Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698
15 festi illum • IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJI 2022 Maltija: Il-Funzjonijiet u l-Mużika (6) Il-Kwindiċina u s-Settena La qed nitkellmu fuq il-ġranet ta' tħejjija ta' qabel il-festa, ma nistgħux ma nsemmux il- kwindiċina. Il-kwindiċina, mit-Taljan "quindici," tiġi ċċelebrara f 'dawk il-knejjes li jiċċelebraw il-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal- Madonna, magħrufa magħna l-Maltin bħala Santa Marija. Għalhekk, il-kwindiċina tirreferi għal ħmistax-il jum ta' preparazzjoni qabel din is- Solennità kbira Marjana, li ħafna jirreferu għaliha bħala l-Għid tas-Sajf. Mill-banda l-oħra, is-Settena, mit-Taljan "sette" huma sebat ijiem ta' tħejjija qabel il-festa ta' Marija Addolorata, kemm dik devozzjonali li ssir nhar il-Ġimgħa ta' qabel Ħadd il- Palm, jew inkella qabel il-festa liturġika ta' Marija Addolorata ċċelebrata fil-15 ta' Settembru. Fi żmien, is-Settena kienet issir b'solennità u devozzjoni kbira b'mod partikolari f 'Bormla u anke fil-Belt Valletta fejn id-devozzjoni lejn id-Duluri (kif nafuha l-Maltin) tmur lura ħafna snin. Il-forma hija dejjem bħal dik tat-Tridu u tan-Novena, jiġifieri quddiesa solenni b'riflessjoni fuq il-Madonna. Il-quddiesa fil-ftuħ tal-Kwindiċina tal-festa ta' Santa Marija fil-Katidral ta' Għawdex Il-mutett isir wara l-quddiesa tat- Tridu, in-Novena, il-Kwindiċina jew is-Settena. Malli tintemm il- quddiesa u ġeneralment tingħad il-kurunella, is-saċerdot li issa jkun neħħa l-pjaneta (li jilbes waqt il-quddies) u libes il-kappa (bħal mantell), jerġa' joħroġ fuq l-artal u jibda l-mutett. Il-mutett x'aktarx li jibda bil- kant tal-innu li ġeneralment ikun bil-Latin u elaborat ħafna. Dan ikun innu ta' tifħir lill-qaddis jew il-qaddisa li għalihom tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. Wara dan l-innu, (li ġieli jkun pjuttost twil u jkun alternat, jiġifieri silta titkanta mill-kor akkumpanjat bl-orkestra, u silta mill-kongregazzjoni) titkanta l-antifona. Wara l-antifona jitkanta innu Ewkaristiku, sakemm l-Ewkaristija titpoġġa fl-isfera u wara l-kant tat-Tantum Ergo (Dal Misteru) tingħata l-Barka Sagramentali. Il- mutett x'aktarx li jintemm bil-kant tal-innu popolari lill-qaddis jew il- qaddisa. F'xi lokalitajiet li jiċċelebraw festa Marjana, jiġifieri festa tal- Madonna, il-mutett jirreferu għalih bħala s-Salve u dan għax minflok l-innu (li jindaqq fil-bidu tal-mutett) titkanta s-Salve Regina. Apparti s-Salve Regina, ma hemm l-ebda differenza oħra bejn il-Mutett u s-Salve. Il-Mutett u s-Salve It-Te Deum Mument waqt il-mutett tat-Tridu fil-festa ta' Santa Katarina Verġni u Martri taż-Żurrieq Lejliet il-festa filgħodu ssir dik il-quddiesa magħrufa bħala tat- Te Deum. Tissejjaħ hekk għax fl- aħħar tal-quddiesa jitkanta t-Te Deum li huwa innu pjuttost twil ta' radd il-ħajr lil Alla. Fil-fatt, l-ewwel vers bil-Latin huwa "Te Deum laudamus" li bil-Malti tiġi "Lilek o Alla nfaħħru." Jitkanta lejliet il-festa filgħodu hekk kif ikun qed jiġi fi tmiemu l-perjodu ta' tħejjija għall-festa u it sigħat wara, f 'nofsinhar, tkun se tidħol is-Solennità u għalhekk il-festa tilħaq il-qofol tagħha. Ġeneralment, it-Te Deum jitkanta b'mod alternat, jiġifieri vers jitkanta mill-kor (u l-orkestra) u vers mill- kongregazzjoni. Fil-ħin li jitkanta t-Te Deum, tindaqq mota bil-qniepen kollha tal-knisja u anke tinħaraq kaxxa infernali. Ta' min isemmi kif dawk il-festi li jiċċelebraw il-marċ tradizzjonali ta' filgħodu Lejliet il-Festa, mhux f 'jum il-festa, dan il-marċ isejħulu l-Marċ tat- Te Deum. Insemmu fost oħrajn il-festa ta' Santa Katarina taż- Żurrieq. It-Te Deum ma jitkantax biss Lejliet il-Festa. Jitkanta wkoll f 'jiem partikolari, pereżempju Lejliet l-Ewwel tas-Sena. F'dawk il-knejjes li għandhom il-kwadru titulari tagħhom inkurunat b'digriet mill-Vatikan, it-Te Deum jitkanta wkoll meta ssir it-tiira tal-istess inkurunazzjoni. It-Tranżlazzjoni timmarka l-bidu tas-Solennità jiġifieri l-mument meta l-festa tilħaq il-qofol tagħha. Issa l-knisja tkun lesta mżejna kollha u tkun mixgħula. Il-qniepen jindaqqu kollha u jinħaraq ukoll in-nar. It-Tranżlazzjoni tirreferi għall-purċissjoni li ssir bir- relikwa tal-qaddis jew il-qaddisa li tagħhom tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. Ir-relikwa tkun fl-ostensorju jew ir-relikwarju li dwaru tkellimna fl-ewwel edizzjoni ta' din l-enċiklopedija. It-Tranżlazzjoni tibda jew minn fuq xi artal laterali fil-knisja stess jew inkella minn xi kappella oħra fl-istess belt jew raħal. Din il- purċissjoni timxi sal-artal maġġur tal-knisja li tkun qed tiċċelebra l-festa u r-relikwa titpoġġa f 'post ċentrali. Ġeneralment, qabel titlaq il-purċissjoni, ir-relikwa tkun mgħottija. Il-Prim Ċelebrant, jiġifieri dak is-saċerdot li jkun qed imexxi t-Tranżlazzjoni, jintona l-bidu tal- Għasar (li dwaru se nitkellmu l-ġimgħa li għaddiet), tinkixef ir-relikwa u tibda din il-purċissjoni solenni, li fiha jieħdu sehem ukoll il-fratellanzi. Waqt din il- purċissjoni jitkanta l-innu tal-għasar, jiġifieri innu ta' tifħir lill-qaddis/a u malli tasal fuq l-artal maġġur titkanta l-antifona. Iċ-ċelebrazzjoni tkompli bl-Ewwel Għasar Solenni, iżda dwar dan se nitkellmu bħal-lum ġimgħa. It-Tranżlazzjoni Ir-relikwa mgħottija fl-Oratorju tal- Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu tal- Belt Valletta qabel il-bidu tat-Tranżlazzjoni