Illum previous editions

ILLUM 18 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 23

17 opinjoni illum • IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 L-Unjoni Ewropea f'kuntest ta' sfida ekonomika u soċjali bla preċedent D in il-ġimgħa kienet waħda ta' importanza fil-kalendarju tal-Un- joni Ewropea għaliex bħalma jiġri kull sena, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ġiet mistiedna fil-Plenarja tal-Parlament Ew- ropew sabiex titkellem dwar l-istat li tinsab fih l-Unjoni u tippreżenta l-viżjoni u l-prioritajiet għas-sena li ġejja. Bla dubju, dan hu diskors ferm importanti u mistenni għal- iex il-Kummissjoni tistabbilixxi l-miri li ser tkun qed tpoġġi quddiemna u b'mod speċjali tindika xi proposti leġiżlattivi u miżuri oħra ser tkun qed tadotta sabiex nindirizzaw l-isfidi li qed naffaċċjaw. Pero' din is-sena dan kien diskors b'relevanza storika aktar importanti mis-soltu fil-fehma tiegħi, minħabba li bħalissa fuq bażi Ewropea qiegħdin ngħixu fi żminijiet fejn qed naffaċċjaw sfida ekonomika u soċjali bla preċedent. Iċ-ċittadini u n-negozji Ewropej ilhom xhur sħaħ jaqdfu kontra l-kurrent bħalissa b'dawn id- diffikultajiet u allura, l-azzjoni fuq livell ta' Unjoni Ewropea hija ferm bżonnjuża u antiċipata. Għalhekk dan l-intervent kien aktar mistenni bil-ħerqa din is-sena biex naraw id- direzzjoni li ser tmexxi 'l quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Ir-reazzjonijiet għal dak li ġie ppreżentat huma mħallta, għaliex bla dubju, bħal kull ħaġa oħra hemm affarijiet pożittivi li ġew identifikati fid-diskors tal-President von der Leyen, li nemmen li għandhom jingħataw priorita' fil- ħidma leġiżlattiva tagħna. Fost dawn ninnota b'sodisfazzjon il-pjanijiet li ġew impoġġija 'l quddiem fir-rigward ta' capping fuq il-profitti ta' kumpaniji multinazzjonali fis- settur tal-enerġija li ser jgħinu sabiex jittaffew il-piżijiet fuq il-konsumaturi u l-industriji. Naturalment, importanti li f 'dan ir-rigward jittieħed kont ta' dawk l-ispeċifiċitajiet parikolari tal-Istati Membri varji, fosthom ta' pajjiżna, li għandu realta' ferm differenti minn dawk tal-pajjiżi l-oħra, speċjalment minħabba l-fatt li mhux imqabbad man-network Ewropew għad- distribuzzjoni tal-gass u ma jifformax parti mis-suq Ewropew tal-elettriku. Għaldaqstant, importanti li f 'dak kollu li nagħmlu jiġi assigurat li kull benefiċċju li qed infittxu li noħolqu minn din il-leġiżlazzjoni, jasal għand kull konsumatur Ewropew, inkluż dawk Maltin. Dan huwa importanti ferm għal pajjiżna, anke fid-dawl ta' proposta oħra li ressqet il-President von der Leyen, għall-ħolqien ta' baġit li se jwassal għall-bank Ewropew tal-idroġenu, li huwa wieħed mis-sorsi l-aktar nodfa li qed iżid fir-relevanza fis-settur tal-enerġija anke għaliex ser jgħinna nnaqqsu d-dipendenza fuq pajjiżi terzi. Allura importanti ħafna li pajjiżna wkoll ikollu aċċess ugwali sabiex inkomplu nimxu 'l quddiem mal- bqija tal-Unjoni Ewropea f 'dan is-settur u fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Hemm ukoll elementi oħra pożittivi li wieħed seta' jinnota, inkluż l-għajnuna li ser tkun qed tinħoloq għall-intrapriżi żgħar u medji li matul dawn l-aħħar snin, l-ewwel bil-pandemija u issa bil-gwerra fl-Ukraina, kellhom u qed ikollhom jerfgħu ħafna piżijiet li jistgħu jkunu sproporzjonati fuqhom u li ma jifilħux għalihom, tant li rajna ħafna negozji jagħlqu l-bibien tagħhom għax ma setgħux ilaħħqu. Element ieħor pożittiv li nilqa' b'sodisfazzjon hija l-wiegħda li ser ikollna direzzjoni għal approċċ aktar komprensiv fejn tidħol is- saħħa mentali, xi ħaġa li ilni ħafna nisħaq fuqha u li jidher li fl-aħħar ser ikollna progress biex nassiguraw li jkollna sforzi konġunti fuq livell Ewropew. Pero' hemm ukoll elementi fejn nistqarr li kont it diżappuntat b'dak li ġie ppreżentat, jew inkella, bin-nuqqas ta' direzzjoni. Fost oħrajn, fejn jidħol illimitar tal- prezzijiet tal-enerġija stennejt li l-Kummissjoni ser tkun aktar deċiżiva u ser tiġi 'l quddiem b'azzjonijiet konkreti, mhux b'aktar diskussjonijiet fit-tul. In-nies qed ibatu issa, u allura għandna mmorru dritt għall-azzjoni sabiex nassiguraw li l-pressjonijiet fuqhom jittaffew bla aktar dewmien. Settur ieħor li xtaqt nara aktar sforz huwa bla dubju l-qasam soċjali, fejn insemmi bħala eżempju l-istennija li l-Kummissjoni tilqa' t-talba tal-Parlament u tmexxi 'l quddiem fond addizzjonali għall-emerġenzi soċjali biex ma niddependux fuq fondi oħra li ġew maħluqa għal użu speċifiku u li ilna nġebbdu fihom, bħall- fond tal-irkupru ekonomiku. M'għandniex inkunu dipendenti fuq fondi li jibqa' minn programmi eżistenti biex inkunu nistgħu ngħinu liċ-ċittadini f 'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Nemmen li din hija priorita' fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu, għaliex in-nies għandhom bżonn l-għajnuna b'mod immedjat u mhux xhur jew saħansitra snin wara. Jekk inħallu lin-nies ikomplu jaqgħu lura, ser nirriskjaw li nħallu lill-industriji u l-ekonomiji tagħna jkomplu jiddeterjoraw, bir-riskju li nidħlu f 'ċirku vizzjuż u f 'riċessjoni. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-aktar li jintlaqtu huma dawk il-gruppi tas-soċjetajiet tagħna l-aktar vulnerabbli, u allura għandna obbligu li nipproteġuhom permezz ta' aktar investiment soċjali mill- aktar fis possibbli. Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba Jekk inħallu lin-nies ikomplu jaqgħu lura, ser nirriskjaw li nħallu lill- industriji u l-ekonomiji tagħna jkomplu jiddeterjoraw, bir-riskju li nidħlu f'ċirku vizzjuż u f'riċessjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 September 2022