Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

sondaġġ 03 illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 Titjib fl-abbiltajiet konjittivi Tisħiħ fil-kordinazzjoni fiżika "hand-to-eye" Twettiq aħjar ta' diversi xogħolijiet fl-istess ħin Teħid ta' deċiżjonijiet aktar preċiżi u mgħaġġlin Ftit irqad Eżawriment Problemi ta' obeżità Nuqqas ta' motivazzjoni IL-BENEFIĊĊJI TAL-LOGĦOB U L-KONSEGWENZI TAL-EĊĊESSIVITÀ DEJJEM FITTEX L-AĦJAR BILANĊ SUPPORTLINE 1777 saħħa mentali, ma jifilħux iħallsu għal dawn it-tip ta' servizzi, jew inkella wieġbu "insomma". Is- servizzi jvarjaw, minn psikjatri, psikoloġisti u anke - fejn ikun meħtieġ - xi forma ta' kura mediċinali. Meta mistoqsijin jekk setgħux iħallsu u jlaħħqu "b'kumdità" mas-servizzi li kienu qed jirċievu, b'kollox 25.7% wieġbu fin- negattiv, filwaqt li 39.2% wieġbu "insomma." Kienu biss 35% li qalu illi jifilħu jħallsu għas-servizzi ta' saħħa mentali li kellhom bżonn. L-aktar li qalu illi ma jaffordjawx servizzi relatati ma' saħħa mentali huma dawk li għandhom aktar minn 51 sena b'50%, għalkemm tajjeb wieħed jirrimarka illi dawk kollha li għandhom aktar minn 65 sena, jużaw l-aktar is-servizzi li joffri l-Gvern u mhux dawk tal- privat. Minkejja dan, il-maġġoranza qawwija ta' dawk li huma mezza età (35 - 50) ukoll qalu illi jsibu diffikultà, jekk mhux isibuha impossibbli, biex iħallsu għal servizzi relatati ma' saħħa mentali. Huma b'kollox 35.5% tal-parteċipanti f 'din l-età li qalu illi ma jifilħux iħallsu għal dawn is-servizzi, filwaqt li huma, it inqas biss, jew 35.1% li wieġbu "insomma." Kienu biss 29.3% li qalu illi jifilħu jħallsu. Tajjeb wieħed jirrimarka illi meta mistoqsijin liema servizzi marbutin ma' saħħa mentali jużaw il-maġġoranza qawwija ta' 68.8% ta' dawk bejn 35 u 50 sena, wieġbu illi jagħmlu użu mill- privat filwaqt li huma biss 31% li jużaw is-servizzi tal-Gvern. B'36% l-aktar illi qalu li jifilħu jħallsu għas-servizzi ta' saħħa mentali huma l-iżgħar parteċipanti jew dawk bejn is- 16 u l-35 sena. Minkejja dan, kważi nofs - jew 49.7% - wieġbu "insomma" u 14% wieġbu li ma jifilħux għal dawn it-tip ta' spejjeż, li jfisser illi l-maġġoranza taż-żgħażagħ li kellhom jew għandhom bżonn ta' servizzi tas- saħħa mentali, ma jifilħux iħallsu għal dan jew jifilħu jħallsu, imma b'diffikultà. L-użu tas-servizzi mingħand il-privat jitla' għal 73.6% fost iż-żgħażagħ b'17.8% biss ikunu dawk li użaw servizzi tal-Gvern u 8.6% li rrikorrew għand għaqda mhux governattiva. Fil-fatt għall-mistoqsija ta' liema servizzi jużaw in-nies, globalment 64.7% wieġbu illi jirrikorru għand il-privat, 31.3% għand servizzi tal-Gvern u 3.4% jirrikorru għand Għaqda mhux Governattiva (NGO). Interessanti li fejn jirrigwarda l-affordabilità tas-servizzi, ma hemmx xi wisq differenzi, fil-fatt it iktar minn nofs, jew 50.6%, ta' dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja - u allura wieħed jassumi illi ġeneralment għandhom impjieg b'aktar dħul - xorta wieġbu illi ma jifilħux iħallsu għal tali servizzi. Imma hemm aċċess għas- servizzi? Lilhinn mill-prezz iżda, il- parteċipanti ta' dan is-sondaġġ xjentifiku kienu mistoqsijin kif jaħsbu li għandu jitjieb is-servizz offrut, speċjalment dak li jingħata mill-Gvern. Maġġoranza ċara tal- parteċipanti, jew 46.3% qalu li hemm bżonn jitjieb l-aċċess għas- servizzi ta' saħħa mentali, bl- aktar li jħossu li din hija priorità jkunu l-parteċipanti li jgħixu fit- Tramuntna tal-pajjiż (San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Mosta...) fejn dawk kollha li wieġbu ħassew illi l-aċċess hemm bżonn jitjieb. Kważi 57% ta' dawk bejn is-16 u l-35 sena u 45% ta' dawk li huma mezza età (35 - 50) jemmnu li l-aċċess għal dawn is-servizzi hemm bżonn ikun aħjar. Minn naħa l-oħra 19% qalu illi huwa s-servizz li jingħata fl- isptar Mater Dei li jeħtieġ illi jitjieb. L-akbar persentaġġ ta' nies li jħossu li hemm bżonn dan it- titjib - forsi riflessjoni tal-fatt li huma l-aktar li jużaw is-servizzi governattivi ta' saħħa mentali - huma l-anzjani ta' 65 sena jew aktar (54%), segwiti minn dawk il-parteċipanti li jgħixu fin- nofsinhar tal-port (43%) u dawk li għandhom livell ta' edukazzjoni li jasal sas-sekondarja (36.4%). Huma b'kollox 9.7% dawk li jemmnu li hemm bżonn ikun hemm aktar għażliet u servizzi marbutin mas-saħħa mentali, 7.5% iħossu li hemm bżonn ta' aktar għarfien, 6.7% jemmnu li hemm bżonn titjib fis-servizzi offruti u 6% jemmnu li hemm bżonn aktar għarfien fuq il-post tax-xogħol. (It-tieni parti ta' dan is-sondaġġ se jkun ippubblikat nhar il-Ħadd li ġej 9 ta' Ottubru) 46.3% jemmnu li hemm bżonn titjib fl- aċċess għas-servizzi ta' saħħa mentali Aċċess għas-servizz Is-servizz li jingħata Mater Dei Għażliet di�erenti ta' servizzi Aktar għar�en Is-servizzi disponibbli Għar�en fuq il-post tax-xogħol Aktar informazzjoni 46.3% 19% 9.7% 7.5% 6.7% 5.9% 4.9% X'hemm bżonn biex is-servizz tas-saħħa mentali jitjieb?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022