Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014
04 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 • illum 'Iħossuhom ħatja' – Victim Support Malta titkellem mal- ILLUM dwar il-qraba ta' persuni nieqsa ANTHEA CACHIA Fl-aħħar snin ir-relazzjoni bejn l-uman u l-midja soċjali saret paralella ma' relazzjoni intima, ta' koppja. Fuq il-midja soċjali wieħed jaqsam l-aħjar mumenti mal-ħbieb u qraba bħalma tagħmel koppja, isib refuġju f 'xi gruppi fuq Facebook - biex wieħed jiaħ qalbu - bħalma tagħmel koppja u bħal żewġ persuni miżżewġa li ilhom deċenji flimkien, l-uman u l-midja soċjali jqattgħu sigħat sħaħ ma' xulxin. Iżda kull relazzjoni għandha t-tlajja u l-inżul tagħha u l-midja soċjali għalkemm msewwsa b'diversi aspetti pożittivi, ġġib magħha diversi żvantaġġi wkoll. L-aħbar fuq il-midja soċjali timxi b'rata mgħaġġla ferm aktar mill-midja tradizzjonali bħall- gazzetta u r-radju u b'hekk f 'ċertu ċirkostanzi l-aħbar jaf tolqot lil xi ħadd ħafna aktar qabel mistenni. Dan b'mod partikolari fil-każi ta' xi qraba jew ħbieb li qed jistennew xi aħbar li titratta l-ħajja jew mewt, bħal pereżempju meta persuna tkun irraportata nieqsa u l-midja tirraporta - bħalma hi fid-dmir li tagħmel - li nstab xi katavru. Tant hu hekk li d-Direttur tal-Għaqda mhux Governattiva Victim Support Malta (VSM) Karl Grech, saħaq li huwa kruċjali li l-familja tingħata l-aħħar aġġornamenti mill-Pulizija biex il-fatti jkunu korretti, jitnaqqas is-sensazzjonaliżmu u fuq kollox, "jiġi żgurat li l-familja tħossha miżmuma u appoġġjata mill-individwi li jkolhom l-informazzjoni primarja." VSM apparti li tiltaqa' ma' vittmi ta' serq u reati, tiltaqa' wkoll ma' familji li tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom, fost oħrajn. Apparti minn hekk Grech, qabel ma ngħata l-kariga tiegħu bħala direttur, kien counselor. F'każi speċifiċi bħal dawn, il- Pulizija taħdem qatigħ biex il- familja tibqa' aġġornata ma' kull żvilupp, jew nuqqas ta' żviluppi. Fil- fatt f 'intervista mas-Supretendent Johann Fenech huwa assigura lill- ILLUM li f 'dawn l-istanzi, l-familja dejjem tingħata prijorità. 'Ħajjithom tinqaleb ta' taħt fuq… L-ewwel pass hu li jfittxu l-għajnuna' Malli familja ssir taf li xi ħadd għażiż għaliha, li kien nieqes, instab mejjet, il-ħajja tagħha tinqaleb ta' taħt fuq. Tant hu hekk li Galea saħaq li dawn il-persuna jħossuhom staġnati u mhux ċerti kif se jkampaw mal-ħajja. "L-irwol tagħhom fil-familja jew il-grupp ta' sħabhom, ix-xewqa li jitkellmu mal-individwu, il-mod tagħhom kif jirrelataw mal-oħrajn … dawn jinbidlu. Jistgħu jinqalgħu sintomi ta' dipressjoni u niket ikkumplikat," qal Galea. Huwa żied jgħid li allura f 'ċirkostanzi staordinarji bħal dawn, huwa importanti li l-persuna tfittex l-għajnuna mingħand professjonist biex jipprovdi l-aqwa appoġġ f 'sitwazzjoni "daqstant delikata." Apparti minn hekk huwa jirrakkomanda li mal-ħarsien tas-saħħa mentali, tibqa' tingħata prijorità l-ħarsien tas-saħħa fiżika u għaldaqstant jinżammu d-drawwiet tal-ikel, jagħmlu l-eżerċizzju u jerġgħu jiltaqgħu ma' xi ħbieb oħra li jistgħu joffrulhom sostenn morali. 'Il-qraba jibżgħu igawdu l-attivitajiet li kienu jagħmlu mal-persuni issa nieqsa' Ħafna jgħidu li ż-żmien inessi imma għal dawn il-familji jew ħbieb, dan ma jkunx il-każ. Għalihom diffiċli li biex jinsew lil dik il-persuna li filli magħhom u f 'salt le. Fil-fatt Galea saħaq li individwi li għandhom xi maħbub nieqes u li għadu ma nstabx jesperjenzaw tip ta' telfa differenti minn meta jkollhom maħbub li miet. Jgħid li dawn jesperjenzaw tip ta' staġnar f 'ħajjithom għaliex jibqgħu b'ħafna mistoqsijiet fuq l-għibien u fl-istess waqt jibqgħu bit-tama li l-persuna xi darba se tinstab, anke jekk jgħaddu bosta snin. Stqarr mal-ILLUM li l-familji ħafna drabi ma jkollhomx il-fatti biex jiċċaraw jekk il-maħbub tagħhom hux ħaj jew mejjet, jew jekk mejjet fejn jinsabu l-fdalijiet. Din it-tip ta' telfa huwa jikkategorizzaha bħala" telf ambigwu" u li dawk li jgħaddu minnha, normalment jirreżistu l-bidla u jkomplu jittamaw li l-persuna nieqsa se terġa' tirritorna lura d-dar. "Il-qraba ta' persuni li kienu rrapportati nieqsa għandhom it-tendenza li jħossuhom ħatja li għadhom hawn f 'din id-dinja, għalhekk ma jkunux jistgħu jgawdu l-istess attivitajiet li kienu jieħdu gost jagħmlu. Dan għaliex iħossu li mhux xieraq li jgawdu lilhom infushom peress li l-maħbub tagħhom għadu nieqes," żied jgħid Galea. 'Peress li qatt ma jinstab il- katavru, jitħallew fil-limbu u jkunu inċerti x'għandhom jagħmlu' Fuq din in-nota l-ILLUM tistaqsi jekk hux ta' ġid għas- saħħa mentali tal-ħbieb u qraba li jibqgħu bit-tama li xi darba din il-persuna li għebet fix-xejn, terġa' tinstab. Galea stqarr li minħabba li ma tkun instabet l-ebda evidenza u aġġornamenti ma jkunx hemm, dawn "jitħallew fil-limbu, inċerti x'għandhom jagħmlu." Spjega li psikoloġikament ma jistgħux jagħmlu sens tas- sitwazzjoni u jitilfu l-ħiliet tagħhom biex ilaħħqu mal-ħajja, b'mod soċjali. Minkejja dan Karl Grech temm jgħid li hemm letteratura li tissuġġerixxi li wieħed għandu jitgħallem kif jiakar lill-persuna li ġiet nieqsa. Fi kliemu dan jgħinhom jindirizzaw aħjar l-inċertezzi u anke l-misteri li jkunu qed iħabbtu wiċċhom magħhom u minkejja ħafna mistoqsijiet, ikunu kapaċi jqumu fuq saqajhom u jibqgħu għaddejjin b'ħajjithom. Id-Direttur ta' Victim Support Malta jitkellem mal-ILLUM dwar id-diffikutajiet, l-isfidi u t-trawma li jgħaddu minnha dawk li jitilfu lil xi ħadd għażiż għalihom wara li jkun irrapportat nieqes. Daqstant ieħor ibatu l-qraba ta' dawk li jibqgħu qatt ma jinstabu għax jibqgħu jgħixu bit-tama li xi darba se jirritornaw. X'għandhom jagħmlu dawn il-qraba? Jistgħu qatt jimxu 'l quddiem? Fl-ewwel seba' xhur tas-sena għebu 401 persuna Fis-sena 2022, preċiżament minn Jannar sa Lulju, kienu 401 persuna li kienu nieqsa, li bejn wieħed u ieħor jammontaw għal 57 persuna kull xahar. Din l-istatistika, mogħtija mill-Pulizija, tirrifletti biss il- persuni nieqsa u mhux dawk irrapportati. Dan hekk kif in- numri ta' rapporti huma ħafna aktar folti għax ikun hemm persuni li jiġu rrapportati nieqsa aktar minn darba hekk kif ikunu nstabu u wara ikunu reġgħu ġew irraportati nieqsa. L-akbar ammont ta' persuni nieqsa fl-aħħar snin kien irreġistrat fl-2021 hekk kif b'kollox kien hemm 600 persuna nieqsa. B'kuntrast għal dan l-2017 kienet is-sena li fiha kien hemm l-inqas persuni nieqsa b'total ta' 356 persuna. Minn dakinhar sal- 2020 in-numri baqgħu jikbru, dan hekk kif fl-2018 kien hemm 408 persuni nieqsa u fl-2019 kien hemm 456. Fl-2020, in-numru naqas bi it għal 454 persuna. Statistika rikorrenti: Aktar irġiel milli nisa nieqsa Intant ġie nnotat ukoll li fl- aħħar sitt snin, kien hemm aktar irġiel nieqsa milli nisa. Fil-fatt fl- aħħar snin id-diskrepanza bejn iż-żewġ sessi kibret aktar. Tant hu hekk li din is-sena, sa issa, kienu 310 l-irġiel li kienu nieqsa filwaqt li 91 biss kienu nisa. Dan ifisser li f 'dawn is-seba' xhur 71% tal-persuni nieqsa kienu rġiel. Simili għal dan, fl- 2021 kien hemm 478 raġel li kien nieqes u 122 mara li kienet nieqsa. Dan filwaqt li fl-2020 kien hemm 328 raġel nieqes u 126 mara. L-iżgħar diskrepanza kienet fl-2018 b'total ta' 244 raġel li kien nieqes u 164 mara li kienet nieqsa, jiġifieri differenza ta' 80 persuna biss. Fl-2022 kważi 60 persuna nieqsa kull xahar; 71% minnhom irġiel