Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1469872
15 festi illum • IL-ĦADD 5 TA' ĠUNJI 2022 Maltija: L-armar fil-knejjes (2) Wara li tkellimna fuq l-istandard, se nibqgħu nitkellmu dwar il-fratellanzi. Wara l-istandard, dejjem jimxu tliet fratelli, wieħed bil-kurċifiss u l-oħrajn b'żewġ lanterni, jiġifieri fanali tal-fidda. Ma' dawn, x'aktarx li jkun hemm fratell ieħor li f 'idu jkun qed iżomm is-surġentina. Is-surġentina huwa dak il- bastun irqiq tal-fidda li fuqu jkun hemm statwa jew inkella xbieha tal-fidda tal-qaddis jew il-qaddisa li għaliha l-fratellanza tkun iddedikata. Fil-każ tal-fratellanzi tas- Sagrament, is-surġentina jkollha xi simbolu Ewkaristiku. X'aktarx li l-fratell li jżomm is-surġentina jkun wieħed mill- uffiċjali tal-fratellanza mmexxija mir-rettur li jimxi wara l-fratelli kollha u jkun liebes medaljun tal-fidda bix-xbieha tal-qaddis jew il-qaddisa. L-irwol ta' dan il-fratell li jżomm is-surġentina huwa li jieħu ħsieb il-fratelli waqt il- purċissjoni. X'aktarx li jkun dan il-fratell li jmexxi l-fratellanza, jiġifieri jgħid lil tal-istandard meta jimxi u jieqaf u anke jara li l-fratelli jkunu mqassma tajjeb tul il- purċissjoni. Is-Surġentina Is-surġentina tal-Fratellanza tal-Madonna tal- Karmnu mwaqqfa fil-Parroċċa taż- Żurrieq Il-Bradella u l-Bankun Kull knisja żgur li għandha bradella u bankun. X'aktarx li jkollha aktar minn sett wieħed, għal kull vara li jkollha anke jekk xi vara minnhom ma tkunx tinħareġ f 'purċissjoni. Dan biex ma nsemmux dawk il-knejjes li għandhom ukoll il-vari tal- ġimgħa l-kbira. Ħafna drabi ma nagħmlux distinzjoni bejn bankun u bradella. Madanakollu, il-bankun huwa dik il-bażi tal- injam li fuqha titpoġġa l-vara meta din tkun armata fil-knisja fil-ġranet tal-festa. Il-bankun jikkumplimenta l-vara fit- totalità tagħha u għalhekk ħafna drabi dan ikollu xogħol mill- isbaħ ta' skultura jew interzjar u xi drabi anke statwi jew xbiehat tal-bronż. Hawn knejjes fejn anke meta tkun fin-niċċa, l-istatwa tiddaħħal bil-bankun b'kollox u għalhekk dan ikun jista' jitgawda matul is-sena kollha. Il-bradella mbagħad hija dik il-bażi tal-injam li fuqha jkun hemm marbut il-pedistall u l-istatwa u li tinqala' minn mal- bqija tal-bankun hekk kif fiha jiddaħħlu l-bsaten biex il-vara tkun tista' tinġarr fil-purċissjoni. Fi kliem sempliċi, il-bradella ġġorr l-istatwa fil-purċissjoni, filwaqt li l-bankun jibqa' jistenna fil-knisja. Fil-knejjes, il-bankun jista' jirreferi wkoll għal dik il-mejda kbira tal-injam li tkun fin-nofs tas-sagristija u li fuqha jkun hemm l-ilbies liturġiku. X'aktarx li dan il- bankun ikollu kxaxen kbar li fih jintrefa' l-apparat liturġiku jew id-damask. Il-bankun u l-bradella tal-vara ta' Santa Marija ta' Ħ'Attard L-Istellarju, ir-Raġġiera u d-Dijadema Jekk mhux dejjem nagħmlu distinzjoni bejn il-bankun u l-bradella, wisq inqas nagħmlu bejn l-istellarju, ir-raġġiera u d-dijadema. Madanakollu, id-distinzjoni hija sempliċi. L-istellarju jitlibbes biss lix-xbiehat tal-Madonna u jissejjaħ hekk għax ikun jinkludi tnax-il stilla li jdawru ras il-Madonna. L-istellarju għandu l-oriġini tiegħu fis-silta tal-Apokalissi fejn naqraw: "U deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa xemx, bil-qamar taħt riġlejha u b'kuruna ta' tnax-il kewkba fuq rasha." F'din is-silta, il-Knisja tara x-xbieha ta' Marija Omm Ġesù u l-istellarju jissimbolizza din il- kuruna ta' tnax-il kewkba. Wisq inqas nagħmlu distinzjoni bejn raġġiera u dijadema. Madanakollu raġġiera titlibbes lix- xbiehat ta' Kristu. Ir-raġġiera ma tkunx sempliċiment ċirku jew platt tond imma tkun tinkludi bħal raġġi tax-xemx. Tradizzjonalment, ir- raġġiera titlibbes ukoll lil dawk il- qaddisin kbar tal-Knisja u li huma msejħa Patrijarki, bħalma huma San Franġisk u San Duminku. Ir-raġġiera tirreferi wkoll għal dik ix-xemx kbira tal-fidda li titpoġġa wara xi xbieha tal-Madonna, bħalma nsibu pereżempju fil- każ tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla jew ix-xbiehat kollha tal-Bambina. Anke din għandha l-oriġini fl-istess silta tal-apokalissi: "Mara...liebsa x-xemx." Id-dijadema, mill-banda l-oħra, titlibbes lill-bqija tal-qaddisin. Din tkun jew ċirku tond vojt, jew inkella bħal platt tal-fidda jew id-deheb, iddisinjat, li jdawwar ras il-qaddis jew il-qaddisa. L-istellarju madwar ras il-vara ta' Santa Marija tal-Katidral ta' Għawdex Id-dijadema tal- vara ta' San Pietru f 'Birżebbuġa Ir-raġġiera tar- Redentur tal-Isla