Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2022 • illum Iż-żieda fir-rati tal-imgħax: 'Mhux se jnaqqsu mill-problema tal-għoli ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dan l-aħħar l-attenzjoni fuq l-andament ekonomiku daret fuq l-inflazzjoni - jiġifieri iż-żieda fil-prezzijiet u ċ-ċaqliq tal-interessi mill-Federal Reserve tal- Istati Uniti tal-Amerika, il-Bank of England u l-Bank Ċentrali Ewropew. Sabiex inkunu ftit aktar preċiżi f 'dak li se nkunu qegħdin nitkellmu fuqu, huwa fatt li r-rata fiż-żieda fil-prezzijiet, kemm tal-ikel kif ukoll tal-enerġija, kienu wkoll ikkawżati u huma riżultat tal-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- ekonomista Clint Flores li saħaq illi minkejja li huwa veru li l-gwerra hija kontributur ewlieni għal dawn iż-żidiet, l-inflazzjoni kienet ilha li bdiet tgħolli rasha minn qabel l-invażjoni Russa. Huwa qal illi parti mir-raġuni huma l-prezzijiet tal-ġarr tal-merkanzija bil- baħar, "wara li kien hemm dewmien hekk kif id-dinja bdiet ħierġa mill-pandemija u bdiet tipproduċi biex tlaħħaq mad- domanda globali." Flores fakkar li ħafna mill-merkanzija hija mwaħħla f 'Shanghai li huwa wieħed mill-akbar portijiet li jissuplixxi l-merkanzija, hekk kif reġa' kien hemm għeluq minħabba l-pandemija tal- COVID-19. Apparti minn hekk, iċ-Ċina għandha sebgħa mill-aqwa għaxar portijiet tal- kontejners fid-dinja. In-numru ta' bastimenti li qed jistennew fil-port ta' Shanghai u l-pressjoni qed tibni wkoll fuq portijiet Ċiniżi oħra, hekk kif il- bastimenti jippruvaw isibu portijiet alternattivi għall-irmiġġ, kompla jgħid Flores. Huwa jkompli jispjega wkoll li hemm ukoll il-problema li l-kontenituri qed jinġabru lura minħabba nuqqas ta' trakkijiet u xufiera. Ma jonqosx ifakkar li kawża ta' dan il-prezzijiet anke tal- assigurazzjoni żdiedu b'mod "allarmanti" u għalhekk il-prezzijiet kawża ta' dan - fuq ċertu prodotti - kellhom jgħaddu fuq il-konsumatur. "Importanti li nsemmu li kif faqqgħet il- gwerra tal-Ukrajna u r-Russja u peress li dawn il-pajjiżi huma esportaturi kbar tal- qmuħ, ċereali, u prodotti essenzjali oħra, il-gwerra għamlitha diffiċli biex dawn l-istess prodotti essenzjali ikunu esportati lejn id-dinja. Għalhekk inħoloq tnaqqis fil-forniment ta' dawn il-prodotti. Ukoll, ir-Russja u l-Belarussja, huma l-akbar esportaturi tal-fertilizzant u bejniethom jesportaw 40% tal-fertilizzant madwar id-dinja," kompla jgħid l-Ekonomista mal-ILLUM. Huwa fakkar fl-importanza tal-feritlizzant fis-settur agrikolu. "Is-sanzjonijiet li kienu imposti ukoll fuq l-enerġija, l-esportazzjoni taż-żejt u anke il-gass, komplew iżidu il-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Għalhekk, meta jiżdied il-prezz tal-enerġija li huwa bżonnjuż sabiex tipproduċi kollox, ħafna mill-produtturi jispiċċaw jgħaddu n-nefqa fuq il-konsumatur." 'Li tgħolli ir-rati tal-imgħax hija waħda mill-għodod tal-kontroll' F'dan il-punt għalhekk l-intervista ddur fuq l-importanza li l-awtoritajiet jikkontrollaw l-inflazzjoni. Huwa hawn li jfakkar illi l-inkarigu primarju għall-Federal Reserve fl-Istati Uniti huwa li jikkontrolla l-provvista ta' flus fl-ekonomija tal-pajjiż. "Wieħed mill-għodod hu li tinfluwenza r-rati tal-imgħax u hija l-għodda tal- politika monetarja l-aktar prominenti u effettiva tal-Amerika. Ir-rata tal-Federal Reserve hija l-iktar punt ta' referenza importanti għar-rati tal-imgħax fl- ekonomija tal-Istati Uniti u kawża ta' dan tinfluwenza r-rati tal-imgħax fl- ekonomija globali kollha," spjega Flores Huwa qal li konsegwenza ta' hekk il- Bank of England ukoll żied ir-rata tal- interessi sabiex jikkontrolla l-inflazzjoni, filwaqt li l-ġimgħa li għaddiet il-Bank Ċentrali Ewropew ukoll ħabbar li għall- ewwel darba f 'diċenju se jkun qed jgħolli ir-rati tal-imgħaxx f 'Lulju, b'żieda oħra f 'Settembru ssegwi. Ħsibijiet differenti dwar l-effetti tal- miżura... Hemm ħsibijiet differenti dwar żieda fir-rati tal-interessi, ifakkar Flores, li jgħid illi hemm akkademiċi u anke ekonomisti li jipprofessaw ħsieb e k o n o m i k u m o n e t a r j u u allura li jemmnu li g ħ a n d e k i s s o l v i l-problema t a l - g ħ o l i t a l - ħ a j j a b i l l i t g ħ o l l i r-rati tal- i m g ħ a x u dawk t a l - ħ s i e b ta' Keynes li jemmnu li l-Gvern g ħ a n d u j i n t e r v j e n i sabiex ikabbar l-ekonomija fi żmien diffiċli. Huwa qal li fil-fatt dawn kollha ħarġu bil-ħsieb tagħhom dwar iż-żieda tal-imgħax. "Dawk li jipprofessaw ħsieb ekonomiku monetarju, anke dawk li jfasslu l-politika tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk ma jimxux b'mod aggressiv u jagħmluha ċara li se jimxu b'mod aktar b'saħħtu sabiex jikkontrollaw l-inflazzjoni, din tibqa' tiela," bassar Flores. Fil-fatt ifakkar li l-impenn tal- Kunsill Governattiv hu li jżomm mal- mira tiegħu ta' inflazzjoni ta' 2% fuq terminu medju, u dan huwa l-pass li bih il-Kunsill Governattiv jaġġusta l-politika monetarja tiegħu. "Din se tkun qed tiddependi ukoll fuq l-istatistika li tidħol u kif se tkun ivvalutata l-inflazzjoni sabiex tiżviluppa fi żmien medju. Ta' min isemmi li l-inflazzjoni f 'Mejju li għadda kienet ta' 8.1% fid-19-il pajjjiż fiz-zona ewro." Id-dilemma: Li tgħolli r-rati ta' interess jew li tiżdied l-inflazzjoni? Hekk kif il-Bank Ċentrali Ewropew qed iżid ir-rati tal-Imgħax għall-ewwel darba wara 11-il sena, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-ekonomista Clint Flores dwar għaliex qed jittieħed pass bħal dan u x'effett jista' jkollu fuq il-prezzijiet u fuq l-ekonomija... Clint Flores

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022