Illum previous editions

ILLUM 26 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 • illum aħbarijiet Jibdew jagħlqu l-ewwel kliniċi tal-abort fl-Istati Uniti wara d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Diversi kliniċi tal-abort bdew jagħlqu l-bibien tagħhom f 'numru ta' stati tal- Istati Uniti wara li sentenza tal-Qorti Suprema, ilbieraħ, neħħiet id-dritt kostituzzjonali tan-nisa Amerikani għall- abort. Madwar nofs l-Istati mistennija jintroduċu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet ġodda wara li l-Qorti bidlet id-deċiżjoni tagħha ta' Roe v Wade wara kważi 50 sena. 13-il stat kellhom dawk li huma sejħu bħala 'Trigger Laws' li jaraw l-abort projbit fi żmien 30 ġurnata, il-mument li din id- deċiżjoni ttieħdet. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, il-President Joe Biden iddeskriva s-sentenza bħala "żball traġiku" filwaqt li persuni favur il- ħajja ċċelebraw quddiem il-Qorti. X'inhu l-każ Roe v Wade? Fl-1969, mara ta' 25 sena, Norma McCorvey bl-użu tal-psewdonimu "Jane Roe", sfidat il-liġijiet kriminali dwar l-abort f 'Texas. L-istat ipprojbixxa l-abort bħala mhux kostituzzjonali, ħlief f 'każijiet fejn il- ħajja tal-omm kienet fil-periklu. Jiddefendi din il-liġi kontra l-abort kien hemm Henry Wade - l-avukat tad-distrett għal Dallas County - għalhekk Roe v Wade. McCorvey kienet tqila bit-tielet wild tagħha meta ressqet il-każ, u sostniet li kienet ġiet stuprata. Iżda l-każ ġie miċħud u hija ġiet imġiegħla twelled. Fl-1973 l-appell tagħha sar quddiem il- Qorti Suprema tal-Istati Uniti, fejn il-każ tagħha nstema' flimkien ma' dak ta' mara minn Ġeorġja ta' 20 sena, Sandra Bensing. Flimkien sostnew li l-liġijiet tal- abort f 'Texas u l-Ġeorġja marru kontra l-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti għax kisru d-dritt tal-privatezza tal-mara. B'vot ta' sebgħa kontra tnejn, l-imħallfin tal-Qorti dakinhar iddeċidew li l-Gvernijiet ma kellhomx is-setgħa li jipprojbixxu l-aborti. Huma iġġudikaw li d-dritt ta' mara li ttemm it-tqala tagħha kien protett mill- Kostituzzjoni tal-Istati Uniti. F'deċiżjoni ta' 6-3, il- Qorti Suprema sabet li ma kien hemm l-ebda dritt kostituzzjonali għall-abort, u ddawwar id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jitħallew l-abort jew le f'idejn l-istati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2022