Illum previous editions

ILLUM 18 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-kumpless tad-Dolphin Centre wara li kien hemm tibdiliet sostanzjali matul il-proċess tal-ippjanar Din il-ġimgħa, l-Awtorità tal- Ippjanar approvat applikazzjoni ta' żvilupp biex is-sit ta' fejn kien hemm id-Dolphin Centre f 'Ħal Balzan, li ilu snin ma jintużax, jinbidel f 'kumpless residenzjali. Is-sit, li qiegħed fiż-żona tal- iżvilupp, ser ikollu livelli sottostanti kummerċjali u ta' parkeġġ fi Triq Ġużeppi Frendo kantuniera ma' Triq Wied Ħal Balzan u Triq il-Kbira. Wara diskussjonijiet waqt is-seduta tal-Kummissjoni tal- Ippjanar f 'Ġunju 2022, il-perit ippreżenta r-rapporti u pjanti ġodda kollha meħtieġa sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal- Kummissjoni u l-ilmenti ta' min kien qiegħed joġġezzjona għall- iżvilupp. Matul l-aħħar seduta, il- Kummissjoni tal-Ippjanar esprimiet it-tħassib tagħha dwar un/loading zones proposti għall-iżviluppi kummerċjali. Madankollu, din il-kwistjoni ġiet indirizzata hekk kif il- perit issottometta pjanti ġodda li jindikaw service li apposta u kurituri interni tas-servizzi. Barra minn hekk, ġew introdotti erba' un/loading service bays taħt l-art wara talba li saret mill- Kummissjoni tal-Ippjanar. Spazji ta' parkeġġ kummerċjali ddedikati ġew indikati wkoll fuq il-pjanti kif mitlub mill-Kummissjoni tal- Ippjanar. Kwistjoni oħra li tqajmet waqt il-proċess tal-ippjanar kienet il- privatezza, peress li l-gallariji ġodda setgħu jagħtu direttament fuq ġonna ta' proprjetajiet ta' terzi. Madankollu, dan it-tħassib ġie indirizzat ukoll peress li l-ħajt tal- appoġġ ta' wara issa ġie mgħolli għal 4.5m mil-livell tal-bitħa ta' wara, li huwa ogħla milli meħtieġ mill-Policy P8 tad-dokument DC2015, li jkompli jimminimizza l-problemi ta' privatezza. Il-galleriji fuq in-naħa ta' wara tal-appartamenti ser jiġu rtitati lura, mill-ħajt ta' wara tal-vilel, aktarminn dak mitlub mil-liġi sanitarja. Barra minn hekk, ġew introdotti planters fissi fuq in- naħa ta' wara tat-terrazzini biex ikun hemm aktar privatezza. It-tnaqqis fil-massa mibnija tal- iżvilupp kummerċjali approvat ser jibqa' mhux żviluppat, li għandu jwassal għal titjib ta' spazju miuħ quddiem il-ġonna ta' wara ta' terzi. Il-proġett indirizza l-kwistjoni tat-tranżizzjoni tal-għoli tal-bini minn naħa taż-żona tal-vilel. Il- pjanti aġġornati sottomessi mill- perit jirriflettu t-tranżizzjoni gradwali minn żewġ sulari li jmissu maż-Żona ta' Prijorità Residenzjali, skont Policy P6 tad-DC2015, għall-ogħla għoli massimu permissibbli fuq ċirka 15-il metru, fejn Policy P6 tad- DC2015 teħtieġ li kull sular addizzjonali għandu jkun irtitrat b'distanza minima ta' 3 metri. Barra minn hekk, is- Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali tat awtorizzazzjoni biex tiġi rilokata niċċa prominenti ta' Santu Rokku fuq il-faċċata tal- kumpless. Din in-niċċa tinsab imniżżla fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin. Kif mitlub mill-Kummissjoni tal-Ippjanar, il-pjan li jindirizza t-tħassib dwar l-għargħar fil- madwar ġie sottomess mill- applikant. L-għargħar u miżuri ta' mitigazzjoni ser ikunu r-responsabbiltà tal-applikant.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 September 2022