Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 kultura IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 • illum Heritage Malta se tiftaħ il- bibien tal-Forti Delimara nhar is-16 ta' Ottubru li ġej Affreski li tpittru mal-400 sena ilu skoperti waqt ix-xogħol ta' restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru Heritage Malta se tiaħ il- bibien tal-Forti Delimara għal jum sħiħ ta' dawriet gwidati u re-enactments bla ħlas nhar il- Ħadd 16 ta' Ottubru. Il-Forti Delimara nbena bejn l-1876 u l-1878 biex iħares il- kosta tan-naħa tal-port ta' Marsaxlokk u huwa eżempju klassiku ta' fortifikazzjoni kostali Vittorjana. Fost attrazzjonijiet oħra, fil-forti wieħed għadu jista' jara erba' kanuni ta' 38 tunnellata mis sitta li kien hemm meta l-forti kien jintuża għal skop militari. Dawn huma l-uniċi kanuni tax xorta tagħhom li għadhom jeżistu fid-dinja kollha fuq il-karrijiet u fil-post oriġinali tagħhom. Il- forti baqa' operattiv sal-1956. Aktar tard intuża bħala razzett għal aktar minn 25 sena, sakemm għadda taħt il-ħarsien ta' Heritage Malta fl-2005. Dawk li se jżuru l-forti għall- open day se jkunu jistgħu japprezzaw ix-xogħlijiet estensivi li Heritage Malta wettqet fil- forti matul din l-aħħar sena, anke bl-għajnuna ta' għaqdiet u organizzazzjonijiet oħra. Fost xogħol ieħor, tnaddfu l-partijiet sotterranji kif ukoll il pjazza prinċipali. Tneħħew ukoll diversi strutturi aljeni li kienu ġew introdotti meta l-forti kien jintuża bħala razzett u li wħud minnhom kienu perikolużi. L-istrutturi kienu jinkludu l imqawel tal- annimali. Heritage Malta ħadet ħsieb ukoll li fil-forti tiġi installata sistema ġdida ta' dawl u ilma, filwaqt li qed tissaħħaħ is-sistema ta' sigurtà madwar il-forti. B'kollox se jkun hemm tmien żjarat gwidati u erba' re- enactments fis-16 ta' Ottubru. Il ħinijiet tat-tours huma kif ġej: 9:00am (bil-Malti), 10.15am (bl-Ingliż), 11.00am (bil Malti), 12.15pm (bl-Ingliż), 1.00pm (bil-Malti), 2.15pm (bl-Ingliż), 3.00pm (bil-Malti), 4.15pm (bl- Ingliż). Ir-re-enactments jibdew fl-9.45am, f '11.45am, fis-1.45pm u fl 3.45pm. Kull show ikun parti mit-tour ta' qablu u dak ta' warajh. Kull min jixtieq jieħu sehem f 'waħda mid-dawriet gwidati jrid jaqta' biljett minn qabel. Il biljetti jinkisbu minn kwalunkwe sit jew mużew ta' Heritage Malta jew inkella online minn heritagemalta.org/store. Għotjiet ta' flus biex jgħinu fil-proġett li qed jagħti ħajja ġdida lill-Forti Delimara jistgħu jsiru fuq il-post dakinhar stess u jkunu apprezzati ħafna. Żraben komdi għandhom jintlibsu waqt it-tours. Sensiela ta' affreski li aktarx imorru lura sa żmien il-Gran Mastru Alof de Wignacourt (1601 – 1622) ġew skoperti waqt ix-xogħlijiet ta' restawr li għaddejjin bħalissa fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Qabel din is-sejba, l-eżistenza ta' dawn l-affreski kienet magħrufa biss verbalment u ma kienx hemm evidenza tagħha. L-affreski nstabu fil-partijiet ta' fuq nett tal-ħitan tal-kamra tas-sodda li l-Gran Mastri kienu jużaw fix-xhur tas-sajf. Huma nkixfu meta għadd ta' pitturi fuq it-tila, tal-bidu tasseklu 18, tneħħew minn posthom biex jiġu kkonservati. S'issa l-affreski ma ġew attribwiti lil ebda artist, iżda hemm il- possibbiltà li huma xogħlijiet ta' Leonello Spada (1576 – 1622) li għamel il-pitturi ta' tliet swali oħra fil-palazz fi żmien il-Gran Mastru Wignacourt. Ir-raġuni għala hu maħsub li l-affreski jmorru lura għal dan iż-żmien hija li l-arma ta' Alof de Wignacourt tidher b'mod prominenti fihom. Kull waħda mill-affreski hi mifruda minn dik ta' ħdejha permezz ta' par kolonni Doriċi mpittrin, u turi putto bilwieqfa fuq ringiela balavostri, daqqa jżomm salib bi tmien ponot u daqqa kuruna, salib jew fleur- de-lys. Fi żmien il-Gran Mastru Jean Paul Lascaris de Castellar (1636 – 1657) kienu saru xi bidliet fin-naħa t'isfel, bl-introduzzjoni tal-arma ta' Lascaris fuq sfond dekorattiv differenti. L-affreski se jiġu kkonsolidati u kkonservati minn Heritage Malta, l-aġenzija li l-portafoll tagħha jinkludi l-Palazz tal-Gran Mastru u l-proġett ambizzjuż tar- restawr tiegħu. Il-President ta' Malta, George Vella, illum ingħata tagħrif dwar issejba tal-affreski mill-ogħla uffiċjali ta' Heritage Malta, waqt waħda miż-żjarat regolari tiegħu fil-Palazz tal- Gran Mastru – fejn huwa għandu l-uffiċini tiegħu – biex jara iex waslu x-xogħlijiet. Fit-totalità tiegħu, il-proġett tar-restawr tal-Palazz tal-Gran Mastru hu stmat li se jiswa madwar €28 miljun. L-ewwel fażi tal-proġett qed tiġi kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Fond Ewropew għall- Iżvilupp Reġjonali, filwaqt li l-fażi suċċessiva, li se tiswa madwar €18-il miljun, se tkun iffinanzjata mill-Gvern Malti. L-ewwel fażi mistennija titlesta sa tmiem l-din is-sena, filwaqt li l-proġett kollu għandu jkun komplut sas-sena 2025. Dan huwa l-aktar proġett estensiv li qatt daħlet għalih Heritage Malta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022