Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014
23 films IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici IL-WESTERNS KLASSIĊI TAS-SNIN ĦAMSIN (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet 1952, High Noon. Western leġġendarju dwar kriżi ta' kuxjenza. Fil-ġurnata li x-Xeriff Gary Cooper jiżżewweġ u anki jirtira mix-xogħol, isir jaf li tliet viljakki ġejjin mal- ferrovija ta' nofsinhar biex joqtluh. Għalkemm għandu skuża biex jaħrab mill-belt, iħoss r-responsabilità li jibqa' hemm u jaqdi dmiru. Waqt li jdur mal-belt biex ifittex għajnuna, ħadd miċ-ċittadini ma jkun irid jgħinu u jkollu jiffaċċjahom waħdu. Dan ir- rakkont jiżvolġi f 'ħin reali kif jidher mill-ħafna arloġġi li jidhru. Film kommoventi rebbieħ ta' 3 Oscars, għal Gary Cooper, l-editjar u l-kanzunetta verament popolari Do Not Forsake Me Oh My Darling kantata f 'diversi sekwenzi tal- film minn Tex Ritter u li wara saret popolari minn Frankie Laine. Il-kast formidabbli jinkludi lil Thomas Mitchell, Katy Jurado, Grace Kelly, Lloyd Bridges, Lon Chaney u Lee Van Cleef. 1953. The Naked Spur. Wieħed mill-isbaħ Westerns li qatt inħadmu, il-favorit tiegħi mill-Westerns ta' Anthony Mann. James Stewart (jerġa') li xogħlu hu li jaqbad lill-gangsters (bounty hunter), qed jipprova jaħtaf lil Robert Ryan li għandu prezz fuq rasu. Dan iqanqal tensjoni ma' sħab ta' Stewart u jipprova jdawwarhom kontrieh. Il-fotografija bil-kulur qalb il- Muntanji Rockies, speċjalment meta jippruvaw jaqsmu fuq xmara mdendlin ma' ħabel taqtagħlek nifsek bl-eċitament. Jidhru wkoll Janet Leigh, Ralph Meeker u Millard Mitchell (li ħadem bosta drabi ma' dan id- direttur). 1953. Shane. Personalment, l-iżjed Western għal qalbi ta' kull żmien. Bniedem misterjuż ħafif fuq il-pistola li jsostni li jismu Shane (Alan Ladd) jasal f 'razzett u jsib kenn minn familja bdiewa (Van Heflin u Jean Arthur) u jkun adurat mit- tifel tagħhom, Joey (Brandon De Wilde). Meta bidwi potenti u bla skrupli (Emile Meyer) ikun irid joħdilhom arthom, ikun l-istranġier Shane li jiġġieled għalihom. F'parti minn tal- bidu tal karriera tiegħu jaħdem (Walter) Jack Palance, liebes iswed bħala qattiel bla qalb, parti li tbeżża'. Dirett minn George Stevens bit-tema popolari ta' Victor Young, The Call Of The Faraway Hills. Jaħdmu wkoll Edgar Buchanan u Elisha Cook Jr. Western superb tal-prima klassi lil minnu Clint Eastwood ikkopja l-atmofera tiegħu fi 3 films – High Plains Drifter (1973), Pale Rider (1985) u Unforgiven (1992). 1954. Johnny Guitar. Western memorabbli, stramb, iddominat minn żewġ nisa. Konfrontazzjoni splussiva bejn Joan Crawford, sid ta' ħanut/burdell u Mercedes McCambridge, feroċi u furjuża li trid tkeċċiha mill-belt jew toqtolha fuq raġuini ta' suppost moralità. Xogħol affaxxinanti b'simboliżmu rampanti matulu kollu. Jaħdmu wkoll Sterling Hayden, Scott Brady, John Carradine u Ernest Borgnine. Dirett minn Nicholas Ray b'Peggy Lee tassew stupenda tkanta l-kanzunetta tat-titlu. 1955. The Man From Laramie. Jerġa' James Stewart mad-direttur Anthony Mann. =Produzzjoni mimlija azzjoni ta' vendetta, bi Stewart ifittex lil dawk li qatlu lil ħuh. Jaħdmu wkoll Arthur Kennedy, Donald Crisp, Cathy O'Donnell u Alex Nichol (li snin waras deher f 'xi Spaghetti Westerns). 1956. The Searchers. Kapulavur ieħor ta' John Ford bi tfittxija ntensa minn John Wayne u Jeffrey Hunter għal Natalie Wood (tifla misruqa mill-Indjani). Wara diversi snin isibuha u ma tkunx trid tiġi lura. Dan il-film jeċċella fil-kulur, fotografija, xenarju ta' Monument Valley, Utah/Arizona u skript mill-aqwa. Jidhru wkoll Ward Bond, Harry Carey Jr., Lana Wood (oħt Natalie) u Pat Wayne (it-tifel ta' John Wayne). 1957. Gunfight At The OK Corral. Il-battalja vera mdemmija ta' Wyatt Earp u Doc Holliday fit-triqat tal-belt ta' Tombstone, Arizona nhar is-26 ta' Ottubrtu 1881, kontra l-gang ta' Ike Clanton qatt ma ġiet murija b'daqshekk ħeġġa daqs f 'dan il-film, bl-atturi Burt Lancaster, Kirk Douglas, Rhonda Fleming, John Ireland u Lee Van Cleef. Xogħol dirett b'abbilità minn John Sturges. Frankie Laine ikanta l-kanzunetta tat-titlu. 1957. 3.10 To Yuma. Il-vuċi melodjuża ta' Frankie Laine terġa' tinstema' bil-melodija tat-titlu f 'dan il-Western tassew eċitanti, maħdum bla kulur. Wieħed mill-isbaħ tas- snin ħamsin, fejn il-bidwi Van Heflin jaqbad lill-qattiel Glenn Ford u jżommu ġo hotel, li jkun imdawwar bil-gang ta' Ford, sakemm tasal il-ferrovija tat- 3.10 ta' wara nofsinhar. Dirett minn Delmer Daves b'atturi oħra jkunun Felicia Farr u Richard Jaeckal. 1958. The Big Country. Western epiku u grandjuż b'ħin ta' tliet sigħat neqsin kwart u b'kast imponenti, fosthom Gregory Peck, Charlton Heston, Burl Ives (eċċellenti), Jean Simmkons, Carol Baker u Chuck Connors. Gregory Peck, eks-kaptan tal-baħar jiġi biex jiżżewweġ lil Carol Baker u jieħu posizzjoni kontra l-bidwi Burl Ives u t-tfal tiegħu. Burl Ives u l-mużika ta' Jerome Moross li saret klassika rebħu l-Oscar. 1959.Rio Bravo. Is-snin ħamsin spiċċaw b'Western ieħor rinomat u klassiku dirett minn Howard Hawks. Ix-Xeriff John Wayne jipprova jżomm qattiel milli jaħrab mill-ħabs mgħejjun biss minn Dean Martin, sakranazz, xwejjaħ bla snin u jzappap u minn kawboj żagħżugħ (il-kantant Ricky Nelson). Ħut il-maqbud u oħrajn ġejjin għalihom. Taħdem ukoll Angie Dickinson. Dean Martin u Ricky Nelson ikantaw xi kanzunetti. Din l-għażla tiegħi mhijiex xi waħda kanonika għalkemm tinkludi l-aqwa Westerns tas- snin ħamsin skont l-opinjoni ta' diversi kritiċi stasbbiliti. Is- snin tal-bidu tas-sittinijiet ukoll kellhom il-kapulavuri tagħhom li jħabbtuha sewwa ma' dawn il- ġojjelli! TMIEM