Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum L-integrità fil-ħajja pubblika L -OECD (Organizzazzjo- ni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp) għadha kif ippubblikat tlett rapporti dwar aspetti differ- enti tal-integrità tal-ħajja pubblika f 'Malta. Dan għamlitu bħala parti mill-proġett iffinanzjat mill-Un- joni Ewropeja dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-uffiċċju tal-Kum- missarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. L-ewwel rapport hu dwar kif il-leġislazzjoni eżistenti tista' titjieb filwaqt li t-tieni wieħed hu dwar it-titjib organizzattiv meħtieġ fl-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. It-tielet rapport fih rakkomandazzjonijiet dwar ir- regolamentazzjoni tal-lobbying. It-tlett rapporti fihom total ta' 71 rakkomandazzjoni li l-esperti u l-konsulenti tal-OECD iddiskutew mad-diversi persuni u organizzazzjonijiet li ltaqgħu magħhom f 'Malta. Mingħajr ma nnaqqas mill-mertu ta' dawn it-tlett rapporti irrid nemfasizza bi kważi ċertezza li l-parti l-kbira ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu ilhom preżenti fid-dibattitu politiku lokali għal żmien konsiderevoli. Sfortunatament dawn ġew repetutament injorati mill-partiti fil-parlament. F'dawn il-paġni jiena ktibt diversi drabi dwar il-ħtieġa li nirregolaw il-lobbying fil-pajjiż. Il-lobbying huwa parti essenzjali mill-proċess demokratiku. Jeħtieġ, iżda, li jkun trasparenti. Sentejn ilu, il-Kummissarju għall-Istandards fil- Ħajja Pubblika Dr George Hyzler, ippubblika dokument konsultattiv dettaljat dwar il-mod kif nistgħu nirregolaw il-lobbying fil-pajjiż. Wara sentejn, iżda, għadu ma sar xejn: il-proposti tiegħu għadhom qed jiġu "studjati"! Hi sfortuna li s'issa l-partiti fil-parlament ma jidhrux li huma interessati. Il-ħolqien tal-uffiċċju ta' Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika kien pass tajjeb ħafna, avolja kien hemm ħafna dewnien u tkaxkir tas-saqajn sakemm il-liġi għaddiet mill- Parlament. Dan l-uffiċċju jeħtieġ li jkun allinejat kemm mal-uffiċċju tal-Ombudsman kif ukoll mal- Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Meta tqishom flimkien dawn huma tlett funzjonijiet essenzjali biex il-governanza tajba tinfirex u tissaħħaħ fl-oqsma kollha tal- amministrazzjoni pubblika. It-tlieta li huma qed jagħmlu xogħol utli. Jistgħu jkunu anke aħjar kieku jkollhom inqas tfixkil kull meta jkunu jeħtieġu informazzjoni biex jeżaminaw dak li jkollhom quddiemhom. Ir- rapporti tal-OECD jezaminaw il-liġi Maltija li biha twaqqaf l-uffiċċju ta' Kummissarju għall-iStandards fil- Ħajja Pubblika u jigbdu l-attenzjoni għad-diversi oqsma fejn jista' jsir titjib biex ikun assigurat li l-indipendenza tal-Kummissarju tkun imħarsa b'mod prattiku. Il-pubblikazzjoni tal-files Uber, iktar kmieni din il-ġimgħa, wrew li hemm bosta gvernijiet u istituzzjonijiet oħra (inkluż l-Unjoni Ewropeja) li minkejja li għandhom biżibilju liġijiet u regolamenti dwar il-lobbying, xorta nqabdu fuq sieq waħda. Għax li jkollok il-liġijiet li jiregolaw il-lobbying mhux biżżejjed: neħtieġu ukoll ir-rieda politika biex nimplimentawhom. Bosta drabi din ir-rieda politika ma teżistix! Il-kontabilità, it-trasparenza u l-governanza tajba huma ferm iktar minn slogans: huma valuri fundamentali li fuqhom jinbena l-istat demokratiku modern. L-uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, l-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika huma parti integrali mill-infrastruttura demokratika li hi essenzjali biex dawn il-valuri jrabbu għeruq b'saħħithom fl-istituzzjonijiet u s-soċjetà tagħna. Madwar 12-il xahar ilu l-Ombudsman kien indika li ma kellux intenzjoni li jaċċetta li l-ħatra tiegħu tkun imġedda. Għadu ma ġiex identifikat min ser jinħatar floku avolja qed jingħadu bosta affarijiet dwar dak li għaddej bejn il-partiti parlamentari huma u jiddiskutu dwar min jista' jinħatar. Sadanittant George Hyzler ser ikollu jwarrab ukoll għax inħatar mill- Gvern Malti fil-Qorti Ewropeja tal- Awdituri. F'dan il-mument delikat ser ikun hemm post ieħor vojt. Jekk verament nemmnu li f 'dan l-istat demokratiku l-istituzzjonijiet għandhom valur, huwa essenzjali li dawn il-vakanzi jimtlew illum qabel għada. F'ġieh is-serjetà fil-ħajja pubblika hemm bżonnhom bla ħafna iktar dewmien. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Il-kontabilità, it-trasparenza u l-governanza tajba huma ferm iktar minn slogans: huma valuri fundamentali li fuqhom jinbena l-istat demokratiku modern

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022