Illum previous editions

ILLUM 18 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 analiżi Bnadi mitluqa, abbandunati IL-ĠUNGLA TAL-ĠEBEL U GRAFFITI FIL-PONTA Malta hi gżira żgħira, u ma tridx tkun bozza tal-għerf biex tinduna li l-ispazju hu wieħed pjuttost limitat. Allura bi sfida bħal din, tiflaħ Malta tkompli tħalli l-artijiet u binjiet abbandunati bħal donnhom monumenti ta' telqa, abandun u apatija? Illum inħarsu lejn il-lukanda tal-Jerma. MARIANNA CALLEJJA Tidħol, issib ma wiċċek kolonni, ħnejjiet u kuluri vibranti, timxi lejn il-kamra tal-pranzu u tibda' tiekol mill-buffett tant li jkollok tiaħ il-buttuna tal-qalziet. Sakemm tieħu kafè, it-tfal joqgħodu jaraw il-magician u x'ħin kulħadd ilesti toħroġ minn hemm imbellaħ bis-servizz. Imwaqqfa 40 sena ilu imma operat biss għal 25 sena, din hi l-istorja tal-lukanda Jerma Palace. Minn villaġġ ċkejken tas- sajjieda għall-ikbar żona turistika fin-nofsinhar ta' Malta Iż-żona magħrufa bħala 'l-Ħamrija', kienet art taflija li fiha ssib il-bdiewa iżda wkoll sajjieda li kienu jinżlu jistadu 'l isfel mis- salini. Qabel il-50ijiet, it-Torri San Tumas kien diġà hemm igawdi veduta liema bħala tal-peniżola ta' Wied il-Għajn. Immaġini taż-żona lura fl-1957 juru t-torri bi kwietu u it li xejn residenzi madwaru. Iżda bejn 1968 u l-1978, bħal donnu kien hemm splużjoni ta' bini u huwa f 'dan iż- żmien li beda' jitpoġġa l-pedament tal-Lukanda Jerma. Dak iż-żmien, il-Prim Ministru Dom Mintoff kien fi ehim mal- Mexxej Libjan Muammar Gaddafi. Il-kurunell Gaddafi, skont il-ġurnal TIME, kien ta lil Mintoff $140 miljun f 'perjodu ta' tliet snin minn wara li telqu l-Ingliżi. Qatt ma kien ġie ċċarat x'ried lura Gaddafi ta' dan "il-ġest nobbli." Ftit snin wara, l-art oriġinarjament tal-Provinċja Franġiskana u Ivan Burridge inbiegħet lil San Tumas Holdings. L-art imbagħad ingħatat lill-Gvern u mozzjoni fil-Parlament Malti waslet għal qbil li l-art tintuża għal għanijiet turistiċi, sabiex "titkattar l-ekonomija fin-nofsinhar ta' Malta." Ħadet f 'idejha l-art, kumpanija tal-istat Libjan bl-isem LAFICO. Il- fergħa lokali ta' LAFICO twaqqfet f 'Malta fl-1981 sabiex "isservi ta' pont għall-investimenti bejn il- Libja u l-bqija tad-dinja." Sena wara ġiet żviluppata u miuħa l-Jerma, u kienet immexxija minn Corinthia Hotels International. Muammar Gaddafi kellu penthouse riservata għalih fil- quċċata tal-binja. Il-lukanda lussuża ta' erba' stilel kienet meqjusa minn bosta bħala l-ġawhra ta' Marsascala minħabba li kienet l-ikbar lukanda fin-nofsinhar tal-pajjiż. B'forma ta' ġwienaħ, mibnija fuq stil Għarbi, il-Jerma kellha ponta tħares lejn it-tramuntana tal- kosta u ponta oħra tħares lejn in- nofsinhar. Tgħaqqad il-ġwienaħ kien hemm binja ta' tliet sulari u ġo fiha kien hemm ir-reception, il-bar u uffiċini fost oħrajn. Binja oħra kellha pixxina ta' ġewwa u gym u taħtha kont issib ġonna, teatru grieg żgħir u pixxina tonda. Il-lukanda kienet tkopri 17,600 metru kwadru ta' art iżda it inqas minn 9,000 metru kwadru minnhom lanqas kien mibni. Madankollu bil-uħ tal-ikbar lukanda fin-nofsinhar ta' Malta, il-kosta imma wkoll il-lokalità ta' Marsaskala bdiet tinbidel sena wara sena. Il-vilaġġ tradizzjonali ċkejken tas-sajjieda beda' jsir iktar turistiku. Tagħlaq wara 25 sena, imma ħadd ma jaf eżatt għaliex... Hemm min jirrakonta kif minkejja d-dehra lussuża tagħha, il-lukanda kienet mibnija b'materjal irħis li maż-żmien beda' jokrob għal manutenzjoni. Minħabba li l-Corinthia ma kellhiex dritt għal-lukanda, ma setgħetx tinvesti u tagħmel il- manutenzjoni li xtaqet u l-Jerma kellha tagħlaq. Hemm min jirrakonta kif il-lukanda ingħatat lil kumpanija għal profitt pjuttost tajjeb iżda l-kumpanija l-ġdida falliet. Dan hu li sabet l-ILLUM. F'Marzu tal-2007, il-kumpanija għalqet "b'mod temporanju." Il-pjan kien illi terġa' tiaha l-kumpanija li xtratha. Jeffrey u Peter Montabello ta' Jefpet Limited għas-somma ta' LM21 Miljun kienu xtraw il-Jerma u pjanaw minflokha appartamenti lussużi, lukanda oħra ta' ħames stilel u yacht marina. Madankollu, dak iż-żmien il- Prim Ministru Lawrence Gonzi insista li fuq is-sit setgħet tiġi żviluppata biss lukanda, minħabba li l-pjan lokali tal-2006 kien identifika s-sit biex jintuża prinċipalment għall-akkomodazzjoni turistika. Sakemm kienu għaddejjin dawn id-diskussjonijiet, il-kumpanija ta' Montebello ffaċċjat sejħa biex tħallas lura self ta' €40 Miljun. Wara deċenju ta' proposti, il-kunsill lokali ta' Marsaskala kiteb lill-Awtorità tal-Ippjanar li "l-Kunsill se jopponi kull applikazzjoni li tinkludi fiha żvilupp ta' appartamenti" Sadanittant ħalliha għall-poplu biex jidħol u jisraq kull ma jsib, minn platti sa' madum, kull ħaġa ta' valur fil-Jerma għosfrot. Kien irraportat li anke l-bricks oriġinali u l-puġamani ttieħdu minn xi nies sakemm il-lukanda spiċċat bħal skeletru ddeterjorat. Fil-bidu tas-sena 2016, il-Jerma bdiet tiġi investigata minħabba li bdew isiru rapporti li qed tintuża bħala punt ta' dħul mill- migranti Sirjani. Il-ġurnal Taljan Corpi d'elite kienu rraportaw li numru ta' Sirjani kienu qed jinżlu b'dgħajjes żgħar u jistkennew fil-Jerma sakemm jiġbruhom familthom. Wieħed mill-każijiet irraportati kienu ta' mara bi tliet t'itfal li ħalset €4,000 u ma' uiedha waslet il-Jerma fejn ġabarha żewġha. Il-ġurnal semma li fil-viċinanzi kienu instabu ħwejjeġ tat-tfal imxarba. Intant, il-Pulizija kienu investigaw dawn l-allegazzjonijiet iżda ma sabu l-ebda evidenza li juri li l-akkużi kienu veritiera. Wara talba mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u anke ħruġ ta' avviż ta' infurzar, fl-20 ta' Awwissu 2016 l-Awtorità tal-Ippjanar ordnat lis- sidien tal-lukanda biex iwaqqgħu l-binja. Dakinhar stess, il-binja ħadet in-nar. Il-binja kienet stmata €20.8 miljun, u kienet se tinbiegħ f 'irkant ġudizzjarju f 'Ottubru 2016. Fl-istess sena, il-kunsillier lokali tal-Partit Nazzjoanlista Charlot Cassar issuġġerixxa li s-sit jinxtara mill-Gvern Malti u jinbidel fi spazju miftuħ għat-tgawdija tal-pubbliku. F'Settembru 2016 is-sidien appellaw kontra ordni ta' infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar. It-Tribunal tar-Reviżjoni tal- Ambjent u l-Ippjanar laqa' l-appell u annulla l-ordni ta' twaqqigħ li kien se jiswa' lis- sidien €1.5 miljun. Is-sid il-ġdid, l-iżviluppatur Charles Camilleri permezz tal- kumpanija tiegħu Porto Notos Ltd (ko-proprjetarja mal-avukat Pierre Lofaro) applika biex titwaqqa' l-lukanda u tinbidel f 'żewġ torrijiet residenzjali b'għoli ta' 44 u 32 sular, u lukanda ta' 22 sular

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 September 2022