Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274
23 films IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-Video Games fuq il-liżar ċinematografiku (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet Resident Evil (saga 2002 – 2021). B'Milla Jovovich tassew enerġetika u zvelta, is-sensiela Resident Evil għamlet suċċess tajjeb u s'issa nħadmu 7 films. Il-maġġoranza minnhom huma diretti minn Paul W. S. Anderson li wara sar ir-raġel ta' Jovovich. Resident Evil (2002). Dirett minn Paul W. S. Anderson jitratta grupp ta' commandos b'abilita' teknika li jinfiltraw laboratorju taħt l-art biex jikkumbattu superkompjuter li tgerfex u li ttrasforma lill-ħaddiema gt'hemm taħt f 'forma ta' żombis għatxana għall-laħam uman. It-tema prinċipali tal-film u tal-oħrajn li ġew warajh hi dik imsejħa "survival horror". Resident Evil: Apocalypse (2004). Id-direttur hu Alexander Witt. Aktar jixbaħ lill-ewwel film bit-T Virus tkompli tixxerred, issa l-mejtin/ħajjin ħierġa minn taħt l-art jinfettaw liċ-ċittadini ta' Raccoon City. Alice (Jovovich), erojina furjuża, tmur tfittex lit- tifla ta' xjentist li jrid joħroġ mill- belt qabel jitfgħu bomba nukleari. Resident Evil: Extinction (2007). Direttur Russell Mulcahy. F'dan it-tielet episodju ta' din is- serje tax-xjenza fittizja, nsibu lil Alice issa ġenetikament qawwija tgħin lill-grupp żgħir ta' nies f 'pajsaġġ imħarrbat fejn dawk għatxana għall-laħam uman jinsabu ma' kullimkien. Resident Evil: Aerlife (2010). Dirett minn Paul W. S. Anderson. L-erojina b'saħħitha Alice titlaq mill-Kanada lejn Los Angeles u ssib kenn f 'post ta' bini għoli ma' it oħrajn li rnexxilhom jiskappaw minn din l-apokalissi globali. Iridu jaħarbu fuq vapur mhux il-bogħod iżda l-kannibali qed jersqu lejhom. Resident Evil: Retribution (2012). Jerġa' l-istess direttur, Paul W. S. Anderson. Forsi l-aktar episodju bi storja li ma tiimiex. Grupp ta' suldati kommandos imorru fuq missjoni biex isalvaw lil Alice b'ġirja madwar ħafna postijiet imwarrbin u mġarrfin f 'forma ta' logħba tal-kompjuter. Resident Evil: e Final Chapter (2018). Taħt id-direzzjoni ta' Paul W. S. Anderson, din id- darba Alice tirritorna fejn din l-avventura tal-biża' bdiet, f 'e Hive, f 'Raccoon City, fejn ukoll il-korporazzjoni Umbrella qed tiġbor il-forżi kollha tagħha biex tattakka lil dawk li salvaw minn din il-qerda. Resident Evil: Welcome To Raccoon City (2021). Dirett minn Johanness Roberto. Dan is-seba' episodju mhuwiex wieħed minn din is-serje, iżda jerġa' jmur lura lejn l-oriġini fejn faqqgħet din il- pandemija. Il-karattru ta' Alice (Milla Jovovich) hawn ma jeżistix u minflok tidħol Claire Redfield, parti nterpretata minn Kaya Scodelario. Logħba vidjo oħra li laqtet l-għajnejn tal-produtturi taċ- ċinema kienet Silent Hill (2006). Dan il-film b'atmosfera mistika u f 'ambjent mimli ċpar hu dwar mara li t-tifla tagħha tibda tpinġi mmaġini strambi. Waqt li jtiha ħmar-il-lejl tibda ttenni l-kliem Silent Hill. Hi ssibu fuq il-mappa u tmur hemm fejn tinqabad f 'morsa nviżibbli li ma tkunx tista' toħroġ minn din il-belt surreali. Id-djalogu kien tassew akk li jġib tbissima, kif kien ukoll is-sequel Silent Hill: Revelation tal-2012. Prince Of Persia: e Sands Of Time (2010) kien ibbażat fuq il- logħba vidjo ta' Jordan Mechner, storja tip tal-Iljieli Għarbin dwar prinċep addottiv li jakkużawh bi tradiment, imma d-destin jlaqqgħu ma prinċipessa Persjana. Hi jkollha stallett prezzjuż b'qawwa li jreġġa' lura "r-ramel taż-żmien". Viżżwalment sabiħ, kienn twil wisq, pero' l-azzjoni li fih mhix sodisfaċenti. Minħabba f 'hekk, ma marx tajjeb u ma nħadmux aktar kif suppost kien previst. Warcra: e Beginning (2016). Il-logħbiet vidjo ta' din is-serje huma l-aktar popolari f 'din il-kategorija. Dan il- film kien dirett minn Duncan Jones, it-tifel ta' David Bowie, u l-aktar wieħed f 'dan il-ġeneru li daħħal flus. Ambjentat fuq il-pjaneta Azeroth, fejn jgħixu nani u elfi li jikkumbattu orki (mostri) terribbli, dan ix-xogħol kien addattat minn Blizzard Entertainment, kumpanija li kellha diversi suċċessi. Għal din is-sena, mistenni li joħroġ produzzjoni oħra ċinematografika. Is-sensiela ta' Ubiso, Assassin's Creed hija waħda mill-aktat famużi mad-dinja kollha. L-addattament għaċ-ċinema tal-gwerra bejn it-Templari u l-Assassini kienet xi ħaġa rreżistibbli. Il-film Assassin's Creed tal-2016 kellu bħala protagonista lil Michael Fassbender li kien ukoll wieħed mill-produtturi. Parti żgħira nħadmet hawn Malta bil-qofol tagħha ġirja sfrenata fuq il-bjut tal-Belt u azzjoni oħra f 'Manoel Island u Rinella. Fl-isfera tal-animazzjoni nsibu e Angry Birds Movie (2016) ispirat mill-logħba "puzzle" (ħaġa moħġaġa) fejn fuq gżira fejn jgħixu għasafar li jtiru it fil-baxx, jinvadewha ċorma ħnieżer ħodor. Fl-2019 ħareġ e Angry Birds Movie 2. Sonic e Hedgehoġ (2020) hu film b'atturi reali u oħrajn animati. Dan kien ibbażat minn fuq serje ta' logħbiet vidjo Ġappuniżi ta' Sega. Il-qanfud blu u ta' ħeffa tremenda tassew daħal fil-qalb taċ-ċkejknin. Warajh ħareġ Sonic e Hedgehog 2 (2022) li jkompli fuq l-istess vena ta' l-ewwel wieħed. Żewġ xogħlijiet tassew divertenti anki għall-kbar li marru tajjeb fil-box office. Meta wieħed iġib quddiem għajnejh it-traġitt kollu ta' dawn il-films ibbażati fuq logħbiet vidjo popolari, naħseb malajr jirrealizza li s-suċċess li stennew minnhom il-produtturi ma nzertax dak li bassru. Xorta waħda għall-futur qarib hemm lesti films oħra – sequels, reboots, spin-offs, stejjer ġodda – ta' dan il-ġeneru. TMIEM