Illum previous editions

ILLUM 26 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 illum • IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 festi Enċiklopedija tal-Festa Maltija: Il-gazzetta ILLUM tkompli b'sensiela ta' artikli li matulhom qed tispjega kliem li huwa assoċjat mal-festi Maltin u Għawdxin, mill- armar tal-knisja u l-funzjonijiet sal-armar ta' barra u n-nar. Illum nibdew nitkellmu dwar il-funzjonijiet u l-mużika fil-festa It-Tridu Il-kelma Tridu ġejja mill-kelma bil-Latin "triduum" li tfisser perjodu ta' tlett ijiem. Fil-festi, it- Tridu sar jirreferi għal dawk il-jiem ta' tħejjija li jsiru qabel jum il-festa. Ġeneralment dawk il-festi li jiċċelebraw qaddis jew inkella qaddisa, jiċċelebraw it-Tridu u li permezz tiegħu l-festa tibda tilħaq il-qofol tagħha. Fil-każ ta' festa titulari li tiġi ċċelebrata l-Ħadd, it-Tridu jibda mill-Erbgħa u jintemm il- Ġimgħa (anke jekk effettivament anke s-Sibt filgħodu jkun għadu ż-żmien tat-Tridu). Ta' min ifakkar li s-solennitajiet tal-Knisja jibdew min-nofsinhar tal-ġurnata ta' qabel. Għalhekk, biex nieħdu eżempju, jekk fil-15 ta' Awwissu l-Knisja tiċċelebra s-Solennità tat-Tlugħ fis- Sema tal-Madonna, is-solennità tidħol mill-14 ta' Awwissu f 'nofsinhar. Dan ifisser li għall- Knisja, l-14 ta' Awwissu filgħaxija huwa daqs il-15 ta' Awwissu. Propju għalhekk li t-Tridu jibda mill-Erbgħa u jibqa' sejjer sal- Ġimgħa u mhux sas-Sibt filgħaxija. Fil-każ tal-festi sekondarji, it-Tridu jibda mill-Ħamis u jibqa' sejjer xorta waħda sas-Sibt filgħaxija jew inkella sa Lejlet il- Festa filgħaxija. It-Tridu jkun jikkonsisti minn quddiesa solenni u li matulha saċerdot ikun mistieden jagħmel tliet riflessjonijiet (waħda għal kuljum) fuq il-qaddis jew il- qaddisa partikolari. Fil-knejjes li għandhom il-pulptu (bħal ambone imma elevat), ir- riflessjonijiet ġeneralment isiru minn fuqu. Ġeneralment dawn ir- riflessjonijiet isiru waqt il- quddiesa stess, minflok l-omelija, imma hemm festi oħra fejn din ir-riflessjoni ssir wara l-quddiesa, qabel il-mutett (ara aktar 'l isfel) kif isir fil-każ tal-festa ta' San Pawl tal-Belt Valletta. Apparti l-festi, il-Knisja tiċċelebra wkoll dak magħruf ukoll bħala Tridu tal-Għid il-Kbir, li jibda minn Ħamis ix-Xirka filgħaxija meta l-Knisja tipprepara biex tiċċelebraw l-akbar Solennità u l-qofol tal-fidi Nisranija. YENDRICK CIOFFI Saċerdot jippriedka waqt it-Tridu fil-festa ta' San Pawl tal-Belt Valletta In-Novena hija simili għat-Tridu iżda hija mifruxa fuq disat ijiem. Fil-fatt, il-kelma ġejja mil-Latin "novem" u tfisser disa'. Għalhekk, jekk it-Tridu huwa tlett ijiem ta' tħejjija, in-novena hija disat ijiem ta' tħejjija qabel il-festa. In-Novena ġeneralament (imma mhux dejjem) tiġi ċċelebrata f 'dawk il-knejjes li l-festa titulari tagħhom hija tal-Madonna. Madanakollu, hemm knejjes oħra, li l-festa titulari tagħhom hija ta' qaddis, li wkoll jiċċelebraw Novena. Biex nagħtu eżempju wieħed, fil-każ tal-festa ta' San Lawrenz tal-Birgu tiġi ċċelebrata Novena u mhux Tridu. Matul il-ġranet tan-Novena, iseħħ l-istess bħalma jsir fit- Tridu. Issir quddiesa solenni li matulha saċerdot ikun mistieden jagħmel disa' riflessjonijiet. Ma nistgħux nitkellmu dwar in- Novena u ma nagħmlux referenza għal Bormla. Il-Bormliżi huma magħrufa għan-Novena li jiċċelebraw fis-sitta neqsin kwart ta' filgħodu, minkejja l-kesħa ta' Diċembru. Ġeneralment, in-Novena tibqa' sejra sal-ġurnata ta' qabel Lejliet il-Festa, dik magħrufa bħala l-Antivigilia. Dan ifisser li jekk il- festa tkun se ssir il-Ħadd, l-aħħar quddiesa tan-Novena ssir il- Ġimgħa. Fil-każ ta' Bormla, l-aħħar quddiesa tan-Novena ssir lejliet il- festa filgħodu. Dan iseħħ kemm għax in- Novena dejjem issir filgħodu u anke għax, kif diġà rajna, is-solennità tal- festa tibda min-nofsinhar ta' lejliet il-festa u għalhekk filgħodu jkun għad hemm lok għan-Novena. Interessanti nsemmu wkoll kif fil-Birgu hemm it-tradizzjoni kif fl-aħħar jum tan-Novena, apparti riflessjoni fuq San Lawrenz, is-saċerdot jagħmel diskors dwar l-Assedju l-Kbar, anke minħabba r-rabta li hemm bejn din il-Kolleġġjata u l-Ordni ta' San Ġwann. Apparti fil-festi, il-Knisja tiċċelebra n-Novena bi tħejjija għal solennitajiet importanti tagħha. Fost dawn ma nistgħux ma nsemmux in-Novena tal-Milied u anke n-Novena ta' Pentecoste meta l-Knisja tiċċelebra l-Inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostlu u għalhekk it-twelid tagħha. In-Novena Il-quddiesa tan-Novena fil-festa ta' Marija Annunzjata ta' Ħal Tarxien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2022