Illum previous editions

ILLUM 18 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 • illum aħbarijiet 'Irridu inkjesta indipendenti dwar il-mewt ta' Loujin' - Il-Kunsill Malti għar-Refuġjati ALBERT GAUCI CUNNINGHAM II-Kunsill Malti tar-Refuġjati fi stqarrija qal illi jistenna li ssir inkjesta dwar il-mewt tat-tifla Sirjana ta' erba' snin Loujin, li mietet f 'nofs ta' baħar hekk kif ma waslitx l-għajnuna lid-dgħajsa bl- immigranti li fuqha hija kienet ma' ommha u oħtha. "Informazzjoni pubblika sa issa hija kunfliġġenti, hekk kif verżjoni tgħid li Malta kienet ġiet informata dwar it- talba għall-għajnuna minn din id-dgħajsa nhar it-3 ta' Settembru u ma ngħatat ebda forma ta' għajnuna, filwaqt li verżoni oħra tgħid illi Malta kienet infurmata nhar is-6 ta' Settembru u li kien sar kollox biex jissalvaw il-ħajjiet." Il-Kunsill qal illi hi liema hi l-verżjoni veritiera jibqa' fatt li Loujin ma baqgħetx ħajja u mietet bil-għatx f 'idejn ommha stess. "F'sitwazzjonijiet fejn normalment persuna tmut u tkun taħt ir- responsabilità tal-Istat - bħal ngħidu aħna f 'għassa tal-pulizija jew il- Ħabs - nistennew li l-awtoritajiet jinvestigaw u jikkjarafikaw is- sitwazzjoni," irrimarka l-Kunsill li fakkar ukoll li jekk xi ħadd jirriżulta li kien responsabbli għall-mewt ta' persuna normalment nistennew li jitressqu l-Qorti fejn iwieġbu għal għemilhom. "Aħna nistennew li dawn l-aspettativi normali japplikaw ukoll għall-każ ta' Loujin," kompliet tgħid l-istqarrija li sostniet illi Malta għandha responsabilità legali li tikkoordina salvataġġ fl-ibħra tagħha. "U din ir-responsabilità jeħtieġ li tinġarr mingħajr diskriminazzjoni, ladarba ma huwiex ċar jekk Malta lagħbitx parti attiva jew le fil-mewt tagħha." Għalhekk il-Kunsill talab li tinfetaħ investigazzjoni indipendenti u imparzjali li tinvestiga ċ-ċirkostanzi kollha relatati. "Nistennew li l-Gvern jippubblika l-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta u jressaq quddiem il- Qorti lil kull min, direttament jew indirettament, kien reponsabbli għall-mewt ta' Loujin," temmt tgħid l-istqarrija. L-organizzazzjonijiet li ffirmaw din l-istqarrija huma l-Fondazzjoni Aditus, l-African Media Association (Malta), il-Blue Door English, il-Fondzzjoni Integra, il-Jesuit Refugee Service (Malta), KOPIN, il- Kummissjoni Migranti, il-Migrant Women Association Malta, MOAS, OS Malta, Spark15 u s-Sudanese Community Malta. Intant il-Ġimgħa filgħaxija waqt attività fil-Belt Valletta l-Moviment Graffitti appella lill-Gvern biex ma jkomplix "b'din il-politika inumana u brutali li biha qegħdin isofru l-iktar nies vulnerabbli, politika li tiċħad id-dritt għall-għażil, li jdumu ma jiġu salvati n-nies, li tisforza n-nies li jmorru lura f 'żoni fejn hemm gwerer u kunflitti, lura għal kampijiet ta' detenzjoni fejn jiġu ittorturati, politika li qatlet tifla ta' erba' snin u ħafna oħrajn fuq il- baħar." Il-Kunsill fakkar li f'sitwazzjonijiet fejn persuna titlef ħajjitha meta tkun taħt ir-responsabilità tal-Istat, ikun hemm inkjesta u ssir ġustizzja u jisħaq li hekk għandu jsir f'dan il-każ ukoll

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 September 2022