Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750
23 televiżjoni IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 • illum VETTURI FIL-GARAXX ... U N-NIES WARAJHOM idur madwar Malta u Ghawdex, jiskopru gojjelli mohbi-ja f 'garaxxijiet komuni. It-tieni sensiela tibda l-Ħadd, 9 ta' Ottubru, fil-5pm fuq TVM. Il-format ghat-tieni sensiela se jibqa' l-istess: Kull episodju jiffoka fuq mudell ta' vettura partikolari: l-istorja taghha, l-origini, meta dahlet fis-suq Malti, ecc. Fil- programm niltaqghu wkoll ma' sid Malti ta' din il-vettura. L-ghan tal-programm hu li nitghallmu dwar il-vettura. Izda naghmlu sforz ukoll biex insiru nafu lis-sidien, kif u meta bdew jahdmu fuq il-karozzi jew jibnu kollezzjoni. U nippruvaw nimu x'jixpruna l-passjoni taghhom ghall-karozzi. Dan muhiex programm li fih jintelqu jew jiġu ttestjati karozzi. L-enfasi hi fuq l-istorja tal-vettura u x'jorbot lil sidha maghha. Ghalhekk il-programm se jkopri ghadd ta' mudelli u stili differenti, minn vetturi klassici ghal karozzi iktar moderni. Minn għada, jirritorna fuq TVMNews+, il-programm Etimoloġija. Ħafna drabi, meta nkunu rridu nkunu nafu t-tifsira ta' kelma, naqbdu d-dizzjunarju, inqalbu it paġni, naqraw sentenza u nieqfu hemm. Madanakollu, meta nagħmlu hekk, inkunu qed nitilfu ħafna mit-tifsira tal-kelma u mill-ġmiel ta' din il-lingwa li tagħmilna Maltin u tagħtina identità. Hawn jidħol il-programm Etimoloġija li jaqbad kliem differenti, qwiel, idjomi u saħansitra anke toponomi, bħall-ismijiet ta' lokalitajiet, bajjiet u widien mifruxa madwar Malta u Għawdex u jitlaq magħhom vjaġġ lura fi żmien sakemm jasal għat-tifsira li dawn kellhom. Hekk inkunu qed nifhmu mhux biss x'kellhom f 'moħħhom missirijietna meta ħolqu dan il-vokabularju u niftħu tieqa ċkejkna fuq il-ħajja li kienu jgħixu imma anke napprezzaw aktar kif it-tifsir jinbidel maż-żmien u r-rikezza tal- lingwa tagħna. Etimoloġija jagħmel dan bl-għajnuna ta' professuri, esperti u kittieba tal-Malti li jispjegaw aħjar l-istorja wara dan il-kliem. Etimoloġija, kull nhar ta' Tnejn fis- 7:30pm, fuq TVMnews+, b'repetizzjoni l-Erbgħa fil-4.45pm u s-Sibt fit-2.45pm. Il-programm Mill-Kamra se jerġa' jkun magħkom mis-7 ta' Ottubru li ġej. Matul dan il-programm se nerġgħu nagħtu ħarsa lejn il-ħidma tal-Parlament, id-dibatitti li jqumu waqt il-Plenarja, il-voti, l-liġijiet u anke l-kontroversji li jqumu prattikament minn ġimgħa għall-oħra. Il-programm Mill-Kamra se jkompli wkoll jlaqqagħkom mad-Deputati li jirrapreżentawkom u jiddiskuti magħhom il-ħidma Parlamentari tagħhom, pero' din id-darba se jkun qed ilaqqagħkom ukoll mal- assoċjazzjonijiet, ċittadini, għaqdiet, NGOs u pressure groups li se jkollhom opinjoni dwar dak li se jkun qed jipproponi jew jivvota dwaru l-Parlament. Minn dak li diġà qed naraw, jidher illi se tkun skeda pjuttost mimlija dik tal-Parlament hekk kif il-Gvern diġà ħabbar li se jressaq 'il quddiem Emendi fil-Liġi li jitrattaw il-midja u l-libertà tal-espressjoni, id-Deputat PM Chris Fearne ħabbar li se jkun qed jipproponi bidliet li jitrattaw l-abort, il-Baġit li se jitressaq nhar it- Tnejn 24 ta' Ottubru, filwaqt li l-Oppożizzjoni kienet ħabbret li se terġa' tressaq l-abbozzi ta' liġijiet li jitrattaw il-governanza u s-saltna tad-dritt - li kienet diġà ressqet fl-aħħar leġiżlatura. Sadanittant, matul is-Sajf, baqgħet għaddejja l-ħidma tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi - fost oħrajn. Mill-Kamra | Il-baġit, emendi dwar it-tqala, il-ġurnaliżmu, il- governanza... X'kienet l-Aġenda tal-Parlament din il-ġimgħa? Vetturi fil-Garaxx | niskopru vetturi mill-isbħ fil-garaxxijiet madwar Malta u Għawdex Etimoloġija | lura minn għada fuq TVMNews+