Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750
06 aħbarijiet IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 • illum Abbozz Ġurnaliżmu: Il-PN jgħid li l-Gvern 'qed jaħbi' u l-Labour jgħid illi dan se 'jsaħħaħ lill-professjoni' L-Oppożizzjoni ngħaqdet ma' edituri, ġurnalisti u mal- għaqdiet tas-soċjetà ċivili inkuż it-tmexxija tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (l-IĠM) fis-sejħa tagħhom biex isseħħ konsultazzjoni pubblika effettiva qabel il-Parlament jibda jiddiskuti kwalunkwe abbozz ta' liġi li għandu x'jaqsam mar- rwol tal-ġurnalisti u l-media f 'pajjiżna. Din is-sejħa saret fuq inizjattiva tal-grupp Media Reform Initiative fid-dawl tal- fatt li ma saritx konsultazzjoni mill-kumitat maħtur mill- Gvern. Id-Deputat u Kelliem għall- Ġustizzja Karol Aquilina qal li huwa inaċċettabbli l-Ministru għall-Ġustizzja Jonthan Attard, "jipprova jgħaddi romblu minn fuq kulħadd u jressaq abbozzi ta' liġi li mall-ewwel daqqa t'għajn jidher li fihom numru ta' nuqqasijiet u inkonsistenzi kbar li jagħmlu s-sitwazzjoni waħda aktar ta' inkwiet għall-media f 'pajjiżna." Aquilina sostna illi l-abbozzi ta' liġi li ressaq il-Gvern saru bil-moħbi u - skont hu - juru li l-Gvern beħsiebu jkompli jipprova joħnoq il-libertà tal-espressjoni u d-dritt għall- informazzjoni. "Abbozzi ta' liġijiet li jitfasslu fil-moħbi jista' jkollhom għan wieħed biss: it-tnaqqis fid- drittijiet u l-libertajiet bażiċi. F'dawn iċ-ċirkostanzi jeħtieġ li l-Gvern jiem u japprezza li l-konsultazzjoni pubblika hija għodda essenzjali biex jitjiebu t-trasparenza fit-tmexxija tal- pajjiż, l-effettività tal-liġijiet ta' pajjiżna u l-kontabilità ta' min hu fdat b'responsabbilità." L-istqarrija ta' Aquilina - f 'isem il-PN - tkompli tgħid illi l-Gvern m'għan- dux jadotta atti- tudni passiva fil-proċess ta' konsu lt azzj o - ni iżda għan- du jħeġġeġ il-parteċipazz- joni, jisma' u jiem lil kull min għandu inter- ess fil-qasam tal-mid- ja f 'pajjiżna u lil hinn "Għalhekk l-Oppożizzjoni tinsisti li m'għandha ssir l-ebda diskussjoni jew proċedura fil- Parlament qabel ma titnieda u sseħħ konsultazzjoni pubblika u effettiva dwar is-settur tal-media f 'pajjiżna." 'Il-PN huwa partit li jibbaża l-argument fuq nuqqas ta' fatti' - PL Intant malajr kienet ir-risposta tal-Partit Laburista li fi stqarrija qal li dak li qal il-PN huwa xhieda oħra li dan ma nbidilx u li għadu partit distruttiv, li jibbaża l-argumeti tiegħu fuq "in-nuqqas ta' fatti." Il-PL sostna illi l-proċess biex tħabbru dawn l-emendi beda minn abbozzi ta' liġijiet li kienu preżentati fil-Parlament xhur ilu u li seta' jarahom u jikkumenta dwarhom kulħadd. "M'hemm xejn iktar trasparenti milli d-dokumenti tqiegħdhom fuq il- mejda tal-Kamra," qal il-PL. Huwa qal li l-Gvern ikkonsulta u stenna r-rapport tal-Kumitat ta' Esperti, liema Kumitat ifakkar li kien għamel konsultazzjoni wkoll. "Il-verità hi li l-abbozzi ta' liġijiet issaħħu bil-kbir il- professjoni ġurnalistika, tant li kulħadd rrikonoxxa li mir- rispons li ngħata l-gvern ħa kważi 90%. X'ħin induna li l-gvern ħa ħafna mis-suġġerimenti l-Partit Nazzjonalista spiċċa f 'paniku." Il-Partit Laburista kompla jgħid li r-riformi ma jispiċċawx hawn tant li fakkar illi l-kumitat tal- esperti, li jista' jikkonsulta ma' min irid, għandu iktar xhur ta' ħidma biex jipproponi riforma għas-settur tal-ġurnaliżmu. Ikomplu l-botti u r-risposti dwar l-abbozz li jitratta l-midja u l-libertà tal-espressjoni li ppreżenta l-Ministru Jonathan Attard din il-ġimgħa • Jekk il-Qorti ssib li persuna fetħet kawża ta' malafama kontra ġurnalist jew editur mingħajr akkużi fondati, il- proċeduri ma jitkomplewx. • Jekk il-każ ikun bla bażi, għandha tkun il-persuna li fetħitu li tressaq evidenza li dak huwa każ ġenwin u mhux bl-intenzjoni li jintimida jew iwaqqaf lill-ġurnalist minn xogħlu • Jiġi stabbilit kumitat li jkun jista' mhux biss jevalwa r-riskji u t-theddid fil-konfront tal- ġurnalisiti, professjonisti oħra tal-midja u persuni pubbliċi, iżda jintervjeni u jieħu miżuri • Fil-Kodiċi Kriminali se jiddaħħal il-kunċett li jekk ikun hemm reat fuq il-persuna ta' ġurnalist jew fuq persuna li taħdem fil- midja, minħabba l-funzjonijiet li tkun wettqet, dan jitqies bħala reat aggravat • La darba l-Qorti tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu, jiġifieri jekk hux każ ta' malafama jew le, din ma timponix danni kontra l-eredi tal-ġurnalist jew editur li jkun miet Ħames proposti tal-Gvern dwar il- midja u l-libertà tal-espressjoni Jonathan Attard u Karol Aquilina