Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 • illum It-tibdil fil-klima: It-turiżmu mhux ser jeħlisha 'Ż mien il-biljetti tal-aj- ru bid-€10 spiċċa,' qalilna Michael O'Leary, tar-Ryanair. Dan wara li sirna nafu matul dawn l-aħħar ġimgħat li fl-Unjoni Ewropeja, biex tkun implimentata l-inizjattiva l-ħadra (Green Deal), anke l-avjazzjoni teħtieġ li tagħti s-sehem tagħha billi tibda tinter- nalizza l-impatti ambjentali. Dan ifisser li l-ispiża riżultat tal-impatti ambjentali tal-avjazzjoni għand- ha tibda tkun inkluża fil-prezz tal-vjaġġ. Dan hu applikazzjoni diretta u prattika tal-prinċipju ambjentali li min iħammeg jeħtieġ li jħallas (polluter pays principle). L-avjazzjoni ilha teħlisha billi kienet eżentata għal żmien twil milli terfa' l-piż tal-impatti tal- emissjonijiet li tiġġenera. Issa dan ma jistax jibqa' hekk. Din l-industrija ukoll trid tibda tagħti kont ta' għemilha. Bħas-setturi ekonomiċi l-oħra trid terfa' l-piz tal- impatti ambjentali tagħha. Li min iħammeġ iħallas hu prinċipju ambjentali bażiku li jifforma parti integrali mill-liġi Ewropea. Riżultat ta' hekk dan iservi ta' gwida għall-formolazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropeja. Sa mill-2004 dan il-prinċipju hu ukoll parti integrali mil- leġislazzjoni ambjentali Maltija. Anke fil-każ tagħna dan il-prinċipju għandu jagħti direzzjoni ċara fil- formolazzjoni tal-politika Maltija. Sfortunatament, minkejja li l-Parlament f 'Malta approva mozzjoni li biha għaraf l-emerġenza klimatika, din id-dikjarazzjoni baqgħet fuq il-karta. Ftit li xejn sar biex id-deċiżjonijiet meħtieġa riżultat tal-għarfien tal-eżistenza ta' din l-emerġenza jittieħdu. Hu diżappuntanti li wieħed minn dawk responsabbli biex mexxa 'l quddiem din il-mozzjoni issa qed jgħid li l-azzjoni biex ikunu indirizzati l-impatti klimatiċi tal-avjazzjoni huma kontra l-interess nazzjonali. M'għandux idea x'inhu jgħid. Ejja nkunu ċari: Bħala arċipelagu f 'nofs il- Mediterran, il-gżejjer Maltin inevitabilment ikunu effettwati mill-istadji li jmiss tal- impatti tat-tibdil tal-klima, ċjoe l-għoli fil-livell tal-baħar. Iż-żoni mal-kosta ilaqqtuha waħda sewwa, possibilment jispiċċaw taħt l-ilma, kollha jew kważi, skond kemm jogħla l-livell tal-baħar. Dan japplika ukoll għall-infrastruttura kostali li tinkludi l-parti l-kbira tal- faċilitajiet turistiċi. Hu fl-interess nazzjonali ta' Malta li l-miri klimatiċi tal-2015 ta' Pariġi jkun osservati u li jiġu implimentati l-iktar kmieni possibli. Ma jagħmilx sens li nfittxu li nkunu eżentati. Bla dubju jkun hemm impatti konsiderevoli. Imma l-impatti, jekk naġixxu biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima, huma ferm inqas mill- impatti li jkollna nħabbtu wiċċna magħhom jekk nibqgħu nippruvaw nevitaw ir-responsabbiltajiet tagħna. Tul is-snin, bla dubju, it- teknologija tkompli titjieb, u probabbilment li din tgħin biex jonqos il-piż tal-impatti. It- tieni rapport ambjentali dwar l-avjazzjoni Ewropeja ippubblikat fl-2019 jiġbed l-attenzjoni li fiż-żona Ewropeja l-konsum medju tal-uwl fuq it-titjiriet kummerċjali naqas b' 24% bejn l-2005 u l-2017. Imma fl-istess żmien kien hemm żieda ta' 60% fil-kilometraġġ tat-titjiriet kummerċjali! Din l-istatistika tiġbor fiha l-problema kollha: It-teknoloġija qed tnaqqas l-emissjonijiet għal kull kilometru tat-titjiriet, imma n-numru ta' kilometri tal-vjaġġi qed jiżdied bil-kbir għax ħafna iktar nies qed jivvjaġġaw bl-ajru. Bħalissa għaddej dibattitu dwar taxxa fuq il-uwil tal-avjazzjoni. Din hi waħda mill-miżuri essenzjali u meħtieġa biex ikun possibli li sal-2030 u lil hinn il-gassijiet serra jonqsu b'55%. Din l-inizjattiva għandha twassal biex il-prezz tal-biljett tal-ajru jkun jirrifletti l-ispiza reali, inkluż dik ambjentali ikkawżata mill- emissjonijiet. Dan jista' jseħħ jew b'żieda ta' taxxa mal-prezz tal-biljett tal-ajru inkella billi dak li jkun jagħmel użu minn mezzi alternattivi ta' transport. Jekk wieħed jagħmel użu ta' mezzi alternattivi ta' transport it-taxxa tkun evitata u dan bil- konsegwenza li jkunu evitati ukoll l-impatti ambjentali tal-ivvjaġġar bl-ajru. Fl-Ewropa kontinentali dan jista' jseħħ bl-użu tal-ferrovija li bosta drabi hi alternattiva kemm effiċjenti kif ukoll iktar nadifa. Imma fil-kaz ta' Malta u gżejjer oħra dan l-użu tal-alternattivi potenzjali hu limitat ħafna. Dan iwassal għal żieda inevitabbli fl-ispiża biex dak li jkun jivvjaġġa bl-ajru u riżultat ta' hekk jonqos in-numru kemm ta' Maltin li jivvjaġġaw kif ukoll ta' barranin (turisti) li jiġu Malta. Għalkemm eventwalment jista' jkun hemm xi konċessjonijiet raġjonevoli għal dawk li jgħixu fil-periferiji/gżejjer, it-turiżmu ma jistax jibqa' jevita li jerfa' l-piz tal-impatti tiegħu: dan hu meħtieġ biex isseħħ ġustizzja, kemm soċjali kif ukoll ambjentali! Hu fl-interess ta' Malta li l-impatt ambjentali tat- turiżmu, b'mod partikolari dak tal- massa, jkun indirizzat u ikkontrollat qabel ma jkun tard wisq. L-industrija tal-avjazzjoni teħtieġ li tkun imċaqalqa bi strumenti ekonomiċi bħat-taxxa ambjentali biex tirristruttura ruħha. Ejja niakru li bħall-gżejjer kollha, Malta, flimkien mal-komunitajiet kostali, tkun minn tal-ewwel li ssofri l-agħar konsegwenzi tat-tibdil tal-klima: L-għoli fil-livell tal-baħar. It-turiżmu ma jeħlisiex. Il-klima mhux ser tikkunsidra l-pożizzjoni partikolari ta' Malta jew l-impatt fuq l-ekonomija: In-natura ma tiddiskriminax, tibqa' għaddejja minn fuqna bħalma għamlet bnadi l-oħra fejn kaxkret kull ma sabet fin-nofs! It-turiżmu qiegħed f 'salib it-toroq. Jeħtieġ li b'mod urġenti jaddatta ruħu u jaddatta għall- impatti tat-tibdil fil-klima. Dan hu l-futur reali tat-turiżmu, mhux l-eżenzjoni mit-taxxi. Carmel Cacopardi huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022