Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 letteratura IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Fil-qosor Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-istedina ċelebri ta' Peppi Azzopardi waqt Xarabank dejjem kien fiha x'tomgħod, tant li daħlet qisu xejn fi lsien il-poplu. Sikkina taqta' minn żewġ naħat, għax il-konċiżjoni hija tassew talent tal-ftit u tant essenzjali għall-ħinijiet stretti tat-televiżjoni, iżda fl-istess ħin, ir-realtà forsi wriet xort'oħra. Il-qosor bħala skuża biex wieħed ma jidħolx fil-fond, in-nuqqas ta' sabar bl-iżvilupp ta' argument, il- livellament gradwali għal kultura tas-soundbite, iddoqq urġenti u tigdem fil-fond sakemm tħossha tgħidlek biex ma tantx iġġibha bi twila, għax il-ħin ma jistenna 'l ħadd, u hemm ħwejjeġ aktar importanti minn ħsibijietek. Għalhekk... fil-qosor! Illum, madankollu, jien ukoll qed nipprova nisfida lili nnifsi ma ntawwalx daqs is-soltu, għaliex Il-Ħamsin (KKM, 320) huwa tassew iċ-ċelebrazzjoni tal-qosor — ejja nsejħulu l-qosor it-tajjeb — li huwa l-essenza tal-ġeneru tan-novella. Ġeneru prolifiku għall-aħħar, kważi kważi l-ġeneru narrattiv naturali, għaliex ħafna mill-istejjer li nirrakkuntaw lil xulxin tassew jiddependu mill-qosor strateġiku u l-mod kif norganizzaw l-elementi tar-rakkont tagħna f 'tagħqida ideali ta' ħin limitat u effett aħħari li jħalli d-daqqa: miċ-ċajt sar-rakkont dwar il-praspura tal-bieraħ, jew anedottu li jżommok. Ilsienna wkoll donnu fih it-twissijiet lejn il-konċiżjoni u l-ekonomija bħala talenti: insomma, biex ma ntawwalx... hija spiss l-istqarrija dubjuża ta' min se jdum ġej biha u x'aktarx qed jinduna li qed jitlef 'l-udjenza. U għalhekk il- qosor, lil hinn mill-essenza fil- fliexken iż-żgħar (li mhux bilfors għandha daqshekk x'taqsam, wara kollox) isir kwalità u talent. Il-Ħamsin jiċċelebra, permezz tan-novella, il-ħamsin sena mit- twaqqif tal-Klabb Kotba Maltin, id-dar tal-pubblikazzjoni storika, attiva s'issa, maħluma minn Pawlu Mizzi. Miġbura u introdotta minn Ġorġ Mallia, l-ewwel impjegat tad-dar lil hinn mill-familja Mizzi, kif ukoll b'daħla ta' Joe Mizzi, iben il-fundatur u bħalissa mexxej tad-dar, tiġbor tista' tgħid xi wħud mill-aħjar kittieba Maltin, li lkoll ippubblikaw xi darba jew oħra mal-KKM u li l-isfida għal din l-antoloġija ħelwa hija li b'xi mod kellhom joħolqu storja b'rabta man-numru ħamsin. Lil hinn min-novella, li nerġgħu għaliha daqt, għax illum ġejja għall-qosor, il-pubblikazzjoni hija wkoll xhieda importanti, monument ċkejken, għall-ħidma unika u imprezzabbli ta' Pawlu t: +356 2292 6148 e: arpa.mafa@gov.mt w: www.arpa.gov.mt Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Triq Ħal Luqa, Qormi QRM9075 – Malta Sejħa għal Espressjoni ta' Interess għall-Iskema tal-Vawċers għall-Fertilizzant L-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA) qiegħda toħrog sejħa għal espressjoni ta' interess (EOI) għall- parteċipazzjoni ta' stabillimenti li jbiegħu fertilizzanti lis-settur agrikolu lokali fl-Iskema tal-Vawċers għall-Fertilizzant li ser tkun qiegħda tigi ffinanzjata minn Fondi Nazzjonali. Is-settur agrikolu sab ruħu f'diffikultajiet serji f'dawn l-aħħar xhur minħabba l-pandemija tal- COVID-19 u ż-żieda fil-prezz tat-trasportazzjoni. Apparti minn hekk, l-invażjoni tar-Russja fl- Ukrajna ħolqot iktar diffikultà fis-suq li impatta ħafna l-ispiża tal-produzzjoni għall-bdiewa, minħabba li kemm ir-Russja kif ukoll l-Ukraina huma l-fornituri prinċipali tal-fertilizzant. Minħabba dan il-kunflitt, il-provvista tal-prodott tinsab baxxa ħafna filwaqt li d-domanda żdiedet. Dan jirriżulta f'żieda ħarxa fil-prezzijiet tal-fertilizzant. Sabiex tittaffa ż-żieda fil-prezzijiet, il-Gvern Malti, permezz tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali, ser jkun qiegħed iniedi Skema li tagħti għajnuna lill-bdiewa permezz ta' sistema ta' vawċers biex tissussidja n-nefqa fuq il-fertilizzanti u jitnaqqas il-piż finanzjarju fuq is-settur agrikolu. Stabbilimenti li jissuplixxu l-fertilizzanti huma mistiedna li jissottomettu espressjoni ta' interess sabiex jikkonfermaw li jaċċettaw vawċers sabiex bdiewa taħt l-iskema ikunu jistgħu jixtru l- fertilizzanti mingħandhom. Permezz ta'din l-espressjoni ta' interess, l-istabbilimenti jkunu qiegħdin jikkonfermaw li huma: • Lesti li jaċċettaw vawċers li jiġu preżentati mill-bdiewa fl-2022; • Lesti li jużaw software applications skond kif indikat mill-Aġenzija biex ikunu vverifikati il- vawċers preżentati mill-bdiewa; u • Ser iwasslu l-vawċers flimkien ma' dokumentazzjoni tal-pagamenti fiskali lill-Aġenzija fiż- żmien stipulat. Il-parteċipazzjoni fl-iskema huwa fuq bażi volontarja. Jekk jogħġbok issottometti l-interess tiegħek billi tibgħat imejl fuq arpa.mafa@gov.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 16 ta' Settembru 2022. Għal mistoqsijiet tista' tikkuntattja l-Aġenzija permezz ta' imejl fuq arpa.mafa@gov.mt jew billi ċċempel fuq 2292 6148.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022