Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014
Mizzi, eroj ta' żminijietna li ħolom, anki kontra kull twissija 'sensata' għall-prudenza, li joħroġ ktieb Malti fix-xahar bħala l-ewwel esperjenza tiegħu fi-deżert tal-pubblikazzjoni Maltija. Mill-pubblikazzjoni ta' Il- Gaġġa ta' Frans Sammut, in-numru 1 għal dak li beda essenzjalment bħala klabb tal-qari, id-dar żviluppat f 'ditta storika u impriża familjari li ddettat b'awtorità, iżda dejjem b'umiltà, ix- xorti tal-ktieb Malti. L-24 novella ta' Il-Ħamsin huma ritratt preċiż tal-qagħda tan-novella u tal-kreattività narrattiva Maltija bħalissa. Ritratt li, lil hinn mill- kunsiderazzjonijiet akkademiċi individwali li fl-aħħar mill-aħħar ma jinteressawx 'il wisq nies, huwa wieħed sabiħ, interessanti u varjat. Ċertifikat ta' saħħa għall- kitba Maltija u għal ġeneru mill- aktar produttiv, sew storikament — spiss anki bħala pjattaforma għal ktieb debuttant biex jagħti l-ewwel sprints qabel it-tellieqa t-twila — kif ukoll attwalment. Anki l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, minkejja l-importanza dejjem mogħtija lir- rumanz bħala kategorija prestiġjuża, konsistentement juri produzzjoni interessanti ta' ġabriet ta' rakkonti qosra minn varjetà interessanti ta' awturi, sew ġodda sew stabbiliti. Il-Ħamsin, għalhekk, ġa għandu l-valur ewlieni bħala dokument ieħor ewlieni, fost diversi antoloġiji oħra, li jimmarka mument ieħor mill-istorja tan-novella, ir-ritratt li semmejna fuq. Fl-istess ħin, il- qawsalla ta' awturi mistiedna biex jikkontribwixxu għal dan ix-xogħol hija interessanti għall-aħħar, b'bilanċ sew bejn l-etajiet u l-karrieri, kif ukoll fl-istili u l-attitudnijiet. Mill- aħħar tal-ġenerazzjoni 'modernista' , bħal fil-każ ta' Charles Casha u Trevor Żahra, sal-ismijiet il-kbar tal- lum bħal Immanuel Mifsud u Alex Vella Gera, u bejniethom xogħlijiet dejjem ta' min jirrimarkahom ta' kittieba bħal Jean Paul Borg u Steve Borg, fost bosta oħrajn. Odjużi l-paraguni, inġust it-tqabbil, u speċjalment għal pubblikazzjoni bħal din, li hija pjaċir għall-qari għal diversi kategoriji ta' qarrejja: mhux biss għall-kritiku u l-istoriku tal- letteratura, imma għall-qarrej tipiku li, jien u naqra dawn il-ktibiet 'bħala xogħol', kważi ngħir għal kull qarrej ieħor li jintefa' fuq pultruna jqalleb f 'dan il-ktieb, jiskopri storja wara l-oħra. Għalhekk niddejjaq daqsxejn insemmi l-ismijiet individwali, għaliex kull rakkont huwa esperjenza fih innifsu, u anki fil-mumenti fejn il- kitba forsi mhijiex waħda innovattiva jew speċjali, joħroġ dejjem il-pjaċir tar-rakkont, daqslikieku msakkra fl-intimità mal-kittieba jpespsulek f 'widnejk storja għalik biss. Ta' min ngħidu, għal darb'oħra fil-qosor, li r-ritratt tal-kitba qasira Maltija, juri b'xi mod persistenza tar-rakkont tradizzjonali, miktub dejjem tajjeb u sodisfaċenti, iżda li b'xi mod jibqa' limitat sew għal ftit temi kif ukoll bla ebda interess f 'mod differenti kif wieħed jesplora r-realtà. Donnha inkonxjament ukoll l-attitudni li jagħraf Ġorġ Mallia li fid-daħla jitkellem dwar ir-rakkonti u l-kittieba skont it-temi, tant li spiss in-novella bħala ġeneru titqies skont il-kejl żbaljat tal-'messaġġ' jew tat- 'tema', lil hinn mill-istrateġija tar- rakkont u kif jirnexxielha tgħawweġ ir-realtà. Għal din ir-raġuni, baqgħu impressjonati f 'moħħi x-xogħlijiet ta' Mifsud u Vella Gera, apparti oħrajn ta' kittieba żgħażagħ kontemporanji, għall-mod oriġinali kif affrontaw it- tema u għad-direzzjonijiet il-ġodda li juru għar-rakkont Malti. Għandhom mnejn baqgħu f 'moħħi wkoll għax forsi ftit wisq fil-konfront tal-istorja ħelwa u mansa li, minkejja li tajba, tissogra tirrelega l-ġeneru għat- timbru li tant jiġġieled biex jinqala' minnu, dak tal-'mogħdija taż-żmien'. Iżda, għal darb' oħra, Il-Ħamsin mument importanti u ta' min jinqara: il-pjaċir tal-iskoperta ta' storja wara l-oħra, it-tisdiq tar-rakkuntar tradizzjonali xieraq għal żmienna, id-direzzjonijiet interessanti għal dak li jista' jkun il-futur qarib, f 'qasir żmien, tal-ġeneru l-qasir. 15 letteratura illum • IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 Mark Vella jgħaddi siegħa jqalleb f'Il-Ħamsin, antoloġija ta' novelli minn 24 kittieb u kittieba jiċċelebraw il-patrimonju kulturali ta' ħamsin sena tal-Klabb Kotba Maltin