Illum previous editions

ILLUM 18 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 Ir-Reġina Elizabetta II 1926-2022 nibqgħu! Din x'qatt għamlet għal Malta?' tar-Reġina Titjib fl-abbiltajiet konjittivi Tisħiħ fil-kordinazzjoni fiżika "hand-to-eye" Twettiq aħjar ta' diversi xogħolijiet fl-istess ħin Teħid ta' deċiżjonijiet aktar preċiżi u mgħaġġlin Ftit irqad Eżawriment Problemi ta' obeżità Nuqqas ta' motivazzjoni IL-BENEFIĊĊJI TAL-LOGĦOB U L-KONSEGWENZI TAL-EĊĊESSIVITÀ DEJJEM FITTEX L-AĦJAR BILANĊ SUPPORTLINE 1777 'Hemm lista twila ta' Maltin minsija ... lil dawn għandna nagħmlu monument mela lir-Reġina' L-eks xandar u ġurnalist Charles Flores, hu tal- fehma li minkejja li kien hemm min talab li jsir monument għar- Reġina Eliżabetta II, "il-maġġoranza assoluta" ma jaqblux ma' dan. "Tant hu hekk li fin-nofs spiċċa wkoll il-monument tar-Reġina Vittorja," insista Flores. Iżda l-ILLUM tfakkru li jekk isir dan, nistgħu naqbdu u nneħħu l-monument tal-Gran Mastru La Valette u nwaqqgħu l-aqwa binjiet li tawna l-Kavallieri, għax dawn ukoll kienu jaħkmuna. Madanakollu Flores insista li l-argument mhux qed ikun li dan il- monument jitneħħa għal kollox, imma sempliċiment jiċċaqlaq u jitpoġġa f 'post ieħor inqas prominenti u mhux jibqa' fil-qalba tal-Belt Valletta. "Ħadd mhu se jibki jekk isir hekk," insista. Lura għat-talba biex isir monument għar-Reġina Eliżabetta II, Flores qal li r-restawr ta' Villa Guardamangia diġà huwa monument għar-Reġina. "Diġà se nonfqu l-miljuni fuq din il- villa. Hemm ġnien kbir fiha. Min irid statwa tar-Reġina, jagħmilha u jpoġġiha hemm," kompla jinsisti. Fi kliemu, jekk il-pajjiż irid jagħmel tiira tar-Reġina Eliżabetta, ma għandux bżonn jagħmel statwa u monumenti kbar. Fi kliemu, hemm affarijiet oħra x'jistgħu jsiru, bħal xi lapida fil-Palazz tal-President, bid-dati meta din żaret Malta. Kien hawn li saħaq li hemm diversi awturi, artisti u personaġġi Maltin li mietu u baqgħu minsija. "Il-lista ta' dawn il-Maltin ma tispiċċa qatt. L-ewwel infakkru lil Maltin imbagħad lill-barranin. Hemm Maltin li ħadmu għall-ilsien Malti u lil dawn qatt ma għamilnilhom monument." 'Ir-Reġina hija parti importanti mill-istorja tal-pajjiż; Għandna nsemmu ġnien Hastings għaliha?' L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Timothy Alden, attivist dwar il-patrimonju Malti, li jaqbel li Malta għandu jkollha monument li jfakkar lir-Reġina Eliżabetta II. Alden fakkar li r-Reġina kienet Kap tal-Istat u "hija parti importanti mill-istorja tal-pajjiż." Fi kliemu, l-argument huwa kif għandha tkun imfakkra l-istorja ta' Malta u għalhekk hija sempliċiment kwistjoni ta' identità. "Il-fatt li r-Reġina baqgħet meqjusa bħala waħda mill-aktar persuni popolari f 'Malta, anke wara li sirna Repubblika, tista' tidher bħala kontradizzjoni. Imma tajjeb nimu minn fejn bdiet din il-kontradizzjoni," insista Alden. Fakkar kif qabel l-Indipendenza, f 'Malta kien hawn qasma. Min kien favur l-Ingliżi u min ried jinqata' għal kollox minnhom. "Mintoff, pereżempju ried l-Integration mar-Renju Unit. Dak iż-żmien, ma kienx jara l-fatt li r-Reġina tkun il-Kap tal-Istat tagħna bħala xi ħaġa mhux patrijottika u l-manifest tal-Labour kien jgħid li l-fatt li Malta hija parti mir-Renju Unit, hija xi ħaġa kompatibbli mal- identità tagħna." Li nbidel, kompla jisħaq Alden, huwa dak li kien ta' "konvenjenza politika." Insista kif wara l-Indipendenza, Gorg Borg Olivier ried jipproponi referendum biex tinżamm il- monarkija, iżda, fi kliemu, il-Maltin kienu miċħuda minn dan id-dritt. "Dawn iż-żewġ personaġġi huma statisti Maltin u f 'perjodu differenti, it-tnejn li huma raw li l-aqwa ħaġa għal Malta kien li żżomm rabta mar-Renju Unit." Kien hawn li insista li ma hemm l-ebda kontradizzjoni bejn li persuna tkun Maltija imma tapprezza r-rabta mar-Renju Unit inkluż mal-Monarkija. "Illum f 'Malta aħna kburin ħafna bil-legat tal-Kavallieri ta' San Ġwann. Inħarsu lejn żmien l-Ingliżi b'mod differenti, għax dan iż-żmien hu aktar viċin fl-istorja tagħna. Kif bdiet din il-kontradizzjoni? L-antropoloġista Olandiż Jeremy Boissevain jgħid kif il-Maltin, użaw lill-Ingliżi bħala 'scapegoat' għax hekk kien jaqbel politikament. Għalhekk, wara l-Indipendenza, biex stabbilixxejna l-identità nazzjonali, bdejna nħarsu lejn l-Ingliżi b'mod negattiv." Alden insista li jekk wieħed jirrispetta din ir-rabta storika bejn Malta u r-Renju Unit, ikun qed jippromwovi interpretazzjoni aktar miuħa, inklussiva u pożittiva tal- identità nazzjonali "li hija taħlita ta' kulturi differenti u l-influwenzi tagħhom, inkluż dik Ingliża." Iżda l-ILLUM tfakkru li wara kollox aħna konna kolonja. Għaliex minflok inħarsu 'l quddiem, irridu nagħmlu monument lil xi ħadd li jirrappreżenta dan il-passat? X'għamlet ir-Reġina għal Malta biex jistħoqqilha monument? Timothy Alden insista li l-istorja ta' Malta mhijiex xi ħaġa li l-pajjiż għandu jistħi minnha. "Fi żmien l-Ingliżi ġew żviluppati fost l-aqwa affafrijiet, inkluż l-istituzzjonijiet demokratiċi u ċivili tagħna u anke l-infrastruttura." Qal li r-Reġina Eliżabetta II kienet eżempju ċar ta' kif wieħed iservi l-Kostituzzjoni, mhux biss il-liġijiet miktuba, imma anke t-tradizzjoni ta' prinċipji u normi mhux miktuba li jgħaddu minn ġenerazzjoni għall- oħra. "Ir-Reġina għexet il-liġi u mhux sempliċiment imxiet magħha. Hija eżempju ċar ta' lealtà lejn xi ħaġa li hi akbar m i n n h a . Bagħqet taqdi d - d o v e r i t a g ħ h a s a l - a ħ ħ a r . G ħ a l h e k k hija simbolu importanti anke għal Malta, fil-ħidma tagħha favur gvern imparzjali li jaħdem fl-aħjar interess ta' kulħadd u mhux għal raġunijiet partiġġjani." U fejn jaħseb li għandu jsir dan i l - m o n u m e n t ? Alden insista li dan ma għandu jkun impost minn ħadd. Fi kliemu, il- monument għandu jsir għax in-nies ikunu jriduh. "Bħar-Renju Unit, aħna demokrazija u din hija xi ħaġa li għandu jiddeċiedi l-poplu. Kunsill Lokali partikolari, NGO jew komunità tista' tgħin biex ikun identifikat post fejn dan ikun jista' jsir." Staqsa pereżempju jekk ġnien Hastings, li diġà huwa msemmi wara "gvernatur Ingliż maħbub" għandux jissemma għar-Reġina Eliżabetta u l-istatwa tagħha titpoġġa hemm.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 September 2022