Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 YENDRICK CIOFFI Nitkellmu ħafna dwar il- bżonn li wara l-ħin tal-iskola, l-istudenti jkollhom biżżejjed ħin għall-l-passatempi jew inkella biex jipprattikaw xi sports. Jekk għal xi wħud dan jista' jkun ħin moħli, għal Fgura United żgur li mhuwiex għax dan il-klabb juża l-futbol mhux biss biex iħarreġ lit-tfal, imma anke biex jgħinhom f 'dak kollu li jkollhom bżonn, mill- homework sal-ħiliet importanti fil-ħajja ta' kulħadd. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Larkin Bonnici, il-President ta' Fgura United dwar l-għexieren ta' inizjattivi li dan il-klabb jorganizza bil-għan li jħarreġ u jgħin lit-tfal membri fin-nursery mhux biss fit-tagħlim tal-futbol. In-nursery tal-Fgura tiġbor fiha xejn inqas minn 300 tifel u tifla li għandhom minn tliet snin sa 17- il sena. Filwaqt li l-futbol jibqa' l-prijorità ta' din in-nursery, il- kumitat ħaseb li juża dan l-isport biex permezz tiegħu jkun jista' jgħallem lit-tfal membri ħiliet differenti u anke jgħinhom fejn ikun hemm bżonn. "Il-prijorità tibqa' l-futbol imma nimu wkoll li mhux it-tfal kollha li għandna se jsiru futbolers professjonali jew inkella jirnexxu fl-isports u għalhekk apparti l-futbol, nemmnu li għandna l-obbligu li nużaw il-ħin li jkunu magħna biex nħarrġuhom ukoll f 'ħiliet soċjali," saħaq Bonnici. "Il- prinċipji tal-futbol huma sbieħ u nipprovaw nużaw il-futbol ukoll biex naslu fejn forsi l-ġenituri ma jistgħux kemm minħabba realtajiet differenti u anke minħabba impenji oħra bħax- xogħol." Mill-homework għall-ikel wara l-iskola Fost l-aktar inizjattivi interessanti, dan il-klabb tan- nursery jingaġġa għalliema biex fix-xahrejn ta' qabel l-eżamijiet tal-benchmark tkun tista' tgħin lit-tfal membri fin-nursery fix-xogħol tal-iskola. L-għalliema tgħin lill-istudenti tar-raba', il-ħames u s-sitt sena tal-primarja. Il-futbol dejjem jibqa' fiċ-ċentru. L-ewwel jiġu għat- training u mbagħad wara, min ikun irid, jibqa' fil-klabb biex jagħmel il-homework. Meta jkun possibbli, jieħdu ħsieb ukoll ilestu l-ikel biex studenti li ma jkollhomx fejn imorru wara l-iskola, ikunu jistgħu jmorru l-klabb, jieklu, jagħmlu l-homework u wara jibqgħu sejrin għat-training. "Aħna rridu lit-tfal ikunu fiċ-ċentru. Il-persuna kollox. Jiddispjaċini nisma' bi klabbs li lanqas ikunu jafu min huma t-tfal tan-nursery tagħhom u lanqas biss jagħrfuhom," kompla Bonnici. 'Korsijiet biċ-ċertifikati biex ikollhom CV sabiħa' Apparti minn hekk, il-klabb għandu ehim mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) biex dawn jipprovdu korsijiet dwar ħiliet importanti li t-tfal żgur se jiġu bżonn fil-ħajja tagħhom. Anke l-President stess ixammar il-kmiem. Fil-fatt, Bonnici jorganizza workshops fuq diversi ħiliet fosthom dawk ta' leadership skills, teambuiling etċ. "Naraw ukoll li għal dawn il-korsijiet li jattendu, it-tfal ikollhom iċ-ċertifikati u aħna nżommu wkoll rekord tagħhom. Irridu li meta jikbru u jiġu biex japplikaw għax-xogħol, ikollhom CV sabiħa u mimlija u aħna nkunu nistgħu ngħinhom fiha," kompla l-President tal-Klabb. " B e ħ s i e b n a wkoll norganizzaw korsijiet dwar kif wieħed jibni CV jew inkella jġib ruħu waqt interview." B'kollaborazzjoni mas-St. John's Ambulance, organizzaw ukoll korsijiet tal-ewwel għajnuna, anke għat-tfal żgħir. "Lit-tfal iż-żgħar għallimnihom dwar in-numru 112 u x'jagħmlu jekk pereżempju jaraw lil xi ħadd mitluf mal-art. Aktar ma jikbru, aktar nagħlmuhom ħiliet," spjega. Nofsiegħa qari wara l-futbol Jinsistu wkoll fuq l-importanza tal-qari, tant li fir-ristorant tal- klabb hemm librerija żgħira fejn persuna tkun tista' tmur tieħu ktieb u tirritornah. "Anke għall-ġenituri. Sakemm qed jistennew ikunu jistgħu jisselfu ktieb u jaqraw. Organizzajna wkoll reading club biex wara t-training, it- tfal jagħmlu nofsiegħa qari ma' għalliema." Interessanti wkoll il-programm 'Get Involved.' Il-President tal- klabb irrikonoxxa li mhux it- tfal kollha jkunu maqtugħa għal futbol imma saħaq ukoll li biex tkun involut fil-futbol mhux bilfors trid tkun plejer. Għalhekk iżommu kuntatt biex min ikun irid, anke wara li ma jibqax fin- nursery ikun jista' jgħin lill- klabb, kemm jekk bħala kowċ, bħala parti mit-tmexxija etċ. 'Irriduhom jimu kemm hu importanti li jkunu hemm għal ħaddieħor' "Nemmnu li nistgħu nużaw ukoll il-football biex nindirizzaw sfidi soċjali. Organizzajna maratona ta' 50 siegħa football u matulha ġbarna €40,000 għal NGOs li jaħdmu fil-qasam soċjali," spjega Bonnici. Fil-fatt, ma' Richmond Foundation jorganizzaw anke 'fun-day' għar-residenti. "Aħna rridu nderru lit- tfal biex ikunu attenti għal bżonnijiet ta' ħaddieħor. Jiena nuża t-terminoloġija tal-futbol u ngħidilhom li jistgħu jkunu 'champions lokali' billi jkunu hemm għal ħaddieħor." 'Mal-isponsors ma narawx biss flus ... naraw x'se joffru lit- tfal' Il-President kompla jgħid li dawn l-għanijiet dejjem ikunu quddiem għajnejhom anke fid- diskussjonijiet mal-isponsors. Fi kliemu, ma jiddiskutux biss kemm se jdaħħlu flus mill- isponsorhips, imma anke x'tista' toffri l-kumpanija partikolari għat-tfal. "Infittxu sponsors leġittimi li għandhom għal qalbhom il- Corporate Social Responsibility. Ma mmorrux għal flus biss. Għandna pereżempju sponsors li joffru internships f 'oqsma differenti." Kien hawn li l-President temm jappella lil dawk il-kumpaniji li jixtiequ jgħinu mhux biss lill- klabb imma fuq kollox lit-tfal membri fin-nursery tagħhom biex jersqu 'l quddiem u jitkellmu magħhom. Mill-ballun, għall-qari, il-homework u l-volontarjat; In-Nursery tal-Fgura United toħroġ minn triqitha biex tħarreġ lit-tfal In-Nursery tal-Fgura United hija verament eżempju u għandha sservi ta' ispirazzjoni għall-każini u klabbs oħra li jaħdmu mat- tfal. Filwaqt li l-futbol jibqa' ċ-ċentru tal-ħidma tagħha, tuża dan l-isport biex twassal diversi ħiliet u għajnuniet oħra lit-tfal tagħha. L-ILLUM titkellem mal- President tal-Fgura United Il-President Larkin Bonnici Uħud mill-inizjattivi organizzati mill-Fgura United għat-tfal tan-Nursery

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022