Illum previous editions

ILLUM 11 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-Video Games fuq il-liżar ċinematografiku (1) Meta l-kompjuters bdew isiru parti essenzjali mill-ħajja tal- bniedem, il-logħbiet vidjo ħadu rankatura kbira, saru iżjed sofistikati, ġibdu l-attenzjoni ta' ħafna nies, speċjalment żgħazagħ b'inklinazzjoni teknoloġika u bdew jinfetħu ċentri msejħin Video Games Parlours b'kull tip ta' dawn il- logħbiet għall-mogħdija taż- żmien, fejn diversi minnhom kien jirnexxilhom javvanzaw sa l-għola livell. L-istorja ta' kif żvolġew dawn il-logħbiet bdiet fis-snin ħamsin u dawk tas-sittin. Ix-xjentisti tal-kompjuters bdew jiddisinjaw logħbiet sempliċi b'andament ta' simulazzjoni (finta) fuq kompjuters ċkejkna. L-ewwel logħba li wieħed seta' jsegwi fuq il-kompjuter kienet Spacewar immanifatturata minn xi studenti mill-MIT (Massachusetts Institute of Technology) fl- 1962 li t-teknoloġija kienet il- passatemp tagħhom. Fis-snin bikrin tas-sittinijiet bdew joħorġu logħbiet vidjo aktar avvanzati u ta' stoffa fejn inbiddlu ċ-ċelluli magħqudin ta' ġewwa (transistors) ma' forma ta' skrataċ (cartridges). Meta fl-Istati Uniti lejn is-snin 1983-1985 kien hemm riċessjoni fis-suq ta' dawn il-logħbiet vidjo, minħabba cassettes ta' kwalità inferjuri, il-Ġappun ħa s-supremazija f 'dan is-suq u fl- 1985 Nintendo Entertainment System għenet sewwa biex dan is-settur jerġa' jqum fuq saqajh. Fil-bidu tas-snin disgħin saru avvanzi teknoloġiċi mill-aqwa l-aktar permezz ta' grafiċi bit- 3D li malajr ġew inkorporati fil- kompjuters personali. Sony Playstation malajr ikkapparraw din l-iskoperta u komplew itejbu l-prodott tagħhom. Nintendo ma baqgħux lura u ffokaw fuq logħbiet innovattivi. Naturalment, is-suċċess u l-ewforja li dawn il-logħbiet nisslu ġibdu l-attenzjoni ta' Hollywood li addattaw ħafna minnhom għal fuq il-liżar il- kbir permezz ta' storja viżiva. Kienu lesti l-ġugaturi ta' dawn il-logħbiet li jħallu l-"console" u l-"joystick" biex minn fuq monitor żgħir jattendu quddiem il-liżar ġgantesk taċ-ċinema. L-ewwel logħba vidjo li ġiet addattata għaċ-ċinema kienet Super Mario Bros, li ħareġ għall- wiri nhar it-28 ta' Marzu 1993. Minn dakinhar sal-preżent in- numru ta' films li nħaddmu minn fuq il-video games hu tassew għoli. Insibu films ta' azzjoni, avventuri, supereroj, animati u kull tip ta' ġeneru, anki dawk Ġappuniżi u Ċiniżi. Xi wħud minnhom marru tajjeb fid-dħul tal-flus iżda diversi oħrajn fallew sewwa. Fost dawk li rnexxew nħaddmu sensiliet li għadhom jintwerew sal-lum. Impossibbli nsemmi l-films kollha ispirati minn dawn il- logħbiet vidjo, imma se niffoka fuq l-aktar popolari u msemmija. Super Mario Bros. (1993). Direttur Rocky Morton bil- ħin ta' 104 minuti. Ħadmu Bob Hopkins, John Leguizamo, Dennis Hopper u Samantha Mathis. Dan l-ewwel attentat ispirat minn serje ta' logħbiet vidjo kien mimli effetti speċjali viżwali iżda nieqes mill-interess bi storja mħawda għall-aħħar. Żewġ aħwa plumbers minn Brooklyn jiffaċċjaw lil King Koopa, viljakk nofsu bniedem u nofsu dinosawru li xewwex biex il-Prinċipessa Daisy tkun maħtufa. Din it-tfajla għandha ġawhra maġika żgħira ta' metjorita. L-appell ta' dan il- film kien bil-wisq inqas minn dak iġġenerat mill-logħba oriġinali. Mortal Kombat (sensiela 1995 – 2021) L-ewwel addattament ċinematografiku sar fl-1995 dirett minn Paul W. S. Anderson. F'kombattiment tal-arti marzjali r-rebbieħ jista' jkollu d-destin tad-dinja f 'idejh. Effetti speċjali elaborati u disinn tas- set impressjonanti ma jgħinux minħabba storja dgħajfa, reċtar tad-dilettanti u karattri komiċi ineffiċjenti. Il-qofol hu ġlieda waħda wara l-oħra. Fl- 1997 ħareġ Mortal Combat: Annihilation u fl-2021 Mortal Combat ukoll mimli ġlidiet vjolenti u brutali. Xejn speċjali. Pokemon: The Movie (2000). Film animat Ġappuniż, propjament it-tieni wieħed f 'din is-serje, iżda l-ewwel wieħed li kellu distribuzzjoni globali. Is-suċċess tiegħu, speċjalment maż-żgħar kien fenominali. Ash Ketchum hemm bżonn li jiġbor it-tliet sferi ta' nar, silġ u sajjetti biex jerġa' jġib il-bilanċ fil- gżejjer Orange. Diġà nħadmu madwar 23 film, l-aħħar wieħed fis-sena 2020. Il-maġġoranza ntwerew fl-Asja biss. Final Fantasy: The Spirit Within. (2021) Aktar msemmi bħala l-ewwel film li għamel użu minn atturi ġġenerati bil- kompjuter, din il-produzzjoni Ġ a p p u n i ż a / A m e r i k a n a addattata minn fuq logħba popolari tal-kompjuter, tkopri avventuri tax-xjenza fittizja b'toni spiritwali. Fis-sena 2065, id-Dottoressa Aki Ross flimkien mal-għalliem tagħha, jkollha tiffaċċja ġeneral għatxan għall-poter dwar l-aħjar mod kif jikkumbattu lill-aljeni ku jinsabu madwarhom. Da kien l-aktar film li sewa flus ispirat minn logħba vidjo. Is-saga: Tomb Raider (2001 – 2018) Lara Croft hija arkeoloġista avventuriera sexy Brittanika li dehret fi tliet films, bil-protagonista tkun Angelina Jolie (darbtejn) u Alicia Vikander (darba). F'Lara Croft: Tomb Raider din l-eroj timxi fuq l-istruzzjonijiet tal- mejjet missierha f 'tentattiv biex tfittex u teqred żewġ relikwi antiki li kapaċi jwaqqfu l-ħin. Fl-2003 intwera s-sequel, Lara Croft Tomb Raider: The Cradle Of Life. Din id-darba hi tistinka u titħabat mal-maħbub tagħha ta' qabel, li mhux ta' min jafdah, biex issib oġġett li jista' joħloq problemi serji qabel ma din il- ħaġa ta' qawwa malinna taqa' f 'idejn xjentist infami. Fl-2018 reġa' nħadem l-ewwel film issa bl-attriċi Akicia Vikander b'manuvri ġodda akrobatiċi għall-din l-avventura virtwali. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 September 2022