-16-il sena kull ambjentalist ġenwin inħanaq jipprova jispjega x'kien qed jiġri. Sfortunatament uħud jaġixxu biss meta dan l-iżvilupp massiċċ jasal wara biebhom. Il-bqija ma jagħtux każ. Għala biebhom. Għalkemm ilna dawn is-snin kollha nafu x'hemm lest għalina, ħafna ma tawx każ u għalqu għajnejhom. Proġetti massiċċi, wieħed wara l-ieħor, qed jherru l-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll. L-aħħar wieħed propost hu dak bir- referenza PA00777/22 li hu deskritt hekk: skavar ta' blat u bini ta' 180 garage taħt l-art, żewġt iħwienet, u 135 unit residenzjali. L-art qiegħda fiż-Żonqor Marsaskala imma għandha tikkonċerna lil kulħadd. L-oġġettiv li rridu nilħqu hu l-istess bħalma ġara fil-kaz tal- Marina: li l-proġett jieqaf qabel ma jibda. Carmel Cacopardi huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo Il-grupp parlamentari tal-PN appoġġa lill-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi u ivvota favur l-iżvilupp ta' art ODZ waqt li, ironikament l-Oppożizzjoni Laburista, dakinhar, ivvutat kontra din il-proposta. Din mhux sempliċi l-istorja ta' x'ġara fil-passat. Għadha qed taffettwa ħajjitna illum, 16-il sena wara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2022