Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274
06 Ir-Reġina Elizabetta II 1926-2022 'Jixirqilha monument!' ... 'Mhux hekk nibqgħu! L-ILLUM dwar il-proposta għall-Mafkar tar-Reġina Min irid itellagħha fuq pedistall u min jistaqsi din x'qatt għamlet għal Malta! Min irid isemmi ġnien għaliha u min irid ineħħi anke lir-Reġina Vittorja mill-Belt. X'inhuma l-argumenti favur u kontra dan il-monument għar- Reġina Eliżabetta II? Jekk isir, fejn se nagħmluh u jekk le għaliex? L-ILLUM tistaqsi YENDRICK CIOFFI Malli tħabbret il-mewt tar-Reġina Eliżabetta II, minnufih qamu sentimenti nostalġiċi. Ħafna faħħru lir-Reġina għall-impenn tagħha u oħrajn fakkru kemm kienet tħobb lil Malta. Għalhekk, malajr bdiet iddur petizzjoni (li issa drajna bihom) biex isir monument f 'ġieħha. Ovvjament, mill-ewwel kontroversja! Dawk li ma qablux qed jisħqu li ma jistgħux jimu għaliex qed isir dan l-għaġeb kollu, mhux biss għax ma jaqblux mal-monarkija u ma jimux ir-relevanza tagħha, imma anke għax għalihom ir-Reġina ma għandha x'taqsam xejn ma' Malta u tirrappreżenta biss il-passat kolonjali. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi opinjonisti dwar dan biex tifhem aħjar l-argumenti li qed isiru favur u kontra dan il- monument. Għandu jsir? Jekk isir fejn? Imma għaliex għandna nfakkruha? Għaliex qed inżeffnu wkoll lir-Reġina Vittorja? 'Se nibqgħu daqshekk fidili? X'għamlet għal Malta? Mhux aħjar infakkru Maltin li ntesew?' L-ILLUM tkellmet ma' Charles Xuereb, storjografu li huwa wieħed mill-Maltin li ma jridx il-George Cross fuq il-bandiera Maltija u li kien għalih anke l-monument tar-Reġina Vittorja jitneħħa mill-qalba tal-Belt Valletta, għax fi kliemu dawn jissimbolizzaw biss il-passat kolonjali ta' Malta. Fil-kummenti m a l - I L L U M , Xuereb insista li għandu rispett kbir lejn ir- Reġina Eliżabetta II tant li jirrispetta l-luttu u ċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru fir-Renju Unit. "Bħala mara u kap ta' stat għamlet ħilitha u qdiet id-dmirijiet kollha tagħha anke jekk illum il-monarkija it li xejn għadha tagħmel sens." Fil-fatt, Xuereb saħaq li wara renju ta' 70 sena, l-Ingliżi kellhom opportunità tad-deheb li jaqilbu l-paġna waqt li fakkar li Eliżabetta II kienet l-aħħar Reġina tal-Imperu Ingliż li ratu jisfaxxa. Fakkar kif Karlu III laħaq mingħajr l-ebda proċess demokratiku u l-akbar sehem, inkluż fl-Inkurunazzjoni li għad trid issir, huwa f 'idejn il-Knisja Anglikana. "Jekk iridu Re, almenu l-Parlament għandu jkollu sehem u mhux isir sempliċiment għax huwa iben ir- Reġina li mietet. Jekk iridu lilu, jivvotaw għalih jew inkella jgħidulu li ma jriduhx u jippreferu lill-ibnu. Anke l-fatt li dan huwa l-Kap tal-Knisja Anglikana. Dan se jibqa' hekk? Il-Kap tal-Knisja issa huwa ddivorzjat u fuqu għandu sħaba sewda, biex ma nsemmux lil dik li issa saret ir-Reġina Konsorti." Dwar it-talba biex isir monument, Xuereb qal li kien qed jistenniha. "Għamilna monument lir-Reġina Vittorja li qatt ma ġiet Malta, aħseb u ara x'se ngħidu għar-Reġina Eliżabetta, li għexet Malta u ġiet diversi drabi." Fi kliemu, monument ma hemmx bżonnu, anke għax Malta se tonfoq il- miljuni biex tirrestawra villa "se taqa' biċċiet," fejn kienet tgħix Eliżabetta u li se jkun qed ifakkar ir-rabta mal-Familja Rjali. "Se nonfqu €15-il miljun, fi triq dejqa, biex infakkru Reġina li kienet tikkolonizzana. Mhux aħjar fakkarna Maltin li ntesew? Biex fl-2021 xandarna l-funeral tal-Prinċep Filippu, ħadd ma sab post biex ifakkar lil Manwel Dimech li miet 100 sena qabel, fl-Eġittu, għax ġie eżiljat fi żmien l-Ingliżi. Lanqas fl-Afrika ma jagħmlu dak li jsir f 'Malta u aħna moħħna li l-Ingliżi għamluna nies. Lil min għamlu nies?" Kien hawn li Xuereb ikkritika lil Maltin, għax fi kliemu, jieqfu biss man-nostaliġija u mhumiex kapaċi jibbilanċjaw l-argument. Qal li l-Malti dejjem iħares lejn min qiegħed fuqu, adurah u pprova jsir jixbħu. "Hekk għamlu fi żmien l-Ingliżi. Imma meta Mintoff ried l-Integration, l-Ingliżi ma ridux. Il-kolonizzatur ma xtaqx li nsiru daqsu. Se nibqgħu daqshekk fidili?" Insista li jaqbel mal-ġurnata ta' luttu nazzjonali li ħabbar il-Gvern għal għada, anke għax fakkar li r-Reġina kienet il-Kap tal-Commonwealth. Madanakollu kkritika wkoll il-fatt li Malta qablet li anke l-Kap tal- Commonwealth ikun awtomatikament ir-Re Ingliż. "Hemm bżonn inbiddlu l-mod kif naħsbu! 50 sena oħra, din se tkun persuna oħra fl- istorja għalina. Wara kollox din x'qatt għamlet għal Malta? Għamlet sentejn tgħix ħawn? X'għamlet biex ittejjeb il-ħajja tal-Maltin ta' dak iż-żmien? Tkellmet? Faħħritna ħafna iva, imma x'għamlet għalina?" 'Aħna mhux obbligati lejha! Jekk se nagħmlu monument lill-barranin, nagħmluh lil Gorbachev' Il-Professur Andrew Azzopardi, preżentatur u opinjonista, insista mal-ILLUM illi li kieku r-Reġina kienet il-Kap tal-Istat Malti, kif inhi pereżempju fil-Kanada, jew fl-Awstralja, kien jiem li jsir monument għaliha, imma saħaq li ma jista' qatt jaċċetta li jsir monument għal Reġina ta' pajjiż ieħor. "Ir-Reġina Eliżabetta II irrappreżentat tmexxija ta' imperu li abbuża ħafna mill- pajjiżi li kien jikkolonjalizza. Mhux ngħid li f 'Malta abbużawna, imma li ġejna sfrutatti żgur. Li konna nservuhom żgur." Azzopardi rrikonoxxa li l-Ingliżi f 'Malta ħolqu x-xogħol, anke bit-twaqqif tat-Tarzna, is-servizz ċivili u anke tawna l-lingwa tagħhom li sservina barra minn xtutna, imma qal ukoll li baqgħu f 'Malta sakemm kellhom bżonnha. "Li niddealizzaw mara li kienet tmexxi imperu li għamel ħafna ħsara ma jagħmilx sens." Irrefera għar-restawr ta' Villa Gwardamanġja u insista li dan diġà huwa biżżejjed, anke jekk insista li l-mużew għandu mhux biss ifakkar lir-Reġina u fejn kienet tgħix fi żmien li fih kienet tgħix Malta, imma anke jippreżenta l-istorja tal-kolonjaliżmu, it- tajjeb tiegħu u anke l-prezz li Malta kellha tħallas. "L-istat se jonfoq il-miljuni. Monument jonqosna! €15-il miljun aħjar użajnihom biex nagħmlu korsijiet lill-politiċi li qed jgħidu ċ-ċuċati jew inkella nużawhom għal dawk li jaslu biex jagħmlu l-operazzjoni biex ibiddlu l-ġeneru jew inkella għall-kura ta' kundizzjonijiet oħra." Fi kliemu, Malta ma hi obbligata xejn lejn ir-Reġina Eliżabetta. Fi kliemu, meta kienet Malta ma kinitx "tmur tgħin lill-Orsolini" imma kienet tgħix ħajja komda bis-servjenti jduru magħha. "Jekk se nagħmlu monument lil xi ħadd barrani, għandna nagħmluh lil Gorbachev. Dak ħaqqu monument mela r-Reġina."