Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 'Kollha għandna responsabbilità; Ġest żgħir jista' jbiddel il-ħajja ta' xi ħadd li jħossu waħdu' Is-solitudni, pjaga li tista' taffettwa l-kulħadd. Imma għaliex aktar nies qed iħossuhom waħedhom? Min jaħti? X'inhuma s-soluzzjonijiet? L-ILLUM titkellem mal-psikoterapista Mariella Dimech YENDRICK CIOFFI "Minflok inwaħħlu fis-soċjetà, ikun aktar għaqli kieku naraw x'nistgħu nagħmlu aħna biex nagħmlu l-ħajja ta' dawk ta' madwarna aħjar." Hekk saħqet il- Psikoterapista Mariella Dimech f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM dwar is-solitudni li dwarha fl-aħħar snin żdiedet id- diskussjoni (ara paġna 6). Ma' Dimech, l-ILLUM tkellmet dwar din ir-realtà, l-impatti tas- solitudni, ir-raġunijiet għaliex jista' jkun li qed jiżdiedu dawk li jħossuhom waħedhom u fuq kollox x'jistgħu jkunu s-soluzzjonijiet. "Hemm differenza bejn persuni li jagħżlu huma li jqattgħu ħin waħedhom u dawk li dan il-ħin huwa impost fuqhom. Il-mument li persuna tispiċċa waħedha mhux għax trid hi, ifisser il-bidu ta' problema. Meta persuna jiġrilha hekk, tibda tħossha mwarrba, mhux milqugħa, mhux maħbuba u mhux relevanti. Persuni li jkunu sfurzati jkunu waħedhom jitilfu dak is-sentiment importanti fil-ħajja fejn persuna tagħraf li għandha xi ħaġa x'toffri," bdiet tispjega l-Psikoterapista. Għal kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna, Dimech insistiet li din mhijiex xi realtà li tolqot biss lill-anzjani, imma tista' tolqot lil kulħadd, f 'kull età u f 'kull stat tal-ħajja. "Meta tixjieħ ikollok aktar restrizzjonijiet, imma ma jfissirx li huma l-anzjani biss li jħossuhom waħedhom," kompliet Dimech. 'Min ma jaqax fin-norma li ħolqot is-soċjetà jispiċċa waħdu' Tkellimna dwar il-fatturi li jistgħu jkunu qed iwasslu biex jikber is-sens ta' solitudni fost il- Maltin, bil-psikoterapista tisħaq li hemm diversi raġunijiet u jkun żbaljat minn jinjora għal kollox l-impatt li l-pandemija seta' kellha. Fi kliemha, il-pandemija kompliet toħroġ aktar fil-beraħ il- problema tas-solutidni. Bdiet tħares lejn dan il- fenomenu mill-aspett soċjali, jiġifieri dawk il-messaġġi li s-soċjetà qed tibgħat kemm fis- sistema edukattiva, fid-djar u anke fil-ħajja soċjali. "Kontinwament qed noħolqu l-kompetizzjoni, anke fl-iskejjel. Min hu l-aktar bravu, l-aktar intelliġenti, l-aktar bniedem cool, l-aktar popolari, l-aqwa fl-isports. Min huma dawk li għandhom 'il-ħbieb' u min huma dawk li jqattgħu l-brejk waħedhom? It- tfal li jqattgħu l-brejk waħedhom huma dawk li ma jaqgħux taħt 'in-norma' li ħolqot is-soċjetà," kompliet Dimech. Agħar minn hekk, kompliet Dimech, huwa l-fatt li l-ġenituri jappoġġjaw dan, anke għax huma stess jesperjenzaw u ma jridux li jkunu mwarrba. 'Fil-kurrikulum tal-iskejjel irridu ninkludu tagħlim fuq dan is-suġġett' Hawn semmiet l-irwol li qed tilgħab il-midja soċjali u l-importanza li bosta jagħtuha. Kulħadd irid jidher tajjeb u jrid ikun bħal dawk li fuq il- midja soċjali jitfgħu r-ritratti dejjem jidħku u jiddevertu daqslikieku qed jgħixu l-ħajja ideali u perfetta, anke fil-familja tagħhom jew mal-ħbieb. "Il-ġenituri ma jridux li uliedhom iħossuhom kif forsi jħossuhom huma meta jaħsbu li huma mwarrba u differenti. Għalhekk mhux jedukaw lil uliedhom biex ikunu konxji u jassiguraw li ħadd minn sħabhom ma jkun imwarrab. L-importanti li huma jkunu aċċettati," kompliet. Kien hawn li staqsiet x'qiegħed isir dwar dan. Fi kliemha, ir- riċerka issa ma għandhiex tibqa' tkun fuq kemm hawn nies iħossuhom waħedhom, imma r-riżorsi għandhom jintużaw biex ikun hawn edukazzjoni dwar dan is-suġġett. "Fil-kurrikulum tal-iskejjel, apparti s-suġġetti tradizzjonali, għandna nibdew nedukaw lill- uliedna anke fuq dan is-suġġett." kompliet waqt. 'Ma nistgħux inwaħħlu biss fis-soċjetà ... irid ikollna kontroll ta' ħajjitna' Madanakollu, il-psikoterapista insistiet li wieħed ma jistax iwaħħal biss fis-soċjetà mingħajr ma jiem ir-responsabbilità li kulħadd għandu. "Jeħtieġ nieħdu responsabbilità għas-solitudni tagħna. Irridu n a r a w kif aħna noħolqu s-solitudni ta' xulxin u anke tagħna nfusna. Ma jistax ikun li nwaħħlu fis-soċjetà, fil-familja, fit-trobbija, fil-ħbieb u f 'elf ħaġa oħra għal kull ħaġa li tiġrilna. Irridu nieħdu kontroll ta' ħajjitna. Irridu nieħdu responsabbilità ta' dak li qed jiġrilna. Dak huwa l-ewwel pass. Nista' noħloq bidla." Hawnhekk, kompliet Dimech, jidħol xogħol il-professjonisti, jiġifieri li jgħinu lill-individwu biex jiem kif jista' jieħu kontroll ta' ħajtu u joħloq il-bidla, anke jekk din tkun tfisser li persuna tfittex l-għajnuna. 'Qed ngħixu wisq f 'superfiċjalità...' L-ILLUM staqsiet lil Dimech jekk il-ħajja mgħaġġla li s-soċjetà qed tgħix u anke l-fatt li minħabba x-xogħol u l-ispejjeż, persuna qed ikollha inqas ħin għaliha nnifisha, jistgħux ikunu wkoll fatturi li qed iżidu s-solitudni. "Naħseb li l-aktar ħaġa li affettwatna f 'Malta hija l-livell ta' superfiċjalità li qed tgħixu." Fi kliem Dimech, persuna it li xejn saret tirrifletti fuq is-sens tal-ħajja "Għaliex qed ngħixu? X'inhu l-iskop ta' ħajjitna? Biex nirċievu? Biex nagħtu? Biex inkunu popolari? Biex nagħmlu suċċess?" Insistiet dwar l-importanza li persuna tagħti sens lil kull ħaġa li qed tagħmel u li kontinwament iżżomm quddiemha din il- mistoqsija. Fuq kollox, tkellmet dwar l-atteġġjament mal-proxxmu u l-imħabba u l-kura li għandu jkollna għal xulxin. "Ħobb lill-għajrek bħalek innifsek. Dan huwa punt validu mmens. Qed nikkwota r-reliġjon anke jekk jien mhux xi reliġjuża. Xi ħaġa sempliċi li nkitbet ħafna snin ilu. Inkitbet biex nevitaw is- solitudni li eżistiet minn dejjem. Jekk mhux se jkollna sens ta' spiritwalità u sens ta' mħabba bla kundizzjoni lejn l-oħrajn, se noħolqu s-solitudni għalina nfusna għax se nattiraw lejna nies superfiċjali biss li mhux se ssibhom meta jkollok bżonn." Fi kliemha dawn huma l-aspetti li hemm bżonn diskussjoni dwarhom meta nitkellmu fuq is- solitudni anke jekk dawn qatt ma jissemmew u jingħataw il-ġenb. 'Is-servizzi jridu jkunu għaqlija jsibu lil dawn in-nies li huma waħedhom' Apparti minn hekk, kompliet Dimech, is-soċjetà Maltija nbiddlet b'rata mgħaġġla ħafna wkoll u dan ukoll jista' jkun li affettwa l-livell ta' solitudni għax forsi hemm individwi li ma kinux kapaċi jaddattaw għal dawn il- bidliet u meta jiġri hekk, dawn jibdew jinqatgħu għal rashom. Tkellimna dwar is-servizzi offruti, bil-psikoterapista tisħaq li l-problema l-kbira hi li dawk li jbatu mis-solitudni mhux qed jingħataw biżżejjed imbutattura biex ifittxu l-għajnuna. "Is-servizzi jridu jkunu għaqlija biżżejjed biex isibu lil dawn in- nies li waħedhom mhux se jfittxu l-għajnuna," saħqet. 'Ġest żgħir jagħmel differenza...' Dimech saħqet li ħafna drabi ġest żgħir ikun biżżejjed biex ibiddel ġurnata ta' persuna li tħossha waħedha. "Għaliex ma nibdewx aħna? Għaliex ma nkunux aħna li nkunu viċin u jimpurtana minn ħaddieħor? Xi drabi nkunu aħna li noħolqu s-solitudni. Hemm affarijiet li huma fil-kontroll tagħna. Irridu nkunu kapaċi nindunaw meta xi qarib, ħabib jew kollega ma jkunx qed iħossu tajjeb. Immaġina kieku kulħadd, kuljum, jagħmel xi ħaġa żgħira biex jgħin persuna li qed tħossha waħedha. Kemm-il darba morna funeral, bgħattna l-kondoljanzi u daqshekk? Taf min xiex tgħaddi armla jew armel? Taf kemm hi diffiċli? Ġest żgħir jagħmel differenza." Mariella Dimech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022