Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 oroskopju IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Libra ser ikun dak il-waqt li tibda' tgħaraf aktar mill-viċin int min verament int. Inutli toqgħod toħloq ċertu sitwazzjonijiet sabiex tevita int min int. Issa wasal il- waqt fejn int trid iżżid il-ħeġġa u l-kuraġġ sabiex tgħaraf aktar lilek innifsek u tkun aktar kunfidenti għal dak li hemm riesaq lejk. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Opal Fire. Libra huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Scorpio ser ikun il-mument ta' aktar għarfien profond lejn deċiżjonijiet li hemm bżonn tanalizza sew u finalment tasal lejn id- deċiżjoni tajba għalik. Issa ma tistax taħli aktar żmien, iddeċidi u ħares biss il-quddiem lejn dik l-istabbilita' meħtieġa. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Jade Red. Scorpio huma magħrufin għal independenza tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Sagittarius ser ikun il-mument fejn ser jagħmlek tħossok aktar emozzjonali u sensittiv. Għalkemm ser tħoss dan int trid tgħaraf iżomm bilanċ bejn l-emozjonijiet u s-sentimentaliżmu. Jekk ma żommx dan il-bilanċ tista' toħloq ċertu anzjeta' żejda. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Carnelion. Sagittarius huma magħrufin għal abbilta' organizzata tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din l-aħħar ġimgħa tal- ħames żodjaku ta' Leo għalik Capricorn ser ikun il-mument fejn int ser tgħaraf aħjar kif tikkontrolla aktar il-pressjoni li bħalissa hemm iddur madwarek. Dan trid tgħaraf twettqu sabiex int ikollok aktar trankwillita' u serenita' f 'dak li finalment verament tixtieq. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Agate Purple. Capricorn huma magħrufin għal gwida li kapaċi joffru. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar F'din l-aħħar ġimgħa tal- ħames żodjaku ta' Leo għalik Aquarius ser iġib miegħu bosta tibdil fil-ħajja ta' madwarek sabiex b'hekk int issa trid tgħaraf tadatta aħjar għal dak li hemm riesaq lejk. Minn issa trid tgħaraf tkun aktar iffokat sabiex dawk l-opportunitajiet sbieħ li resqin lejk jagħtuk dik l-istabbilta' mixtieqa. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Bloodstone. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Pisces ser iġib miegħu bosta ċaqlieq lejk l-aktar fejn tidhol l-imħabba. Ser ikollok bosta ħsibijiet li int tixtieq tibda twettaq, bħal aktar ħin u xi safra. Għalhekk għaraf li temmen aktar fik innifsek u li tkun aktar disponibli fl-imħabba u dan jaf ikun biżżejjed. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Hematite. Pisces huma magħrufin għal abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste L-AĦĦAR ĠIMGĦA TAL-ĦAMES ŻODJAKU TA' LEO MILL-ĦADD 14 TA' AWWISSU SAL-20 TA' AWWISSU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Aries ser jagħmlek tgħaraf aktar il-ħsibijiet u idejat li int tixtieq verament twettaq li ovvjament dawn jistgħu jħallu dak l-effett pożittiv fuqek. Għalhekk issa għandek din l-opportunita' fejn int trid tgħaraf taddatta sabiex dan żgur ser iwasslek għal dak is-sodisfazzjon tant meħtieġ. L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Obsidian Blue. Aries huma magħrufin għal attenzjoni li kapaċi joffru. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Taurus ser jagħmlek tgħaraf aktar kif għandek tibda tqassam il-bilanc tiegħek bejn il-karriera u bejn dawk ta' madwarek u b'hekk int tkun qed tgħaraf twettaq it- tqassim b'mod aħjar. Dan ser jagħmlek tgħaraf kemm il-ħajja ser tkun aħjar u kemm ser tkun kapaċi tilħaq il-miri tiegħek. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi s-Sapphire. Taurus huma magħrufin għall l-istabbilta' tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser ikun waqt ta' rifflessjoni profonda bejn it-twettieq u l-ħin ta' relass. Dan hekk kif l-isfidi li ser jibdew jikbru madwarek minnissa int tgħaraf tibda tilqa għal dan. Għalhekk huwa dak il-mument opportun li tista' tħejji aħjar għal pjan ta' skeda li żgur b'hekk tgħaraf tkattar aktar maturita' għal futur stabbli. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi t-Tiger's Eye Red. Gemini huma magħrufin għal flessibilta' tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser ikun il-mument idejali fejn int ser tgħaraf eżattament x'tixtieq. Dan peress li bħalissa dħalt f 'salib it-toroq u trid tgħaraf sew liema triq hi l-idejali għalik. Għalhekk bl-għaqal għaraf liema waħda minn dawn it-toroq tħoss li tagħtik l-aħjar riżultat meħtieġ. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Moonstone. Cancer huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik l-istess Leo ser ikun il-mument ta' kif int ser tanalizza fil-fond lejn dawk is-sitwazzjonijiet ta' madwarek. Ovvjament hawnhekk trid tgħaraf toqgħod attent aktar mis-soltu għax f 'dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu ma jkunux dak li verament huma. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Vivianite. Leo huma magħrufin kemm huma persuni ta' umilta'. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din l-aħħar ġimgħa tal-ħames żodjaku ta' Leo għalik Virgo ser jagħmlek tgħaraf aktar kif għandek tippjana b'mod aktar għaqli. Għalkemm int magħruf li dejjem tkun iffokat dwar it-twettieq ta' pjanijiet, issa għandek titla tarġa oħra u tkun aktar perfezzjonist fl-ippjanar tiegħek. Żgur li b'hekk ser tkompli tevolvi fix-xhur li ġejjin. L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi r-Rose Quartz. Virgo huma magħrufin li jservu ta' għaqda. Namaste IS-SEBA KOMBINAZZJONIJIET GĦAŻ- ŻODJAKU TA' LEO F'dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal il-kompatibilita' li joffri dan iż-żodjaku ta' Leo kemm liż- żewġ żodjaki kkombinati miegħu iġifieri iż-żodjaki ta' Aries kif ukoll dak ta' Sagittarius li flimkien jiffurmaw l-element tan-nar skond il-kombinazzjonijiet li ser ikunu qed iwasslu f 'benefiċċju f 'dawk l-aspetti partikolari. F'dan l-artiklu jien ser inwassal l-aktar tlett pilastri ta' kombinazzjonijiet li joffri ż-żodjaku ta' Leo. It-Tlett pilastri tal-kompatibilita' f ' dan iż-żodjaku ta' Leo huma dawn: L-ewwel pilastru f 'dan iż-żodjaku hu l-kuraġġ. It-tieni pilastru f 'dan iż-żodjaku hu l-għarfien. It-tielet pilastru f 'dan iż-żodjaku hu d-determinazzjoni. B'hekk nibda mill-ewwel kompatibilita' taż-żodjaku ta' Leo dwar il-kuraġġ fejn dan iż- żodjaku jikkombina tajjeb ma' dawn is-seba' żodjaki li huma dawn: Sagittarius: 95% Leo: 80% Capricorn: 75% Aries: 70% Gemini: 65% Aquarius: 55% u Cancer: 50%. L- Għarfien taż-żodjaku ta' Leo ma' l-aktar seba' zodjaki li huma dawn: Leo: 90%, Virgo: 85% ,Sagittarius: 80%, Taurus: 70% ,Aries: 65% ,Gemini: 60% u Scorpio: 50%. L-aħħar pilastru f 'dan iż-żodjaku ta' Leo hu d-determinazzjoni kkombinata ma' dawn is-seba' żodjaki li huma dawn: Sagittarius: 90% ,Aries: 85% ,Leo: 80%, Sagittarius: 75% ,Virgo: 70% ,Gemini: 65% u Capricorn: 60%. Għaraf kun taf aktar dwar iż-żodjaku tiegħek meta taqra l-aħħar ktieb ta' PaulJon, ''The 2022 - 2023 Horoscope fejn f 'dan il-ktieb issib ħafna aktar informazzjoni nteressanti jew kull ma' għandek tagħmel huwa li tibgħat ittra b'ismek u d-data ta' twelid tiegħek fl-indirizz postali: PaulJon, "ILLUM", Po Box 27 Paola, jew tista' tibgħat SMS fuq 79495804 / 99013600 kif ukoll tista' żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022