Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 analiżi illum • IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 Ħarsa lejn in-nies wara l-festa, l-baned li ddisinjaw Vittorju Cassar u Tumas Dingli, Ta' min ifakkar li t-territorju ta' Birkirkara fi żmienu kien kbir tant li llum xejn inqas minn 27 parroċċa (fost is- 70 li għandna f 'Malta) ħarġu direttament jew indirettament mill-arċimatriċi ta' Sant'Elena. It-territorju daqs kwart ta' Malta u d-devozzjoni tal-popolazzjoni li kienet dejjem kbira, qanqluh biex jitlob lill-Papa Urbanu VIII biex titwaqqaf il-Proto-Kolleġġjata Karkariża. Il-Bolla tat-twaqqif fil-5 ta' Diċembru 1630 kienet segwita b'kuntratt ċivili għand in-Nutar Ferdinandu Zarb quddiem l-Inkwiżitur, għax Dun Filippu ried li l-Karkariżi - f 'kull ġenerazzjoni - ikunu benefiċjarji diretti ta' dik il-Fundazzjoni Papali. Bil-ġid li bih iddota l-Kolleġġjata huwa ried li "jibdel il-ġid tal-art li jgħaddi fil-ġid tas- sema għal dejjem". Dun Perin Borg Personaġġ ieħor kien il- kanonku dekan Dun Perin Borg. Kien ukoll skultur u disinjatur u hu stess kien ħadem ħafna sabiex jara l-Knisja l-ġdida tiela' bil-lussu kollu tagħha. Sfortunatament darba minnhom, waqt ħidmietu waqa' għal isfel u kien tilef idu l-leminija. Ma kienx seta' jibqa' jqaddes iżda kien baqa' Dekan fil-kolleġġjata. Fl-1771 kien waqqaf erba' kanonikati oħra bl- istess mod ġuridiku permezz ta' kuntratt ċivili għand in-Nutar PP Gonzi. Il-kelma 'Kolleġġjata' tfisser li l-qassisin ikunu jiffurmaw parti minn kulleġġ ta' kanonċi li, b'regoli apposta jitolbu flimkien u jqassmu bejniethom is-servizz lill-komunità, għall-bżonnijiet spiritwali u għas-sollennità tal-liturġija. Fil-każ tal-Proto- Kolleġġjata Karkariża, l-ewwel dinjità hija l-Prepostu li huwa wkoll l-Arċipriet. Personaġġi oħra li fl-aħħar snin komplew għollew isem Birkirkara fl-Istorja ta' pajjiżna, kienu Sir Anthony Mamo, Prim Imħallef u l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta, Dr Edward Fenech Adami li kien Prim Ministru, President tar- Repubblika u Kap tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll Dr Alfred Sant li kien Prim Ministru u eks Mexxej Laburista. F'Birkirkara nsibu tliet baned - Duke of Connaught's Own, Sant'Elena u Sant'Antnin. L-ewwel tnejn huma marbutin sew mal-festa ta' Sant'Elena u jakkumpanjaw b'mod alternat l-istatwa artistika tagħha. Ta' min jgħid li l-purċissjoni ssir filgħodu għax hija parti mill-quddies Prepositali tal-festa, skont rit antik tal-knejjes ewlenin fil-Knisja Dawn iż-żewġ baned huma magħrufin b'laqam popolari. Meta wieħed jiddefenixxi l-oriġini ta' laqam, forsi mhux dejjem jaqbel jew se jispiċċa bl-istess konklużjoni. Jien se nimxi biss fuq l-informazzjoni li l-Professur Karkariż Charles Briffa ta fil-ktieb tiegħu "Laqmijiet Karkariżi". Huwa ġabar id-diversi laqmijiet li nsibu u ta t-tifsira tagħhom, fosthom taż- żewġ baned ewlenin li jagħtu s-sehem tagħhom matul il-festa; Il-Banda Duke of Connaught's Own - magħrufa bħala "tal-Agħma (jew tal-Għama". marbutin mal-kulur aħmar, u l-Għaqda Mużikali Sant'Elena, magħrufa bħala "tal-Bagri", u li jġibu l-kulur aħdar. Briffa jikteb kif meta Ġuże' Cassar Pullicino (1921-2005) kien tkellem fuq xi aspetti soċjali tal-laqmijiet Maltin, kien fisser kif il-Banda Duke of Connaught's Own ħadet il-laqam "tal-Għama" għax il- fundatur ta' din l-għaqda kien għama. Hemm minn ukoll isostni li l-laqam ġie mill-fatt li xi pijunieri 'għamew' meta d-Duka ta' Connaught offrielhom somma għall-uniformijiet bil-kundizzjoni li jsemmu l-każin għalih. Skont il-Prof Briffa din hija biss xniegħa għax m'hemm l-ebda evidenza għaliha. Il-Banda Sant'Elena għandha l-laqam "tal-Bagri". L-etimoloġija u t-tifsira tal- kelma mhumiex magħrufa sew. Jista' jkun li t-terminu bagri ġej minn bagħri (l-għ imleħħna), u li kellha żewġ tifsiriet; demel u kombustibbli (jaqbad malajr), għax jista' jkun li kien hemm id-drawwa li r-raħħala jċappsu d-demel mal-ħajt u jħalluh jinxef biex imbagħad jintuża bħala fuel. Dan it- terminu mela seta' beda jintuża bħala laqam għal xi ħadd li kellu dan ix-xogħol, u wkoll l-isem tal-Inħawi. Verżjoni oħra hi li l-laqam jista' jkun ġej mill-Ingliż puggaree (tinstema' pag(e)ri) li tfisser xalpa rqiqa tal-musulina marbuta ma' elmu tax-xemx biex tiddendel mal- għonq bħala protezzjoni. Il-bandisti li jużaw speċi ta' zigarella mal-kappell tal- uniformi tagħhom, bdew isejħulhom Tal- Bagri, korruzzjoni tal-kelma puggaree. Il-baned fil-festa Hu x'inhu l-laqam, dawn iż-żewġ baned għandhom għeruq fondi fl-istorja kulturali, ċivika u reliġjuża ta' Birkirkara. It-tnejn huma ferm popolari u għandhom repertorju mużikali mill-aqwa, fosthom iż- żewġ innijiet kbar għall-banda, kor u solisti, li kienu nkitbu apposta għaċ-ċentinarju tal- 1928. Iż-żewġ baned, kif ukoll il-banda aktar ġdida Sant'Antin, jagħtu sehem kbir fil- festa ta' Sant'Elena li, minkejja kull firxa parokkjali f 'dan ir-reġjun, tibqa' l-patruna maħbuba tal-Karkariżi kollha. Il-Festa t-Tajba! Dan hu biss dewqa ta' dak li sawwarna bħala Karkariżi. Hemm ħafna aktar ġawhar fl-istorja tagħna, iżda kelli nillimita ruħi għall-ispazju ġentilment offrut mill-editur. Wara sentejn ta' restrizzjonijiet neċessarji fil-pandemija, din is-sena l-Karkariżi jiċċelebraw bil-kbir il-festa tal-Patruna tagħhom - skont id-drawwa tagħna, festa ta' dekor xieraq imma fost l-aktar popolari. Minn qalbi nawgura festa mill-isbaħ lil kulħadd, għax din hija l-festa ta' kulħadd. Permezz ta' Sant'Elena kompliet tikber il- fidi fina bħala Nsara, fidi li tajjeb li nġeddu ma' kull festa u nagħrfu l-iskop vera tal- festa li tħalli frott fl-imġieba tagħna tul is- sena kollha. Il-festa t-Tajba! Tliet baned f'Birkirkara: Duke of Connaught's (Tal- Għama) Sant' Elena (Tal-Bagri) u Sant'Antnin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022