Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577
05 illum • IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 aħbarijiet Il-popolazzjoni tal-Belt Valletta tkompli tiċkien u tixjieħ iżda jiżdiedu r-residenti barranin YENDRICK CIOFFI Jekk it-tentattivi biex il-Belt Valletta tqum u ma tibqax torqod mas-sebgħa ta' filgħaxija irnexxew bi kbir, mill-banda l-oħra, it it, il-popolazzjoni tal-Kapitali qed tonqos sena wara l-oħra u t-tħassib tal- komunità residenzjali Beltija issa reġa' ġie kkonfermat ukoll miċ-ċensiment li sar fl-aħħar xhur. Fil-fatt, iċ-ċensiment wera kif il-Belt Valletta kienet fost it-tliet lokalitajiet li rreġistraw l-akbar tnaqqis fil-popolazzjoni tagħhom meta wieħed iqabbel mal-aħħar ċensiment li sar fl-2011. Fl-aħħar għaxar snin, il-popolazzjoni Beltija naqqset b'591 resident. L-uniku lokalità fejn it-tnaqqis kien aktar minn dak tal-Belt, kienet Bormla li rreġistrat tnaqqis ta' 695 resident mill-aħħar ċensiment. Dan jikkonferma t-tħassib li wrew mal-gazzetta ILLUM diversi drabi residenti Beltin u gruppi li jirrappreżentawhom, jiġifieri li kull ma jmur, il-popolazzjoni tal-Belt Valletta qiegħda dejjem tonqos u dan fl-istess żmien meta sar investiment kbir biex il- Kapitali tqum fuq saqajha, b'mod partikolari meta fl-2018 kellha t-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Minn kważi 23,000 resident għal ftit aktar minn 5,000 Interessanti wkoll dak li wieħed jinnota jekk iħares lejn l-aħħar għaxar ċensimenti u jinnota kif naqqset drastikament il- popolazzjoni tal-Kapitali. Fil-fatt, sa 100 sena ilu, jiġifieri sal-1921, il- Belt kellha l-akbar popolazzjoni. B'kollox, fil-Belt Valletta kienu jgħixu 22,392 persuna. Sa għaxar snin wara, jiġifieri sal-1931, il-poplazzjoni Beltija telgħet għal 22,779 sakemm ħadet daqqa 'l isfel minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-fatt, fl-1948, il-Belt Valletta rreġistrat popolazzjoni ta' 18,666 persuna u minn dak iż-żmien ir- residenti Beltin baqgħu dejjem jonqsu. L-akbar tnaqqis kien irreġistrat bejn iċ-ċensiment tal-1967 u l-1985. Fl-1967, fil-Belt Valletta kienu jgħixu 15,279 persuna. Sal-1985, il-popolazzjoni Beltija kienet naqqset għal 9,340. Il-popolazzjoni baqgħet tonqos sena wara l-oħra sakemm iċ- ċensiment tal-2021, ippubblikat fl- aħħar jiem, wera kif illum fil-Belt Valletta jgħixu biss 5,157 persuna. Sa għaxar snin ilu, l-popolazzjoni fil-Belt kienet ta' 5,748 persuna. Aktar minn kwart tar-residenti Beltin huma anzjani Mhuwiex xi sigriet li l-valur tal-proprjetajiet fil-Belt Valletta huwa għoli. Din l-istess gazzetta kemm-il darba tkellmet dwar it- tħassib tar-residenti, speċjalment dawk żgħażagħ, li għalihom huwa impossibbli li jixtru jew jikru dar il-Belt biex jgħixu fiha meta jitilqu minn mal-ġenituri. L-ILLUM tkellmet ukoll ma' residenti li ilhom snin jgħixu l-Belt Valletta u li qed jispiċċaw ikollhom jitilqu kontra qalbhom għax ma jlaħħqux mal-prezzijiet tal-kera li splodew 'il fuq. Sid jippreferi li jbiddel blokka f 'xi Boutique Hotel u minnha jaqla' l-eluf fis-sena milli jaqla' ċiċri minn xi koppja anzjana jew bil- familja li tgħix fl-appartamenti tiegħu. Dan wassal għal ħaġa waħda biss, jiġifieri biex il-popolazzjoni tal-Belt Valletta tixjieħ. Fil-fatt, minn 5,157 persuna li jgħixu fil- Belt, 1,388 għandhom aktar minn 65 sena. Dan ifisser li kważi 27% tal- popolazzjoni tal-Kapitali, jew aħjar aktar minn kwart tar- residenti Beltin), għandhom aktar minn 65 sena. 739 persuna oħra għandhom bejn 55 u 64 sena filwaqt li 663 resident Belti għandu bejn 45 u 54 sena. 706 persuni għandhom bejn 35 u 44 sena u 710 għandhom bejn 25 u 34 sena. Dawk li għandhom bejn 15 u 24 sena u jgħixu l-Belt jammontaw għal 455 filwaqt li 496 persuna għandhom 14-il sena jew inqas. L-età medja tar-residenti Beltin hija ta' it aktar minn 47 sena li hija wkoll fost l-ogħla meta wieħed iħares lejn il-bqija tal- lokalitajiet f 'Malta u Għawdex. Jonqsu l-Maltin u jiżdiedu b'mod sostanzjali r-residenti barranin fil-Belt Apparti li qed tonqos il- popolazzjoni tal-Belt Valletta, iċ-ċensiment wera wkoll kif sena wara l-oħra qed jonqsu r-residenti Maltin mill-Belt Valletta filwaqt li qed jiżdiedu dawk ir-residenti ta' nazzjonalità differenti. Fil-fatt, f 'għaxar snin, jiġifieri bejn l-2021 u l-2011 meta sar l-aħħar ċensiment, ir-residenti Maltin (jew dawk li huma verament Beltin) mill-Kapitali naqqsu b'19.5%, filwaqt li żdiedu b'277% dawk ir-residenti fil-Belt li għandhom ċittadinanza barranija. Huwa fatt magħruf li huma ħafna l-barranin li qed jixtru propjretajiet fil-Belt Valletta wħud biex jgħixu fihom, oħrajn biex jikruhom u oħrajn biex jiġu biss fihom it ġranet fis-sena. Fl-2011, meta l-popolazzjoni tal-Belt Valletta kienet ta' 5,748 persuna, 5,570 kienu Maltin filwaqt li 178 kienu persuni ta' nazzjonalità differenti. L-aħħar ċensiment wera li minn 5,157 persuna li jgħixu fil-Belt, 4,486 huma Maltin filwaqt li 671 huma barranin. Dan ifisser li fl-aħħar għaxar snin, ir-residenti Maltin mill-Belt Valletta naqqsu b'1,084 persuna filwaqt li r-residenti barranin fil-Kapitali żdiedu bi kważi 500 persuna. Id-dettalji tar-rapport preliminari taċ-ċensiment 2021 jistgħu jinstabu fuq is-sit tal- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Iċ-ċensiment 2021 wera kif għal sena oħra l-popolazzjoni tal-Belt Valletta kompliet tonqos u tixjieħ u anke jekk ir-residenti Maltin qed jonqsu mill-kapitali, qed jiżdiedu b'mod sostanzjali il-barranin li jagħżlu li jgħixu l-Belt