Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478807
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' SETTEMBRU 2022 F'Malta qed iseħħu medja ta' żewġ suwiċidji fix-xahar Titjib fl-abbiltajiet konjittivi Tisħiħ fil-kordinazzjoni fiżika "hand-to-eye" Twettiq aħjar ta' diversi xogħolijiet fl-istess ħin Teħid ta' deċiżjonijiet aktar preċiżi u mgħaġġlin Ftit irqad Eżawriment Problemi ta' obeżità Nuqqas ta' motivazzjoni IL-BENEFIĊĊJI TAL-LOGĦOB U L-KONSEGWENZI TAL-EĊĊESSIVITÀ DEJJEM FITTEX L-AĦJAR BILANĊ SUPPORTLINE 1777 "Nieħdu azzjoni biex nibnu t-tama" hi t-tema magħżula mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-Jum Dinji tal-Prevenzjoni tas- Suwiċidju 2022. Dan fakkru l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali li qal illi dan il-jum hu importanti għaliex kull mewt permezz ta' suwiċidju setgħet ġiet evitata. "Permezz ta' żieda fl-għarfien fuq il-livelli kollha, nistgħu inkunu f 'pożizzjoni li nagħrfu dawn is-sitwazzjonijiet u noffru l-għajnuna meħtieġa u b'hekk innaqsu r-riskji ta' suwiċidju. " Intant l-istess Kummissjoni żvelat kif analiżi ta' statistika dwar suwiċidji ta' dawn l-aħħar 11-il sena turi li f 'Malta jseħħu medja ta' żewġ suwiċidji fix- xahar. L-eta' tal-vittmi tvarja bejn l-iżgħar taħt is-sittax-il sena għal persuni akbar minn 95 sena. L-aktar etajiet komuni huma bejn l-40 u l-50 sena. 22% tal-vittmi kienu barranin waqt li 83% kienu rġiel. Kalkolu ta' dawn l-aħħar 7 snin, juri li għal kull persuna li tilfet ħajjitha b'suwiċidju intilfu 20 sena ta' ħidma produttiva (sal-eta' ta' 65 sena). Fi stqarrija l-Uffiċċju tal- Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni bi problemi ta' Saħħa Mentali fakkar li kull persuna tista' tgħaddi minn perjodu diffiċli fejn tikkunsidra s-suwiċidju bħala mezz biex teħles minn ugigħ li jidher kbir wisq. "Il-prevenzjoni tas- suwiċidju hi responsabbilta' ta' kulħadd. Is-suwiċidju mhux biss responsabbilta' tas-servizzi tas-saħħa mentali imma għandu jkun fl-attenzjoni ta' ħafna aktar." Għalhekk l-Uffiċċju saħaq li hemm bżonn impenn tal- entitajiet kollha tal-Gvern u s-soċjeta' kollha inkluż organizzazjonijiet mhux governattivi u s-soċjeta' ċivili, il-mezzi ta' kommunikazzjoni, f 'kull forma u pjattaforma ikun hemm bidla fil-mentalita' dwar il-preġudizzju u l-istigma marbuta mas-suwiċidju. "Li naċċettaw is-suwiċidju bħala realta' tista' tgħin biex nevitaw imwiet. Għandna bżonn nitkellmu dwar is-suwiċidju biex il-komunita' tagħraf aħjar ir-riskji u titgħallem kif tiffaċjhom. Il-persuni jridu jkunu inkoraġġuti biex jitkellmu dwar is-saħħa mentali inkluż dwar ħsibijiet ta' suwiċidju u jfittxu l-għajnuna li għandhom bżonn," sostna l-Uffiċċju tal- Kummissjoni. 'Tibżgħux titkellmu ma' nies li qed jikkunsidraw suwiċidju' "F'soċjeta li jimpurtaha ħadd ma għandu jħossu waħdu jew jitħalla jsofri fis-silenzju," kompliet tgħid l-istqarrija tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, li fakkar illi qraba, ħbieb, kollegi tax- xogħol, għalliema u oħrajn li għandhom relazzjoni mal- persuna u jindunaw li għaddejja minn żmien diffiċli, speċjalment jekk qed jissuspettaw li qed jikkunsdraw is-suwiċidju m'għandhomx jibżgħu jitkellmu mal-persuna fuq dan. "Anzi din tista' tkun opportunita' biex l-individwu jitkellem dwar dak li qed iħoss u jfittex l-għajnuna li għandu bżonn." Il-Kummissjoni fakkret li l-prevenzjoni tas-suwiċidju hi possibbli. "Il-prevenzjoni tas- suwiċidju titlob is-sehem ta' kulħadd biex niffaċċjaw din it-tema importanti u ta' uġigħ. Li nirriflettu u nitkellmu dwar il-Prevenzjoni tas-suwiċidju m'għandux isir biss fl-10 ta' Settembru (fil-Jum Dinji dwar il-Prevenzjoni tas-Suwiċidju) imma għandu jkun hemm diskussjoni għaddejja b'mod kontinwu u pjan ta' azzjoni." L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas- Saħħa Mentali jħeġġeġ lin-nies sabiex jitkellmu dwar is-saħħa mentali inkluż dwar ħsibijiet ta' suwiċidju u jfittxu l-għajnuna li għandhom bżonn