Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 aħbarijiet Il-COLA mhux għal kulħadd, inqas VAT għal tar- ristoranti u jibdew jitneħħew is-sussidji fuq il- fjuwils - Il-Kamra tal-Kummerċ tipproponi ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi li f 'każi fejn il- ħaddiema li bejn Jannar li għadda u Jannar li ġej - kemm jekk bi ehim kollettiv jew inkella permezz ta' żidiet fil- paga permezz ta' ehim kollettiv li kien sar qabel - raw il-paga tiżdied min iħaddimhom ma jkunx obbligat illi jagħti ż-żieda tal-COLA. Dan qed tipproponih hekk kif esprimiet tħassib li żieda qawwija fil-COLA - kif fil-fatt hija mistennija fil-Baġit li ġej sforz rati rekord ta' inflazzjoni - tista' twassal għal inflazzjoni ikkawżata minn żieda fil-pagi, li tgħid illi l-pajjiż imbagħad isib diffikultà biex joħroġ minnha. Rapporti indikaw COLA li tista' taqbeż is-€6 fil-ġimgħa li fil- fatt tkun l-ogħla żieda mogħtija, hekk kif l-inflazzjoni qabżet is-6% f 'Ġunju - l-ogħla rata mill-2012. Il-COLA, li huwa mekkaniżmu maħdum fuq basket ta' prodotti u li jikkalkula żieda fil-pagi li tikkumpensa għall-għoli tal-ħajja, jinqasam fi tnejn: Parti jħallsu l-Gvern u parti l-impjegatur. Għalhekk il-Kamra tal- Kummerċ qed tisħaq illi dawk li kellhom żidiet minn ehim kollettiv diġà b'xi mod qed ikollhom ilqugħ parzjali għall- għoli tal-ħajja. Fl-istess waqt, fost il-proposti tal-Kamra tal-Kummerċ, hemm dik li titnaqqas il-VAT fuq servizzi minn ristoranti u take away li fil-fatt żiedu l-prezzijiet b'mod qawwi. Ilbieraħ stess rapport tal-Bank Ċentrali wera' kif fl- ewwel kwart tas-sena dawn żiedu l-prezzijiet b'6.7%. Il-Kamra tal- Kummerċ qed tisħaq li ż-żieda fil- prezzijiet flimkien maż-żieda fil- pagi qed twassal biex dawn jitilfu l-kompetittività. Għalhekk qed tipporponi tnaqqis tal-VAT, minn 18% għal 7%. Daqshekk sussidji fuq il-kontijiet ilhinn mill-eko kontribuzzjoni Fil-proposti tagħha għall-Baġit 2023 u li jirrigwardaw l-kontijiet tad-dawl u l-ilma l-Kamra tal- Kummerċ qed tipproponi illi kif qed jiġu ssussidjati l-kontijiet bħalissa huwa probabbli li qed isir "konsum eċċessiv" u għalhekk qed tipproponi li dawk il-units li huma lilhinn mill-eko-kontribuzzjoni ma għandhomx jibqgħu jkunu sussidjati. Dan filwaqt li qed tipproponi inċentivi biex in-nies ibiddlu l-appliances tad-dar għal dawk li huma ħafna iktar effiċjenti, filwaqt li qed tipproponi li l-Gvern iniedi strateġija fit-tul iffukata fuq il-bżonn li jiżdied l-użu tal-enerġija rinovabbli, fosthom b'investiment akbar f 'enerġija solari u tar-riħ. Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi wkoll li l-qasam tal-enerġija jkun liberalizzat sabiex b'hekk ikun hemm il- kompetizzjoni, anke f 'dan is- settur. Kompetizzjoni li jfakkru illi eventwalment twassal għal tnaqqis fil-prezzijiet u titjib fis- servizz. Minflok tal-linja b'xejn... Fuq il-uwil il-Kamra tal- Kummerċ qed tipproponi li gradwalment jitneħħew is- sussidji u minflokhom jiddaħħlu inizzjattivi għal modi alternattivi ta' trasport. Minflok tal-linja b'xejn għal kulħadd il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi 'e-mobility wallet' li jkunu flus illi persuna tuża sabiex tkun tista' tuża mezzi alternattivi ta' trasport. Skema ta' rifużjoni għal xogħlijiet fid-dar... Intant dwar il-qasam tax-xogħol il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi li jingħataw inċentivi ta' taxxa għal dawk il-Maltin li qed jaħdmu barra mill-pajjiż biex jirritornaw, filwaqt li qed jipproponi wkoll l-eliminazzjoni tad-diżinċentiv li mara tidħol fid-dinja tax-xogħol billi jkunu riveduti il-kategoriji tat-taxxa ħalli b'hekk il-ġenituri jgawdu mill-istess benefiċċji. Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi wkoll sistema ta' rifużjonijiet fuq xogħlijiet li jsiru d-dar bħal rinovar , tindif u manutenzjoni, biex b'hekk jonqos ix-xogħol mhux iddikjarat f 'dan is-settur. 'Ħaffu l-proċess tal-Viżas għal ħaddiema minn pajjiżi terzi' Fuq il-ħaddiema barranin il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi 11-il punt fis-sett tagħha ta' proposti għall-Baġit 2023. Fosthom qed tipproponi u tħeġġeġ lill-Gvern biex jindirizza l-kwistjoni ta' dewmien biex joħorġu l-Viżas għal-barranin - kwistjoni li l-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat bi prominenza wkoll it xhur ilu. Il-Kamra tal-Kummerċ tgħid li dan id-dewmien għandu jinqata' billi jkun aċċertat li l-appuntamenti biex toħroġ l-Visa jkunu mogħtija "fi żmien raġonevoli". It-tragwardi għall-appuntamenti u l-ħruġ sussegwenti tal-Visa għandhom ikunu proċessi komuni u b'moniteraġġ. Il-Kamra tal- Kummerċ qed tipproponi wkoll aktar ħaddiema fl-ambaxxati biex ikunu jistgħu jipproċessaw tali Visas li issa ilhom jistennew. Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi wkoll li jinħoloq permess interim ta' xogħol ta' tliet xhur għal dawk il-persuni barranin u li ġejjin minn pajjiżi terzi, ladarba dawn ikollhom ittra ta' invit biex jidħlu pajjiżna. F'dawn it-tliet xhur min iħaddem ikollu l-obbligu li jassigura illi l-impjegat jgħaddi minn proċess ta' screening u jkollu kuntratt tal-kera (jew post fejn jgħix). Ladarba l-ħaddiem minn pajjiż terz jingħata d-dritt tax-xogħol ikun jista' liberament ifittex impjieg mingħajr ebda irbit mal-ewwel impjegatur. Qed tipproponi wkoll li jkun hemm politika trasparenti u ċara li tapplika għal studenti li jiġu jitgħallmu f 'pajjiżna Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi wkoll li jkun introdott permess tax-xogħol ta' tliet snin wara l-ewwel sena li ħaddiem barrani jkun ilu b'suċċess jaħdem pajjiżna, filwaqt li qed tappella lill- Gvern biex inaqqas l-approvazzjoni tar-rilokazzjoni tal-familja minn tmien xhur għal tnejn. U finalment dwar din il- kwistjoni l-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi li l-awtoritajiet jaċċertaw li ma jkunx hemm abbużi. Il-Kamra tal-Kummerċ telenka diversi proposti għall-Baġit filwaqt li tappella lill-Gvern biex iħaffef il-proċess li bih joħorġu l-Viżas għal ħaddiema minn pajjiżi terzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022