Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014
03 illum • IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 aħbarijiet YENDRICK CIOFFI Il-proġett li kellu jagħti dehra għall-kollox differenti lill-pitch tal-waterpolo tal-Belt Valletta, ilu għal diversi xhur wieqaf hekk kif l-investitur waqa' lura fil-ħlasijiet, tant li l-kuntrattur ma kellux għażla oħra ħlief li jissospendi x-xogħol. Dan wassal biex l-inħawi ta' Marsamxett jitħallew f 'ħerba sħiħa għad- dettriment tar-residenti li jinżlu għar-rikreazzjoni fiż-żona u anke għas-sidien tar-ristoranti fiż-żona. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet kemm mal-investitur, Dominic Micallef, mal-kuntrattur imqabbad minnu, G&B Borg LTD ,u anke ma' sorsi mill-kumitat tal- klabb tal-waterpolo tal-Belt Valletta. Kelliem għall-kumpanija G&B Borg insista li x-xogħlijiet kellhom jieqfu hekk kif Micallef għandu mijiet ta' eluf ta' ewro fi ħlasijiet lura u għalhekk kien impossibbli li l-kuntrattur jibqa' jaħdem mingħajr ma jitħallas. Hu mium li dan il- ħlas b'lura jammonta għal viċin il- miljun ewro. Min-naħa tiegħu, Micallef, filwaqt li rrikonoxxa li għandu d-dejn mal-kuntrattur, insista li kien hemm kwistjonijiet oħra u assigura li x-xogħlijiet se jkunu qed ikomplu "fix-xhur li ġejjin." Kien ilu jinħass il-bżonn li l-pitch tal-waterpolo tal-Belt jingħata dehra ġdida u x-xogħlijiet bdew minnufih it wara li SportMalta għaddiet il-faċilità lill-klabb tal- waterpolo Valletta United, b'ċens għal 49 sena. Il-Kumitat fil-fatt kien ħaseb li jikkomerċjalizza din il-faċilità kemm biex estetikament tkun isbaħ u anke biex isservi bħala sors ta' dħul għall-istess klabb. Kien għalhekk li fittxet investituri privati li kienu lesti jidħlu għal dan il-proġett. X'jinkludu x-xogħlijiet? Ix-xogħlijiet jinkludu t-twaqqih tal-binjiet antiki ta' madwar il-pitch. B'investimenti ta' miljuni ta' ewro, il-proġett (li suppost tlesta) kellu jbiddel il-faċilità f 'lido. Fost oħrajn, il-proġett jinkludi xogħol estensiv fuq il-pitch innifsu, anke għax il-pitch eżistenti ġie mirdum biex tkun tista' ssir pixxina aktar moderna, bl-ilma ħelu u faċilitajiet varji u aħjar bħal ristorant. Il-bini mill-ġdid ta' din il-pixxina u l-faċilitajiet mhux se joħorġu mill- konfini tal-iżvilupp li kien hemm qabel bdew ix-xogħlijiet. Dan apparti faċiltajiet għat-taħriġ għat- tim tal-waterpolo. 'Ħadna paċenzja kemm flaħna ... nixtiequ nlestuh' "Ix-xogħlijiet bdew lejn l-aħħar tas-sena 2020 u l-bidu tal-2021 u kienu mexjin b'ritmu tajjeb u skont il-pjanijiet, anke jekk huwa proġett ambizzjuż u fih l-isfidi tiegħu," saħaq kelliem għall-kumpanija G&B Borg. "Aħna mxejna mal-pjan u l-aktar parti diffiċli tal-proġett, jiġifieri l-ilqugħ biex jilqgħu l-ilma baħar meta jkun il-maltemp, tlestew." Madankollu, kompla jispjega l-kelliem tal-kumpanija, l-investitur waqa' lura fil-ħlasijiet. "Akkomodajna kemm nistgħu lill-klijent tagħna. Ħadna paċenzja għax aħna wkoll irridu dan il- proġett lest għax għalina kien proġett importanti. Imma issa ilna xhur weqfin," kompla jisħaq. Mistoqsi kemm għandu dejn l-investitur mal-kuntrattur, il- kelliem insista li hemm għexieren ta' mijiet ta' ewro fi ħlasijiet b'lura u ma kinux se jissospendu x-xogħlijiet kieku kien hemm dejn ta' it eluf. "Aħna irridu naraw dan il-proġett lest. Għalina dan huwa proġett prestiġġjuż. Iddiskutejna wkoll mal- klabb anke jekk hu mhux il-klijent tagħna. Tlabnihom jintervjenu," insista l-Kelliem. Mistoqsi jekk hux jitkellmu mal-investitur, il-kelliem insista li żammew kommunikazzjoni kontinwa u pprovaw isibu kompromess diversi drabi. "Issospendejna x-xogħol b'għafsa ta' qalb. Suppost lestjenih u kellna tim sħiħ iddedikat fuq dan il- proġett biss. Aħna rridu relazzjoni tajba anke mal-komunità Beltija. Imma ma stajnix inkomplu hekk. Kumpanija oħra ma kinitx se tieħu l-paċenzja li ħadna aħna." Il-kelliem temm jisħaq li mhux jeskludu li jieħdu passi legali jekk l-investitur jibqa' ma jħallasx. Jekk bħalissa wieħed jinżel fl- inħawi ta' Marsamxett se jsib ħerba sħiħa. It-triq kellha tidjiq u hemm krejn enormi li jidher min-naħa ta' fuq tal-Belt u anke minn Tas-Sliema. Wieħed faċilment jista' jidħol ukoll fil-pitch minkejja l-periklu li hemm. Il-kuntrattur jikkonferma d-dejn imma jisħaq li 'fondi hemm' Min-naħa tiegħu, l-investitur Dominic Micallef ikkonferma mal- ILLUM li x-xogħlijiet huma wieqfa. Filwaqt li saħaq li "fondi hemm" ikkonferma li għandu d-dejn mal- kuntrattur. Madanakollu qed jiċħad li x-xogħlijiet waqqfu minħabba din il-kwistjoni biss. Qal li meta bdew ix- xogħlijiet, xi tliet xhur wara, instabet "blata ta' żmien il-Kavallieri" u kien hemm bżonn alterazzjoni fil- permess. Qal ukoll li fuq il-ħajt li jidher min-naħa ta' Manoel Island inqalgħu xogħlijiet mhux previsti li swew mal-kwart tal-miljun ewro. "Il-kwistjoni primarja kienet ukoll ammont ta' garanziji min- naħa tal-Gvern li baqgħu ma ġewx anke minħabba burokrazija," qal Micallef filwaqt li ma speċifikax dawn x'inhuma. Insista li x-xogħlijiet waqqfu wara li kien hemm qbil mal-kuntrattur u wiegħed li fix-xhur li ġejjin ix- xogħlijiet se jkunu qed ikomplu. Il-klabb mhux kuntent bis- sitwazzjoni... Intant sors viċin il-kumitat tal- Klabb tal-Waterpolo saħaq mal- ILLUM li l-Kumitat mhu xejn kuntent bis-sitwazzjoni. Insista li dan huwa proġett kompletament privat u huwa f 'idejn l-investitur li jara li dan il-proġett ikun konkluż kif imwiegħed. Saħaq li meta l-klabb ħa f 'idu dawn il-faċilitajiet, minnufih ra kif se jtejjibhom u anke jikkomerċjalizzahom. "Bilfors trid tagħmel hekk biex tiġġenera dħul. Hekk qed jagħmlu l-każini. Kellna nieħdu ħafna flus mill-Gvern u ma ħadna xejn," saħaq l-istess sors. Dwar l-investiment, is-sors qal li qabel Micallef, kienu avviċinaw lill- klabb żewġ investituri privati oħra li iżda qatgħu qalbhom meta għamlu l-istimi tagħhom dwar kemm jiġi jiswa dan il-proġett. "Eventwalment ġie Micallef, assigurana li kapaċi jagħmel dan il-proġett. Ix-xogħlijiet bdew u suppost dan is-sajf kellu jkun miuħ imma jekk tiġi se tara biss ħerba. Waqa' lura fil-ħlasijiet u l-kuntrattur kellu jissospendi," insista. Mistoqsi x'se jkun qed jiġri jekk l-investitur ma jkunx kapaċi jkompli l-proġett, is-sors saħaq li dan ikun ifisser li kiser il-kuntratt. "Laqgħat għaddejjin kontinwament u se naraw li fix-xhur li ġejjin ikun hemm żviluppi." QED INFITTXU BENNEJ LIĊENZJAT ELECTRICIAN LIĊENZJAT TECHNICIAN TAL-AIR CONDITIONERS LIĊENZJAT PERSUNA LI TAGĦMEL TISWIJIET ĠENERALI PLUMBER PERSUNA LI TAĦDEM FIL-GYPSUM PERSUNA LI TQIEGĦED IL-MADUM BAJJAD KAĦĦAL Jekk interessat/a taħdem magħna, ibgħat s-CV tiegħek: info@wsm.com.mt 'Għexieren ta' eluf ta' ewro x'jagħtina; Ma kellnix triq oħra ħlief li nissospendu l-proġett' l-ħerba li hemm bħalissa fl-inħawi ta' Marsamxett