Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 kultura illum • IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 Il-monument ta' Malta Rebbieħa fil-festa tal-Bambina ewlenija f 'din il-ġrajja. Jekk ma kienx jistħoqq ġieħ lill-Isla għal din ir-rebħa, mela min kien jistħoqqlu ġieħ? Fi Triq il-Vitorja Kif kien xieraq, sa mill-bidu nett, dan il-monument lil Malta Rebbieħa, beda jintrama fit- triq ewlenija tal-Isla – Triq il- Vitorja, għall-ewwel, kantuniera ma' Triq id-Duluri. Aktar tard, probabbilment meta tkabbru t-turġien u z-zukklatuta tal- kolonna biex jinħoloq spazju aħjar għall-istatwi tat-Torok, il- Malta sabet postha aktar 'il fuq, kantuniera ma' Triq Sant'Anġlu. Fis-snin tal-gwerra (1939- 1942), la saru festi u anqas t-toroq ma ġew imżejna. Iżda fl-1943, meta fl-Isla saret il- purċissjoni storika bil-Bambina u li matulha waslet l-aħbar ta' tmiem il-gwerra għal Malta, fit-toroq tal-Isla sar xi ftit armar. Fost l-oħrajn, l-istatwa ta' Malta Rebbieħa, intramat fil-ġenb ta' Triq il-Vitorja ma' Triq Sant'Anġlu, iżda biss fuq it-turġien, iz-zukklatura u l-pedestall tal-kolonna, flimkien mal-erba' Torok. Wara l-gwerra, u sal-1957, il-Malta ntramat fejn tintrama llum, fil-wesgħa ta' Triq il- Vitorja, hekk kif tibda n-niżla, liema fetħa nħolqot kawża tat- tiġrif ta' bini fl-inħawi fi żmien il-gwerra. Bejn l-1958 u l-1963, il-Malta reġgħet bdiet tittella' fi Triq il-Vitorja kantuniera ma' Triq Sant'Anġlu, sa ma sabet il- post fiss tagħha fl-1964. Dimostrazzjoni a la veneziana Il-baned kellhom sehem importanti fil-ġimgħa tal-festa tal-Bambina. Il-marċ l-aktar popolari kien dak tal-lejla tas- 6 ta' Settembru. Kienet lejla ċelebrattiva, xi drabi anke b'żewġ baned, li fiha kienet issir dimostrazzjoni a la veneziana, bl-istatwa ta' Malta Rebbieħa. Żgħażagħ kienu jġorru fanali tal-karti li jixegħlu bix-xemgħa u bandalori u kartelli b'versi marbuta mar-rebħa tal-assedju mpittra fuqhom. Meta l-istatwa ta' Malta kienet tittella' fuq il-kolonna, l-għaqdiet kollha tal-parroċċa kienu jippreżentaw kuruni tar-rand u kien isir diskors kommemorattiv. Iċ-ċelebrazzjoni kienet tintemm bid-daqq tal-Innu Malti u bid-daqq ta' Innu lil Malta, kompożizzjoni tas-Surmast Gaetano Grech fuq versi tal- Kanonku Francesco Zarb. Mis- 6 ta' Settembru 1960, beda jiġi esegwit Innu lil Senglea, kompost mis-Surmast Francesco Tesoriere fuq versi tal-Kanonku Carmelo Muscat. Dawn iż-żewġ innijiet kienu jitkantaw minn kor ta' tfal Sengleani. Illum, l-istatwa ta' Malta Rebbieħa, tinġarr fuq l-ispallejn fuq bradella mżejna bil-kuruni tar-rand tal-għaqdiet Sengleani, waqt marċ mill-banda ċittadina La Vincitrice. Mal-wasla tal- marċ biswit il-kolonna, l-istatwa tiġi miġbuda u mgħollija għal fuq il-kolonna permezz ta' parank imqabbad ma' ganċ ma' dahar l-istatwa, bil-vent stirat tiegħu jgħaddi minn naħa għall- oħra tat-triq. Trofej b'tema Maltija F'dawn il-jiem Settembrini, l-istatwa imponenti ta' Malta Rebbieħa, żgur li tisraq ix-xena. Il-madwar fejn jintrama dan il- monument jieħu s-sura ta' dak nazzjonali. Jikkumplimentaw l-istatwa ta' Malta, sett ta' tmien trofej nazzjonali. L-Ordni ta' San Ġwann kien forza navali u kellhu ħafna rebħiet. Meta kien jasal lura Malta xi galjott rebbieħ fuq l-għadu, kienu jnizzlu l-art l-oġġetti maqbudin jew, kif dejjem jissejħu, it-trofej. Dawn kienu jkunu bnadar Torok, xwabel, lanez u diversi armi oħra. F'kelma waħda, trofew militari jfisser rebħa u jqajjem miegħu sens ta' nazzjonaliżmu patrijottiku. It-tmien trofej ta' madwar il- Malta kienu magħmula minn antanjola tal-injam b'mannarett fit-tarf ta' fuq u, it 'l isfel minnu, kuruna tar-rand b'salib u palma jaqsmu lil xulxin ġo fiha. Taħt il-kuruna tar-rand kienet titla' bandalora sempliċi, bajda u ħamra, li fin-nofs tagħha, kellha pittura b'simboli marbuta mal-Assedju l-Kbir fejn kienet tispikka s-sena 1565. Il-bandalora kienet tkun dejqa u tispiċċa b'żewġ ponot (stil ta' pennant). Il-lasta li żżomm il- bandalora kellha żewġ labardi, forma ta' lanza, fit-truf tagħha u żewġ ktajjen imdendlin li jispiċċaw b'balal tal-ħadid bil- ponot. (Dawn isiru minflok lazzijiet bil-ġmiemen u jagħtu l-idea ta' trofew militari) Zukklatura sempliċi, irħamata fuq l-iswed, tgħatti l-bażi tal- arblu. 'Il fuq miz-zukklatura kienu jitpoġġew żewġ friegħi tal-palm, maqbuda mal-arblu b'żigarella ħamra. F'għoli ta' tmien piedi mill-art, jitqiegħed skudu tal-metal - tarka bis-salib tat-tmien ponot u elmu bil-pjum abjad u aħmar fuqu. Din it-tarka jkollha ukoll mannaretti, swat, lanzetti u xwabel ħerġin minnha. Sfond għat-tarka, hemm żewġ bnadar bojod u ħomor, b'lanzetta fit-tarf u l-ktajjen bil-balal tal- ħadid. Imbgħad, sporġuti 'l barra, joħorġu żewġ bandalori żgħar tal-Ordni, kompluti bil- lanzetti, mannaretti, ktajjen u balal tal-metal. Dan kien sett ta' tmien trofej nazzjonali oriġinali u uniċi. Oriġinali u uniċi għaliex l-istil tagħħom ma kont tarah imkien. Nazzjonali għall-fatt li kienu magħmula minn drapp bil- kuluri nazzjonali biss, jiġifieri l-abjad u l-aħmar. Dan apparti minn simboli oħra marbuta mal-Assedju l-Kbir. Għaldaqstant, hija sfortuna li, mill-2018, minn dan kollu it baqa'. Hija wkoll stunatura li f 'din l-atmosfera fuq tema nazzjonali, tmien bandalori tal- Lingwi tal-Ordni ta' San Ġwann twaħħdu ma' dawn it-trofej. Ċertament ma jixirqux u jidhru barra minn posthom. Nhar it-8 ta' Settembru filgħodu, il-monument lil Malta Rebbieħa fl-Isla, jingħata wkoll ġieħ mill-Kumitat Festi Nazzjonali permezz ta' tqegħid ta' kuruna tar-rand imżewqa b'ward abjad u aħmar. It-trofew nazzjonali kif oriġinarjament kien jintrama L-istatwa tal-Malta armata fl-1905 fi Triq il-Vitorja kantuniera ma' Triq id-Duluri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022