Illum previous editions

ILLUM 26 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471698

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 kotba IL-ĦADD 26 TA' ĠUNJU 2022 • illum Kull fejn taqta', joħroġ id-demm Ilkoll nagħrfuha x-xbiha klassika tal-mara tad-dar Maltija tixkupa lil hinn mill-għatba għal fuq il- bankina l-aħħar trabijiet ta' wara t-tindifa, filwaqt li ġewwa jleqq xummiema. U kieku mmorru lil hinn, anki l-każijiet fejn il- familja tgħix fil-garaxx biex ma tkagħbarx il-bqija tad-dar mhux mittiefsa u s-sufan imgeżwer fil-plastik. F'pajjiż fejn in-nies huma relattivament ħafna u l-art oġġettivament it, dan il-proċess ta' involuzzjoni jakkwista sinifikat, fejn kważi kważi nirregredixxu lura kemm jista' jkun għall-unika toqba li hija tagħna biss u li mhux se jmisshielna ħadd. Iżda, kważi mera tal-istess imġiba, dak li mhux tagħna għax huwa ta' kulħadd, jidher li xorta għandna t-tendenza nittantaw nagħmluh tagħna. Bħalma stqarr sikwit Jeremy Boissevain, l-antropologu li bena l-fama akkademika tiegħu fuq l-osservazzjoni tal-Maltin, barra minn darna ma huwa ta' ħadd, fis- sens tan-'no man's land' ta' bejn it-trunċieri fil-gwerer, u li huwa titlu inciżiv tal-pubblikazzjoni ta' Marie Briguglio u Steve Bonello (Kite, 2018), rebbieħ tal-kategorija tal-Letteratura mhux Fittizja tal- edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal- Ktieb tal-2019. Lil hinn mill-problematiċità ta' isem il-kategorija tal-premju, dan il-ktieb nistgħu nsejħulu saġġ li jittratta kollox ħlief il-finzjoni. Briguglio u Bonello ltaqgħu tista' tgħid b'ċikka frott waħda mill- ossessjonijiet ewlenin tagħhom — l-art u l-użu tagħha — u inzerta li l-karikaturi kotrana ta' Bonello dwar it-temi ambjentali daħlu kexxun fir-riċerka u l-kunsiderazzjonijiet li kienet ilha qed tagħmel Briguglio bħal ekonomista u akkademika b'interess fl-ambjent u fil-kwalità tal-ħajja. B'ċikka wkoll, erġajt iltqajt ma' Marie m'ilux wara ħafna snin fuq il- katamaran minn Sqallija. Ġeddidna l-memorji ta' malajr, imma d-diskors, flimkien ma' żwieġna t-tnejn Taljani li għażlu 'l Malta bħala d-dar ġdida tagħhom, malajr waqa' fuq ħwejjeġ aktar urġenti. L-istat tal-ambjent Malti, mill-bini bla rażan sal-għajbien tal-kampanja, imma anki l-problema bl-ispazji pubbliċi, jew għax jitqaċċtu s-siġar bl-addoċċ u nispiċċaw imxawtin minn xemx dejjem aktar tikwi, sal-problema biex tmur dawra fil- kampanja int u tinnegozja r-rotta bejn iċ-ċomb tas-snieter u t-tfaqqis Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2022