Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501
03 illum • IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 aħbarijiet Erba' xhur leave għall-ġenituri, xahrejn minnhom bi ħlas. Għaxart ijiem leave tal-paternità mħallsa b'mod sħiħ. DRITTIJIET ĠODDA GĦALL-FAMILJI Ħamest ijiem leave għall-persuni li jindukraw lil qrabathom. Dritt għal aktar arranġamenti ta' xogħol flessibbli. facebook.com/djalogusocjaligovmt ta' aħjar 'Il-karigi tal-Ombudsman u l-Kummissarju tal- Istandards qed jintużaw bħala ballun politiku' L-ADPD - e Green Party jisħaq li t-trasparenza, il- kontabbilita u governanza tajba għandhom ikunu s-sisien ta' kif titħaddem il-politika f 'pajjiżna "Uffiċjali bħalma huma dak ta' l-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika m'għandhomx jintużgħu bħala ballun politiku. Hemm bżonn li mill-kliem ngħaddu għall-fatti u li l-istituzzjonijiet inħarsuhom bis-serjeta'." Dan qaluh Carmel Cacopardo Chairperson flimkien ma' Brian Decelis uffiċjal għall-media ta' ADPD – e Green Party huma u jindirizzaw konferenza stampa quddiem Kastilja is-Sibt filgħodu. Brian Decelis fakkar kif l-Ombudsman ilu madwar sena li indika li ma xtaqx li t-terminu tiegħu fil-ħatra jiġġedded imma l-Gvern u l-Oppożizzjoni għad ma rnexxielhomx jaqblu dwar min għandu jinħatar floku. Fil- ġimgħat li ġejjin ser ikun hemm bżonn li jinħatar Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika wara li George Hyzler ġie maħtur bħala membru tal- Qorti Ewropea tal-Awdituri. "It-trasparenza, il-kontabbilita u governanza tajba għandhom ikunu s-sisien ta' kif titħaddem il-politika f 'pajjiżna. Dawn iż- żewġ karigi flimkien ma' dak tal- Awditur Ġenerali huma essenzjali biex ikun assigurat li dawn il- valuri ta' importanza bażika għal kull demokrazija jrabbu għeruq fondi fl-istituzzjonijiet ta' pajjiżna," saħaq Decelis. Huwa kompla jesprimi dispjċir li dawn il-karigi spiċċaw f 'ballun politiku bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u persuni ġodda f 'dawn il-karigi importanti fl-infrastruttura demokratika ta' pajjiżna għadhom ma nħatrux. "Nistaqsu kemm ser idumu biex jinħatru persuni validi f 'dawn il-karigi. Il-pajjiż ma jistax jibqa' jistenna l-logħob politiku bejn il-Gvern u l-Opposizzjoni," ikkonkluda Brian Decelis. Carmel Cacopardo fakkar kif l-Organizzazzjoni għall- Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) iktar kmieni din il-ġimgħa ippubblikat tlett rapporti dwar l-integrita' fil-ħajja pubblika f 'Malta. L-ewwel rapport saħaq fuq il-ħtieġa li l-leġislazzjoni eżistenti tiġi imsaħħa filwaqt li t-tieni wieħed stħarreġ il-bidliet meħtieġa fi ħdan l-Uffiċċju għall- iStandards fil-Ħajja Pubblika biex dan ikun iktar effettiv. It- tielet rapport jelenka numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar ir- regolamentazzjoni tal-'lobbying'. "Dwar il-lobbying – li huwa parti mill-proċess demokratiku – għidna kemm il-darba li dan għandu jkun wieħed trasparenti. Madankollu, minkejja li kien il- Kummissarju dwar l-Istandards stess li ħareġ proposti għal konsultazzjoni madwar sentejn ilu baqa' ma sar xejn. U dan mhux kumbinazzjoni imma għaliex mhuwiex fl-interess taż- żewġ partiti fil-Parlament," qal Cacopardo Filfatt it-tlett rapporti tal-OECD jinkludu 71 rakkomandazzjoni li ħafna minnhom diġà issemmew fid-diskussjoni pubblika li ilha għaddejja dwar it-trasparenza, l-kontabilità u l-governanza tajba. Cacopardo irrkonoxxa l-ħidma tal-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika u qal li dawn qegħdin jagħmlu xogħol siewi ħafna imma ħafna drabi isibu tfixkil meta ma jirċevux l-informazzjoni li huma jkunu jeħtieġu fil-qadi ta' dmirijiethom. "Sfortunatament li jkollna il- liġijiet u karigi pubbliċi intiżi biex isaħħu l-integrità fil-ħajja pubblika mhuwiex biżżejjed jekk ma jkunx hemm ir-rieda politika biex l-għanijiet li għalihom dawn jitwaqqfu jitwetqu fil-prattika. Is-serjeta' u l-indafa fil-politika għandna niġġieldu għalihom kuljum," ikkonkluda Cacopardo. (Ara wkoll paġna 18) Carmel Cacopardo Chairperson tal-ADPD