Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479274
10 intervista IL-ĦADD 18 TA' SETTEMBRU 2022 • illum 'Fuq tal-COLA mhux se nċedu. Jekk daqshekk għandu jingħata. Għall-futur L-għoli tal-ħajja bħalissa jinsab fuq fomm ħafna nies u l-istess il-COLA. L-ILLUM tistaqsi lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU dwar dan, dwar l-Air Malta u l-kundizzjonijiet tax-xogħol f'Malta bħalissa... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Baġit għall-2023 issa riesaq u d-diskussjonijiet diġà bdew. Imma l-poplu mhux qed jistenna l-baġit biex jitkellem u jevalwa s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu għax din qed jagħmilha bħalissa hekk kif pajjiżna - bħal pajjiżi oħrajn ewropej - qed jiffaċċja sfida qalila ta' inflazzjoni. Din il-ġimgħa stess l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblika ċifri li juru kif l-inflazzjoni telgħet għal 7%, madwar sitt darbiet aktar milli kienet sena ilu biss. Mhux ċajta! L-uniku soljev politiku għall- Gvern huwa li l-għoli tal-ħajja barra qed tiżdied b'rati ħafna ikbar. Imma Joe, Mary, Brendon u Rita minn buthom jinteressahom. Jinteressahom li l-ħajja qed togħla u jinħass li l-pagi baqgħu fejn kienu. Jagħtihom tort igergru n-nies is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union Josef Bugeja? Kollox qed jogħla! Bugeja jibda billi jfakkar li hemm tliet tipi ta' żidiet fil-pagi. L-ewwelnett hemm iż-żieda fil-paga li tkun mihema mal- impjegatur mal-bidu tal-impjieg, meta f 'xi okkażjonijiet min iħaddem iwiegħed li se jibda jħallas bil-€5 kull siegħa, imbagħad wara ammont ta' żmien din titla' għal €7 għax il-ħaddiem ikun żied il-produttività. Imbagħad hemm żidiet li jkunu riżultat ta' ehim kollettiv - meta il- unjin f 'isem il-ħaddiema taqbel fuq titjib ta' kundizzjonijiet u paga ma' min iħaddem u finalment hemm il-COLA. "Dan għal ħaddiema li huma organizzati, għax dawk li mhumiex għajr għal sitwazzjonijiet fejn hemm qbil, ma jieħdu ebda żidiet għajr dawk tal-COLA. Għalhekk l-argument tas- sħubija mandatorja f 'unjin," fakkar Bugeja. U dwar il-proposta - illi l-ewwel li kien semmieha kien l-eks PM Joseph Muscat - bqajna ma smajna xejn, tfakkru l-ILLUM. Bugeja beda billi fakkar li oriġinarjament din kienet proposta tal-GWU li Muscat kien adotta però li imbagħad waqaf kollox ħesrem fuqha minħabba l-pandemija. "Dawk li jħaddmu huma assolutament kontra din il-proposta, però nfakkar li l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem jirrapreżentaw lil min iħaddem u ma jitkellmux għal kundizzjonijiet tal- ħaddiema, dak nagħmluh aħna l-unjins." 'Kieku mhux għas-sussidji l-COLA kienet kun madwar €22...' Imma nerġgħu nduru fuq is-suġġett in kwistjoni u allura l-COLA. Bugeja jisħaq li fuq din il-kwistjoni hemm mekkaniżmu li ġieli irriżulta f 'żieda ta' 58ċ biss "u meta kien hekk kien jgergru l-ħaddiema, imma aħna konna nfakkru li hemm mekkaniżmu. Issa jekk l-istess mekkaniżmu din id- darba qed jindika - ejja ngħidu €10, mela daqshekk għandu jingħata u fuq din mhux se nċedu, lanqas biċċa. Imma, iva, aħna lesti li niddiskutu l-COLA, għall-futur," aċċerta Bugeja. Huwa fakkar kif, kuntrarjament għal ċerti perċezzjonijiet, il-COLA hija żieda marbuta strettament mal-inflazzjoni u mill- 1 ta' Jannar tkun tirrifletti dawk l-ispejjeż li żdiedu matul din is-sena, jiġifieri hija wkoll għajnuna retroattiva. Kompla jgħid illi kieku l-enerġija u l-qmuħ ma kinux issussidjati, kieku l-COLA kienet titla' għal madwar €22 - kalkolu li jfakkar illi huwa viċin dak tal-Gvern ukoll. "Mela l-Gvern qed jgħin - permezz ta' dawn is-sussidji - sabiex il-COLA ma inħadmitx għal ħafna aktar u allura qed jgħin lil min iħaddem biex ikun aktar kompettitiv, meta mqabbel ma' impjegaturi ewropej li qed ikollhom iħallsu kontijiet ħafna ogħla." 'Jekk pakkett għaġin kien €1 u issa sar €1.20ċ, il-Gvern se jagħtik dik it-20ċ fil- COLA' Il-gazzetta tirrimarka illi hemm min qed jgħid li €10 kull ħaddiem se tfisser problemi għalih u jaf ikollu jnaqqas in-numru ta' ħaddiema. Allura jekk hawn impjegaturi li ma jifilħux iħallsu din iż-żieda, wieħed mingħajr ma jrid jistaqsi: Fejn hu dan il-ġid kollu li hawn min tant ilu jiaħar bih u li l-GWU jidher li taqbel illi nħoloq? Bugeja beda jwieġeb billi fakkar li meta unjin tinnegozja tmur għand il-ħaddiema u tistaqsihom kemm iridu żieda. Wara evalwazzjoni tal-post tax-xogħol jafu jnaqqsu mit-talba tal-ħaddiema, li jaf mhux dejjem tkun sostenibbli u wara qbil imorru għand min iħaddem. "Il-maniġment dejjem se jibda miż-żero, għax dejjem jgħid li ma jiflaħx iħallas aktar imma imbagħad wara diskussjonijiet naslu għal qbil," spjega s-Segretarju Ġenerali tal-GWU. Huwa qal illi aktar milli dwar tkeċċijiet, bħalissa iktar hemm diskors dwar nuqqas kbir ta' ħaddiema minn ħafna impjegaturi. Jerġa jispjega iżda l-kunċett tal-COLA. "Ejja nimmaġinaw li tkun €10 fil-ġimgħa, li jfisser €520 fis-sena. Jiena ma nista' qatt u qatt naċċetta li l-valur tal-paga tonqos b'€520 f 'sena. Ma ninsewx li l-€520 mhumiex gwadann li qed tagħmel imma biss mod ta' kif iżżomm l-istess livell ta' paga li għandek illum, meta qed jiżdiedu l-ispejjeż," saħaq Bugeja. "Jekk m'inix sejjer żball hemm eluf ta' ħwienet - madwar 10,000 stabbiliment - li l-Gvern jevalwa l-prezzijiet tagħhom biex jasal għall-COLA. Issa jekk pakkett għaġin kien €1 u issa sar €1.20ċ, il-Gvern se jagħtik dik it-20ċ fil-COLA biex jagħmel tajjeb għaż-żieda. Allura inti tibqa' fejn kont." Kompla jispjega kif huwa ċar mill- istatistika tal-Eurostat li beda jikkwota, illi l-produttività f 'pajjiżna qegħda tiżdied u allura jisħaq li dan flimkien mal-għajnuna fil-forma ta' sussidji fuq il-kontijiet, qed jgħin biex min iħaddem jibqa' kompettitiv. 'Kontroll fuq l-abbuż iva, fuq il-prezzijiet le' Isir l-ilment dwar abbużi minn prezzijiet u li "kulħadd qed jgħolli bl-addoċċ, mingħajr kontroll." Jemmen li l-Gvern għandu jagħmel xi forma ta' kontrolli fuq l-abbuż? "Kontroll fuq l-abbuż iva, fuq il-prezzijiet le," jibda jgħid. Huwa jfakkar li aħna qed noperaw f 'suq ħieles għalkemm ifakkar lil dawk li jimpjegaw li s-suq ħieles jgħodd dejjem, inkluż meta ħaddiem iħalli l-impjieg għax isib ieħor li jħallas aktar. "Imma allajbierek xi kultant tistaqsi, mela kollox mill-Ukrajna ġej?" staqsa rettorikament Bugeja li ammetta iżda li din tkun xi ħaġa diffiċli li tikkontrolla. "Nemmen li r-rata tal-inflazzjoni se tikkalma, fil-fatt ma għadhiex qed tiżdied bl-istess mod," qal Josef Bugeja li ppreveda iżda li għas-sena d-dieħla l-ħajja se tibqa' togħla u li fl-2023 se jerġa' jkun hemm bżonn COLA għolja. U l-flus minn fejn se jiġu? Argument li qed isir minn bosta huwa li s-sussidji fuq l-enerġija mhumiex sostenibbli għat-tul, anke jekk huwa propju dan li din il-ġimgħa, għall-mistoqsija tas-sit illum.com.mt, qal li se jagħmel il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana. Huwa ma jaqbilx ma' dan l-argument u jisħaq illi s-sussidji qed jassiguraw stabbilità u kompettività, kif ukoll sitwazzjoni li ma tkissirx lil min iħaddem sabiex meta l-affarijiet jitjiebu l-ekonomija tkun tista' titlaq tiġri. "Nemmnu li din kienet politika ta' ġid u għandha tibqa' prijorità," temm jgħid. Imma l-mistoqsija allura hija, dawn il- flus minn fejn se jġibhom il-Gvern? "Hemm madwar €5 biljuni dovuti lill- Gvern li għadhom ma tħallsux," jgħid Bugeja f 'eku tal-istorja li kienet ippubblikat il-gazzetta ILLUM li proprju żvelat dan l-ammont. Tfakkru l-gazzetta iżda li dan l-ammont jinkludi djun li qatt mhu se jitħallsu lura (bad debts) għax huma ta' negozji li fallew jew inkella saħansitra ta' negozjanti li mietu. Filwaqt li ammetta illi dan hu l-każ fakkar ukoll li l-impjegat tinqgħatalu l-bolla u t-taxxa mill-ewwel, mal-paga. "Issa jekk hemm €400 miljun f 'bolol dovuti, dan ifisser li ma tħallsux minn min jimpjega. U meta ħaddiem jasal għall-pensjoni, il- Gvern xorta jrid joħroġhom dawk il-flus. Mela d-daqqa hi doppja fuq il-Gvern." Huwa temm jgħid li jemmen illi kif instabu s-soluzzjonijiet waqt il-pandemija jerġgħu jinstabu din id-darba. 'Skjavitù' u l-Air Malta Bugeja jkompli jelenka proposti tal- GWU għall-baġit u jsemmi l-ħaddiema tal- pjattaforma li qed jaħdmu f 'dak li jsejjaħ "skjavitù" b'uħud minnhom lanqas biss jaqbdu €2.66 kull siegħa, jgħid Bugeja. "Dawn la għandhom drittijiet, la sick,